|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1719 |
21.6.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1719
tal-20 ta’ Ġunju 2024
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u prodotti eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(3), l-ewwel u t-tielet subparagrafi kif ukoll l-Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2), hemm ommissjoni fil-Kapitolu II, it-Taqsima 9, il-punt (e), tal-Anness XIV fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ ċerti xaħmijiet imdewba. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/142/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1719/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)