7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/376

tas-6 ta' Marzu 2015

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Settembru 2014 fil-Kawża T-348/13 (2), Kadhaf Al Dam v il-Kunsill, l-entrata li tikkonċerna Ahmed Mohammed Qadhaf Al-dam għandha titħassar mill-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011. Barra minnhekk, l-entrata li tikkonċerna persuna oħra kif tinsab f'dak l-Anness għandha tiġi aġġornata.

(3)

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa b'dan emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.

(2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra.


ANNESS

1.   

L-entrata mniżżla fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt tinbidel bl-entrata li ġejja:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud (magħruf ukoll bħala ABDULHAFID (kunjom); Massoud (isem))

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1937

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

It-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl-Intelligence Militari.

28.2.2011”

2.   

L-entrata mniżżla fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija mħassra:

“8.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed.”