15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 187/197


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

ta' l-24 ta' April 2007

dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005

(2008/540/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet tal-kwittanza ta' l-2004 (COM(2006) 0641) u l-anness tiegħu SEC(2006) 1376),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet ta' dħul u nfiq għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005 (COM(2006) 0429 – C6-0264/2006) (1),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2005 (COM(2006) 0405),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sitt, mis-Seba', mit-Tmien u mid-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ivverifikati ta' l-istituzzjonijiet (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (6061/2007 – C6-0094/2007, 6062/2007 – C6-0095/2007, 6063/2007, – C6-0096/2007, 6064/2007 – C6-0097/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehima Interna ta' l-20 ta' Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni ACP-KE (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehima Interna tat-18 ta' Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmata f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta' għajnuna finanzjarja għal Pajjiżi u Territorji Barranin li għalih tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għal koperazzjoni fl-iffinanzjar ta' l-iżvilupp taħt ir-raba' Konvenzjoni ACP-KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (7),

wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, t-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0115/2007),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali finali tas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp huma kif ġej:

Tabella 1

Użu kumulattiv tar-riżorsi ta' l-EDF fil-31 ta' Diċembru 2005

(miljun euro)

 

Qagħda fl-aħħar ta' l-2004

Implimentazzjoni baġitarja matul is-sena finanzjarja 2005

Qagħda fl-aħħar ta' l-2005

Ammont globali

Rata ta' implimentazzjoni % (9)

Is-Sitt EDF

Is-Seba' EDF

It-Tmien EDF

Id-Disa' EDF

Ammont globali

Is-Sitt EDF

Is-Seba' EDF

It-Tmien EDF

Id-Disa' EDF

Ammont Globali

Rata ta' implimentazzjoni % (9)

A – RIŻORSI (8)

43 801,8

 

-24,6

-86,1

- 275,1

1 038,9

653,2

7 414,8

10 781,6

11 315,6

14 943,0

44 455,0

 

B – UTILIZZAZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.

Impenji finanzjarji

35 692,2

81,5

-24,6

-86,1

- 275,1

3 420,8

3 035,1

7 414,8

10 781,6

11 315,6

9 215,3

38 727,3

87,1

2.

Impenji legali individwali

30 313,2

69,2

-1,3

110,5

472,0

2 070,9

2 652,1

7 377,0

10 529,0

10 247,2

4 812,1

32 965,3

74,2

3.

Ħlasijiet (9)

25 918,0

59,2

21,6

235,3

854,1

1 373,7

2 484,7

7 333,7

10 084,9

8 385,2

2 598,9

28 402,7

63,9

C – Pagamenti pendenti (B1-B3)

9 774,2

22,3

 

 

 

 

 

81,1

696,7

2 930,3

6 616,4

10 324,5

23,2

D – Bilanċ disponibbli (A-B1)

8 109,6

18,5

 

 

 

 

 

0,0

0,0

0,0

5 727,7

5 727,7

12,9

Sors: Qorti ta' l-Awdituri, ibbażata fuq ir-Rapporti ta' l-EDF dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u d-dikjarazzjonijiet Finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2005.

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Harald RØMER


(1)   ĠU C 265, 31.10.2006, p. 1.

(2)   ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.

(3)   ĠU C 263, 31.10.2006, p. 213.

(4)   ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(5)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(6)   ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(7)   ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(8)  Allokazzjonijiet inizjali għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' EDFs, interessi, riżorsi mħallta u trasferimenti minn EDFs preċedenti.

(9)  Bħala perċentaġġ tar-riżorsi.