2.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11066 – BERKSHIRE PARTNERS / GTCR / POINT BROADBAND)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 78/10)

1.   

Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Berkshire Partners LLC (“Berkshire”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

GTCR, LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Point Broadband Holdings, LLC (“Point Broadband”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn GTCR.

Berkshire u GTCR se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Point Broadband.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Berkshire hija kumpanija ta’ ekwità privata bbażata f’Boston, l-Istati Uniti tal-Amerka u li tinvesti f’kumpaniji ppożizzjonati tajjeb u li qed jikbru fit-teknoloġija u l-komunikazzjonijiet, servizzi tal-konsumatur, tal-kura tas-saħħa, u tan-negozju u l-industrijali.

—

GTCR hija ditta ta’ ekwità privata bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka li tiffoka fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fis-Servizzi Finanzjarji, it-Teknoloġija, il-Kura tas-Saħħa, it-Teknoloġija, l-industriji tal-Media u t-Telekomunikazzjonijiet u s-Servizzi tan-Negozju.

—

Point Broadband tipprovdi servizzi ta’ data minn fibra għall-post tax-xogħol b’veloċità għolja lil klijenti residenzjali u kummerċjali rurali u mhux moqdija biżżejjed fl-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11066 – BERKSHIRE PARTNERS / GTCR / POINT BROADBAND

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.