<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.1000913301.case.xml"><NO.CASE>C-515/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CC0515</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-9136</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-9160</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET VILLALÓN — KAWŻA C-515/08</LEFT><RIGHT>DOS SANTOS PALHOTA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Villalón</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20100505">5 ta’ Mejju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-Rechtbank van eerste aanleg van het gerechtelijk arrondissement Antwerpen (Qorti tal-ewwel istanza tad-distrett ġudizzjarju ta’ Antwerpen; iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Rechtbank<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) qegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkjarifika jekk id-dritt Belġjan jistax jiġi interpretat li huwa konformi mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71/KE dwar il-kollokament ta’ ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/71/KE, tas-<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE>, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap 5, Vol. 2, p. 431).</P></NOTE> kif ukoll skont l-Artikoli 56 u 57 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sostanzjalment, din il-kawża hija konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, Arblade (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-369/96+C-376/96" PAGE.ECR="I-8453" YEAR="1999">C-369/96 u C-376/96, Ġabra p. I-8453</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li fiha ġew ipprovduti l-kriterji meħtieġa sabiex jiġi stabbilit, fid-dawl tal-Artikoli 56 u 57 TFUE, jekk leġiżlazzjoni nazzjonali intiża sabiex tikkontrolla r-regolarità tal-moviment intrakomunitarju tal-ħaddiema hijiex konformi mal-imsemmi Trattat. B’mod konkret, jitqajmu diversi dubji fuq il-legalità tal-obbligu li għandha persuna li timpjega li tibgħat minn qabel dikjarazzjoni ta’ kollokament lill-awtoritajiet amministrattivi tax-xogħol Belġjani, kif ukoll li żżomm għad-dispożizzjoni dokumenti bħalma huma l-kont individwali u r-rendikont tal-pagi previsti fid-dritt Belġjan.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għaxar snin wara, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tanalizza problema simili għal dik li tqajmet fil-kawża Arblade, iżda din id-darba, fl-ambitu ta’ kuntest leġiżlattiv nazzjonali ġdid u fid-dawl ta’ żviluppi importanti fil-ġurisprudenza tal-Unjoni fil-qasam soċjali. Għaldaqstant, din il-kawża toffri l-opportunità sabiex jiġi ċċarat jekk l-affermazzjoni li l-Unjoni għandha wkoll għan soċjali, kif kienet iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi Viking Line u Laval un Partneri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, International Transport Workers’ Federation u Finnish Seamen’s Union, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Viking Line<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-438/05" PAGE.ECR="I-10779" YEAR="2007">C-438/05, Ġabra p. I-10779</REF.DOC.ECR>) u tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Laval un Partneri (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/05" PAGE.ECR="I-11767" YEAR="2007">C-341/05, Ġabra p. I-11767</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhiex xi effett fuq il-ġurisprudenza stabbilita bis-sentenza Arblade.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9137"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni applikabbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-moviment liberu tas-servizzi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 TFUE jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi.</P><P>Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jestendu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kap għal servizzi mogħtija minn ċittadini ta’ Stat terz li jkunu stabbiliti fl-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 96/71</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Bil-għan li tarmonizza l-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tal-ħaddiema fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi transkonfinali, id-Direttiva 96/71 introduċiet serje ta’ miżuri li jirrigwardaw id-drittijiet tal-ħaddiema u l-obbligi ta’ persuna li timpjega. F’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg, l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART>“It-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, tkun xi tkun il-liġi li tapplika għar-relazzjoni ta’ impjieg, l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu lill-ħaddiema mibgħuta fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg li jkopru il-kwistjonijiet li ġejjin, fl-Istati Membri fejn ix-xogħol hu mwettaq, huma stabbiliti:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>skond liġi, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi,</P></ITEM></LIST><P>u/jew</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>bi ftehim kollettiv jew sentenza ta’ arbitraġġ li kienu ddikjarati universalment applikabbli fis-sens tal-paragrafu 8, sa fejn jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fl-Anness:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perjodi massimi ta’ xogħol u l-perjodi minimi ta’ mistrieħ;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9138"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-tul minimu tal-vaganzi annwali mħallsa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ir-rati minimi ta’ ħlas, li jinkludu rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mix-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni ta’ ħaddiema, b’mod partikulari il-fornitura ta’ ħaddiema minn impriżi ta’ impjieg temporanju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>miżuri protettivi dwar termini u kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li għadhom kif weldu reċentement, ta’ tfal u ta’ żgħażagħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>it-trattament ugwali bejn irġiel u nisa u dispożizzjonijiet oħra dwar non-diskriminazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ rati minimi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu 1(ċ) huwa definit mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-ħaddiem huwa mibgħut.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-osservanza tad-Direttiva 97/61, kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Miżuri</STI.ART><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fil-każ ta’ non-konformità mad-Direttiva.</P><P>Għandhom b’mod partikulari jiżguraw li proċeduri adegwati huma disponibbli lill-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għat-twettiq ta’ l-obbligi taħt din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Belġju ttraspona d-Direttiva 96/71 permezz tal-Liġi tal-<DATE ISO="20020305">5 ta’ Marzu 2002</DATE>, li fiha inkluda wkoll l-indikazzjonijiet ipprovduti lilu mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Arblade<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="20020313">13 ta’ Marzu 2002</DATE>.</P></NOTE>. Fost miżuri oħra, u għal dak li jikkonċerna din il-kawża, il-liġi ta’ traspożizzjoni introduċiet sistema semplifikata għaż-żamma ta’ dokumenti speċifiċi dwar il-ħaddiem min-naħa tal-impriżi li jikkollokaw ħaddiema fit-territorju Belġjan (iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>sistema semplfikata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Din is-sistema ġiet implementata permezz tad-Digriet<?PAGE NO="I-9139"?> irjali tad-<DATE ISO="20020329">29 ta’ Marzu 2002</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="20020417">17 ta’ April 2002</DATE>.</P></NOTE>, li ddefinixxa l-attivitajiet fil-kuntest tal-kostruzzjoni, imsemmija espressament fl-Artikolu 6(2) tal-liġi ta’ traspożizzjoni msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-argumenti esposti, rispettivament, mill-Kummissjoni, mill-Gvern Belġjan u mill-akkużati fil-kawża prinċipali, is-sistema semplifikata introdotta mil-liġi u mid-Digriet irjali tad-<DATE ISO="20020329">29 ta’ Marzu 2002</DATE> ma baqgħetx tapplika b’effett mill-<DATE ISO="20070401">1 ta’ April 2007</DATE>, peress li ġiet sostitwita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>minn sistema ġdida, iktar komda u iktar aċċessibbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li tibbaża ruħha fuq verżjoni elettronika tad-dikjarazzjoni ta’ kollokament, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>dikjarazzjoni Limosa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Abbrevjazzjoni li toħroġ mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Landenoverschrijdend Informatiesysteem ten behoeve van MigratieOnderzoek bij de Sociale Administratie<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (netwerk ta’ informazzjoni transkonfinali dwar l-investigazzjoni fuq l-emigrazzjoni fi ħdan l-awtoritajiet amministrattivi soċjali). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub, dan in-netwerk kien is-suġġett ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għal ksur tal-Artikolu 56 TFUE (proċeduri Nru 2007/2367).</P></NOTE>. Madankollu, għall-finijiet ta’ din id-domanda preliminari, il-leġiżlazzjoni tal-2002 tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, il-kuntest ġuridiku nazzjonali rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-liġi tat-traspożizzjoni, skont il-verżjoni fis-seħħ fi żmien il-fatti tal-kawża, kien jeżenta lil persuna li timpjega mill-obbligu li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6b(2) tad-Digriet irjali tat-<DATE ISO="19781023">23 ta’ Ottubru 1978</DATE>, Nru 5, dwar iż-żamma ta’ dokumenti dwar il-ħaddiem, minkejja li għal perijodu ta’ sitt xhur biss li jiġi stabbilit mir-Re bis-saħħa ta’ din l-istess dispożizzjoni. Għaldaqstant, persuna li timpjega kienet eżentata mill-obbligu li tirrediġi regolamenti tax-xogħol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Artikolu 4 tal-Liġi tat-<DATE ISO="19650408">8 ta’ April 1965</DATE>.</P></NOTE>, rendikont tal-pagi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Artikolu 15 tal-Liġi tat-<DATE ISO="19650412">12 ta’ April 1965</DATE>.</P></NOTE>, dokumenti dwar il-kuntratti tax-xogħol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Artikoli 4 u 123 tal-Liġi tat-<DATE ISO="19780703">3 ta’ Lulju 1978</DATE>.</P></NOTE>, kif ukoll iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni immedjata tal-impjieg, sakemm persuna li timpjega stess ma tibqax suġġetta għall-iskemi Belġjani tas-sigurtà soċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Artikolu 38 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19960726">26 ta’ Lulju 1996</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6b(2) tal-imsemmi Digriet irjali Nru 5, persuna li timpjega hija eżentata mill-obbligu li tirrediġi u żżomm id-dokumenti tax-xogħol previsti mill-Kap II tal-imsemmi digriet, jekk tissodisfa żewġ kundizzjonijiet: fl-ewwel lok, li, qabel ma timpjega lill-ħaddiema, hija tibagħtu dikjarazzjoni ta’ kollokament lill-uffiċjali kompetenti, redatta skont l-Artikolu 6c. Fit-tieni lok, matul il-perijodu stabbilit fis-subparagrafu 1 tal-istess dispożizzjoni, hija għandha żżommu għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-istess uffiċjali kopja tad-dokumenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li fih tkun stabbilita l-persuna li timpjega, dejjem sakemm ikunu ekwivalenti għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kont individwali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> previst fl-Artikolu 4(1) tad-Digriet irjali jew għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>rendikont tal-paga<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> imsemmi fl-Artikolu 15 tal-Liġi tat-<DATE ISO="19650412">12 ta’ April 1965</DATE>, dwar il-protezzjoni tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Jekk ma jkollhiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>dokumenti ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, persuna li timpjega għandha l-obbligu, skont l-Artikolu 6c(4) tal-imsemmi Digriet irjali Nru 5, li tirrediġi u żżomm il-kont individwali<?PAGE NO="I-9140"?> u r-rendikont tal-paga hekk kif inhu previst fil-leġiżlazzjoni Belġjana.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Kap II tad-Digriet irjali tad-<DATE ISO="20020329">29 ta’ Marzu 2002</DATE>, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-obbligu tar-redazzjoni u taż-żamma tad-dokumenti dwar il-ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jinkludi l-Artikolu 3 li jipprovdi li qabel ma l-ħaddiema kkollokati jibdew l-impjieg tagħhom, persuna li timpjega għandha tibgħat lill-Ispetturi għall-kontroll tal-osservanza tal-liġijiet soċjali, permezz ta’ ittra, posta elettronika jew faks, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>dikjarazzjoni ta’ kollokament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 4(1). Il-konferma li din ġiet irċevuta u li tali dikjarazzjoni hija konformi trid tinħareġ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha d-dikjarazzjoni tkun waslet għand l-Ispetturi; għal dan il-għan l-Ispetturi, bl-istess mezzi msemmija hawn fuq joħorġu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>numru ta’ reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tad-dikjarazzjoni ta’ persuna li timpjega (subparagrafu 2). L-impjieg effettiv tal-ħaddiema kollokati jista’ jseħħ biss wara li l-Ispetturi jkunu bagħtu lil persuna li timpjega n-numru ta’ reġistrazzjoni, bil-konsegwenza li, fin-nuqqas ta’ dan, il-persuna interessata ma tkunx tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni (subparagrafu 3).</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Kap IV tal-istess digriet irjali, li jikkonċerna d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dikjarazzjoni ta’ kollokament<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jinkludi l-Artikolu 4 fejn tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha titniżżel fid-dikjarazzjoni li ssir minn qabel:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ persuna li timpjega li tikkolloka ħaddiema fil-Belġju: il-kunjom, l-isem, id-domiċilju, isem il-kumpannija jew is-sede tagħha, in-natura tal-attività mwettqa, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-faks, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru ta’ identifikazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-persuna li timpjega mal-awtorità tas-sigurtà soċjali kompetenti fil-pajjiż ta’ oriġini.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tar-rappreżentant jew tal-mandatarju ta’ persuna li timpjega li jkun responsabbli biex iżomm għad-dispożizzjoni d-dokumenti ekwivalenti skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan id-digriet: il-kunjom, l-isem, isem l-impriża, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkollokat fil-Belġju: il-kunjom, l-isem, id-domiċilju, id-data tat-twelid, l-istat ċivili, is-sess, in-nazzjonalità, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru u t-tip ta’ dokument tal-identità, id-data ta’ meta ġie konkluż il-kuntratt ta’ impjieg, id-data tal-bidu ta’ impjieg fil-Belġju u l-funzjoni mwettqa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiema kkollokati: iż-żmien iddedikat għax-xogħol ta’ kull ġimgħa u l-ħinijiet tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-kollokament: it-tip ta’ servizzi pprovduti fil-kuntest tal-kollokament, id-data tal-bidu tal-kollokament, it-tul previst<?PAGE NO="I-9141"?> tal-kollokament u l-post ta’ eżekuzzjoni tas-servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tad-dokumenti ekwivalenti: il-post fejn id-dokumenti jinżammu u jiġu kkonservati, skont l-Artikolu 5 ta’ dan id-digriet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-istess digriet irjali jeżiġi li tali dikjarazzjoni tkun miktuba skont il-mudell anness mad-Digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Kap V tal-imsemmi digriet jirregola l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kundizzjonijiet għaż-żamma għad-dispożizzjoni u l-konservazzjoni tad-dokumenti ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fejn l-ewwel sezzjoni tirrigwarda ż-żamma tad-dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>matul il-perijodu ta’ impjieg tal-ħaddiema kkollokati fil-Belġju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (Artikolu 5) u t-tieni sezzjoni tikkonċerna ż-żamma tad-dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>wara li jkun intemm il-perijodu ta’ impjieg tal-ħaddiema fil-Belġju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (Artikolu 6).</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) jistabbilixxi l-obbligu fuq persuna li timpjega sabiex iżżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni kopja tad-dokumenti, jew fuq il-post tax-xogħol li fih il-ħaddiem ikun ġie kkollokat, jew inkella fir-residenza fil-Belġju ta’ persuna fiżika li żżomm id-dokumenti msemmija bħala l-persuna responsabbli jew bħala l-mandatarja. Dan ir-rekwiżit jinkludi l-obbligu li d-dokumenti jimtlew debitament skont l-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż tal-oriġini. Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix osservat, persuna li timpjega għandha l-obbligu li toħloq u timla l-kont individwali u r-rendikont tal-paga skont il-leġiżlazzjoni Belġjana, kif inhu pprovdut fil-parti finali tal-Artikolu 5(1).</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Wara s-sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Digriet irjali, persuna li timpjega trid iżżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni kopja tad-dokumenti ekwivalenti, għal ħames snin u fil-postijiet imsemmija fil-punt preċedenti; fil-każ li ma tosservax dan l-obbligu, hija marbuta tirrediġi l-kont individwali u r-rendikont tal-paga skont il-liġi Belġjana. Madankollu, l-imsemmi Artikolu 5(3) jippermetti li persuna li timpjega żżomm il-kopji tad-dokumenti ekwivalenti fi kwalunkwe format, sakemm ikunu leġġibbli u jkunu magħmula f’forma li tippermetti spezzjoni effettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 6 jirreferi għall-obbligu ta’ persuna li timpjega li tiddepożita għand l-Ispetturi tax-xogħol kopja tad-dokumenti ekwivalenti fejn dan l-obbligu jibqa’ anki wara li jispiċċa l-perijodu tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>It-Termiso Limitada, li hija kumpannija Portugiża speċjalizzata fis-sistemi ta’ iżolament termiku u akustiku fis-settur tat-tiswija tal-vapuri, kienet tikkolloka mill-impjegati tagħha stess fil-Portugall xi saldaturi u fiters fit-tarzna tal-kumpannija<?PAGE NO="I-9142"?> Antwerp Ship Repair f’Antwerpen, u dan sabiex teżegwixxi kuntratti ta’ subappalt.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Kull darba li kien jiġi konkluż kuntratt, Termiso kienet titlob lill-awtoritajiet Portugiżi sabiex joħorġu l-formoli E101<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Kif ammettew il-konvenuti fil-kawża prinċipali, minkejja l-fatt li dawn il-formuli qatt ma kienu joħorġu puntwalment, din it-tardività qatt ma qanqlet suspett min-naħa tal-Ispetturi tax-xogħol Belġjani.</P></NOTE>, filwaqt li, min-naħa tagħha, l-Antwerp Ship Repair kienet tinforma lill-Ispetturi tax-xogħol bil-kollokament tal-ħaddiema, skont l-Artikolu 69 tal-Liġi fuq l-Orjentament Ekonomiku Ġdid tal-<DATE ISO="19780814">14 ta’ Awwissu 1978</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="19780817">17 ta’ Awwissu 1978</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ spezzjoni magħmula fit-<DATE ISO="20040712">12 ta’ Lulju 2004</DATE> mill-Ispetturi tas-servizz pubbliku federali tas-sigurtà soċjali fit-tarzna ta’ Anwterp Ship Repair, ġie kkonstatat li 53 ħaddiema metallurġiċi kkollokati mit-Termiso Limitada kienu jaħdmu fl-imsemmija tarzna. Ebda trasferiment tal-ħaddiema msemmija ma kien ġie kkomunikat bl-imsemmija dikjarazzjoni minn qabel u għaldaqstant mingħajr ma kien sar kuntatt minn qabel mal-Ispetturi Belġjani. Min-naħa tiegħu, il-foreman ta’ Termiso ma kien f’pożizzjoni li juri ebda dokument dwar il-pagi.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-proċedura amministrattiva mibdija fl-<DATE ISO="20040714">14 ta’ Lulju 2004</DATE> mill-Ispetturi tax-xogħol fil-konfront ta’ Termiso Limitada minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni Belġjana dwar iż-żamma tad-dokumenti dwar il-ħaddiem ġie arkivjat fis-<DATE ISO="20041117">17 ta’ Novembru 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Belġju kklassifikat in-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti preskritti mil-leġiżlazzjoni soċjali Belġjana bħala reat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Id-dispożizzjonijiet kriminali li japplikaw ma ġewx speċifikati la fid-digriet tar-Rechtbank u lanqas fil-kuntest tal-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tad-diversi intervenjenti.</P></NOTE>. Minħabba din il-klassifikazzjoni, il-prosekutur pubbliku akkuża lil Termiso Limitada (il-kumpannija li tħaddem u persuna ġuridika li hija responsabbli kriminalment), kif ukoll lil Vítor Manuel dos Santos Palhota (azzjonista u direttur ġenerali), Mário de Moura Gonçalves (li miet) u Fernando Luis das Neves Palhota (azzjonista u direttur tekniku) li wettqu diversi reati gravi, talli ma żammewx il-kont individwali tal-ħaddiema kkollokati, talli ma ħallsux il-paga minima garantita u talli ma ħallsux is-sigħat bis-sahra skont kif previst mil-liġi Belġjana.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċeduri kriminali mibdija quddiem ir-Rechtbank kontra Termiso Limitada, Vitor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves u Fernando Luis das Neves Palhota, din l-istess qorti ssospendiet il-proċeduri quddiemha u skont l-Artikolu 26 TFUE, ressqet quddiem<?PAGE NO="I-9143"?> il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-liġi tal-<DATE ISO="20020305">5 ta’ Marzu 2002</DATE> u tal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Digriet irjali tad-<DATE ISO="20020329">29 ta’ Marzu 2002</DATE> (digriet ta’ implementazzjoni) jiksru l-Artikoli 49 KE u 50 KE, sa fejn dawn jimponu fuq persuni barranin li jħaddmu, li jkunu jixtiequ jikkollokaw ħaddiema, l-obbligu li jibagħtu minn qabel dikjarazzjoni ta’ kollokament lid-Dienst Toezicht op de Sociale Wetten (l-Awtoritajiet ta’ Spezzjoni tal-Liġijiet Soċjali), kif ukoll li jżommu għad-dispożizzjoni tagħhom dokumenti ekwivalenti għall-kont individwali jew għar-rendikont tal-paga Belġjani, b’mod li l-aċċess tagħhom għas-suq tas-servizzi Belġjan ikun prekluż jew minn tal-inqas ostakolat?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20081126">26 ta’ Novembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Gvern Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Grieg u Daniż, kif ukoll il-Kummissjoni u l-akkużati fil-proċeduri kriminali nazzjonali ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fis-seduta tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE> kienu preżenti l-aġenti tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ellenika, tar-Repubblika Franċiża u tal-Awtorità tas-sorveljanza EFTA, kif ukoll tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Belġju jinvoka tliet motivi favur l-inammissibbiltà tad-domanda preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dan l-Istat Membru jsostni li d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8 tal-Liġi Belġjana li tittrasponi d-Direttiva 96/71 u tar-Regolament ta’ implementazzjoni, li tgħid li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>sistema semplifikata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> inkwistjoni hija obbligatorja għall-fornitur tas-servizzi. F’dan il-każ, tali leġiżlazzjoni tipprevedi sistema alternattiva li tippermetti lil persuna li timpjega tibbenefika mis-sistema semplifikata jew inkella, b’mod alternattiv, li tirrediġi u żżomm id-dokumenti Belġjani.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Belġju jsostni li d-digriet tar-rinviju għandu xi difetti fil-motivazzjoni tiegħu, inkwantu l-kuntest fattwali u ġuridiku tad-domanda preliminari ma jippermettux li jintwerew ir-raġunijiet għalfejn id-digriet Belġjan jikser l-Artikolu 56 TFUE preżenti, u jikkontesta wkoll ir-rilevanza tad-Direttiva 96/71 biex tiġi solvuta l-kawża fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, dan l-istess Stat Membru jiċħad iċ-ċirkustanza li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi fuq l-Artikolu 57 TFUE, u dan peress li ħadd ma kkontesta l-fatt li x-xogħol imwettaq fil-Belġju mill-ħaddiema ta’ Termiso Limitada huwa provvista ta’ servizzi, u barra minn hekk hija l-qorti nazzjonali li għandha tapplika d-dispożizzjoni msemmija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9144"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel motiv ta’ inammissibbiltà, huwa ċar li dan ma huwiex biżżejjed biex jiġġustifika li d-domanda preliminari tiġi miċħuda <HT TYPE="ITALIC">a limine</HT>. Fl-ewwel lok, peress li ma huwiex l-obbligu ta’ din il-Qorti tal-Ġustizzja li tanalizza d-dritt nazzjonali, billi l-mekkaniżmu tar-rinviju preliminari huwa bbażat fuq separazzjoni netta tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, u hija din tal-aħħar biss li għandha s-setgħa li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni abbażi tal-fatti li jiġu indikati mill-qorti nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="19940602">2 ta’ Ġunju 1994</DATE>, AC ATEL Electronics Vertriebs (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/93" PAGE.ECR="I-2305" YEAR="1994">C-30/93, Ġabra p. I-2305</REF.DOC.ECR>, punt 16); tal-<DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, Phytheron International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/95" PAGE.ECR="I-1729" YEAR="1997">C-352/95, Ġabra p. I-1729</REF.DOC.ECR>, punt 11); u tas-<DATE ISO="19980716">16 ta’ Lulju 1998</DATE>, Dumon u Froment (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-235/95" PAGE.ECR="I-4531" YEAR="1998">C-235/95, Ġabra p. I-4531</REF.DOC.ECR>, punti 25 sa 27).</P></NOTE>. Fit-tieni lok, minħabba li, indipendentement mir-raġunijiet li setgħu wasslu lir-Rechtbank sabiex turi d-dubji tagħha fuq is-sistema semplifikata, hija biss din il-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk huwiex meħtieġ li tiġi kkonsultata l-Qorti tal-Ġustizzja u tagħżel il-kuntest fattwali u leġiżlattiv li fih taqa’ d-domanda preliminari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20011025">25 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Ambulanz Glöckner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-475/99" PAGE.ECR="I-8089" YEAR="2001">C-475/99, Ġabra p. I-8089</REF.DOC.ECR>, punt 10); tat-<DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dörr u Ünal (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/03" PAGE.ECR="I-4759" YEAR="2005">C-136/03, Ġabra p. I-4759</REF.DOC.ECR>, punt 46) u tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Conseil général de la Vienne (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-419/04" PAGE.ECR="I-5645" YEAR="2006">C-419/04, Ġabra p. I-5645</REF.DOC.ECR>, punt 24).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni motiv ta’ inammissbbiltà, għandu jiġi osservat li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rifjut <HT TYPE="ITALIC">a limine</HT> ta’ domanda preliminari tista’ tkun ġustifikata biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mitluba ma jkollha ebda rabta mal-effettività jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Compañía Española de Comercialización de Aceite (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-505/07" PAGE.ECR="I-8963" YEAR="2009">C-505/07, Ġabra p. I-8963</REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20020122">22 ta’ Jannar 2002</DATE>, Canal Satélite Digital (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-390/99" PAGE.ECR="I-607" YEAR="2002">C-390/99, Ġabra p. I-607</REF.DOC.ECR>, punt 19).</P></NOTE> jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex l-elementi ta’ fatt meħtieġa sabiex tagħti risposti utli għad-domandi li jkunu sarulha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19930126">26 ta’ Jannar 1993</DATE>, Telemarsicabruzzo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-320/90+C-321/90+C-322/90" PAGE.ECR="I-393" YEAR="1993">C-320/90 sa C-322/90, Ġabra p. I-393</REF.DOC.ECR>, punt 6).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-definizzjoni tal-kuntest fattwali u leġiżlattiv li fih tidħol id-domanda preliminari hija indispensabbli biex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Digrieti tad-<DATE ISO="19930319">19 ta’ Marzu 1993</DATE>, Banchero (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/92" PAGE.ECR="I-1085" YEAR="1993">C-157/92, Ġabra p. I-1085</REF.DOC.ECR>, punt 4; tas-<DATE ISO="19950407">7 ta’ April 1995</DATE>, Grau Gomis <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/94" PAGE.ECR="I-1023" YEAR="1995">C-167/94, Ġabra p. I-1023</REF.DOC.ECR>, punt 8; u tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Spector Photo Group (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/08" PAGE.ECR="I-12073" YEAR="2009">C-45/08, Ġabra p. I-12073</REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE> u kif ukoll biex, qabel ma tagħti d-deċiżjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja, il-partijiet intervenjenti fil-proċedura preliminari jkunu jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19820401">1 ta’ April 1982</DATE>, Holdijk <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="141/81+142/81+143/81" PAGE.ECR="1299" YEAR="1982">141/81 sa 143/81, Ġabra p. 1299</REF.DOC.ECR>, punt 6)</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u minkejja n-natura sintetika tad-digriet, huwa ċar li dan l-istess digriet jipprovdi deskrizzjoni minima iżda suffiċjenti tar-rabta bejn l-Artikolu 56 TFUE, id-Direttiva 96/71 u l-leġiżlazzjoni Belġjana tal-2002, kif ukoll tal-elementi fattwali li fuqhom għandha d-dubji l-qorti nazzjonali inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, il-fatt li fid-domanda ma ssemmietx id-direttiva msemmija bl-ebda mod ma jaffettwa l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-qorti tar-rinviju tinvoka ġustament l-Artikolu 56 TFUE ukoll, li mingħajr dubju huwa rilevanti biex tingħata risposta għad-domanda tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9145"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-istess japplika għat-tielet motiv ta’ inammissibbiltà invokat mill-Belġju, fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 57 TFUE jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fil-kuntest tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, peress li din hija eżattament il-problema li hija fil-bażi tad-domanda magħmula mir-Rechtbank.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-domanda preliminari inkwistjoni ma hijiex ivvizzjata b’motiv ta’ inammissibbilità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kriterju ta’ evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Rimarki preliminari: il-kollokament ta’ ħaddiema, id-Direttiva 96/71 u l-interessi involuti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dan il-każ juri għal darba oħra t-tensjoni eżistenti bejn it-twettiq tas-suq intern u l-protezzjoni tal-valuri soċjali. Kif jirriżulta minn kawżi preċedenti, il-kollokament ta’ ħaddiema jitfa’ f’kunflitt l-impriżi li jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu servizz, il-ħaddiema impjegati tagħhom li jiġu kkollokati minħabba din il-provvista ta’ servizz, u l-Istati Membri li jilqgħu kemm lill-impriża kif ukoll lill-impjegati tagħha. Id-Direttiva 96/71 tipprova toffri soluzzjoni għal din it-tensjoni billi tipprova tilħaq bilanċ bejn il-libertà tal-imprenditur li jipprovdi s-servizzi tiegħu u s-salvagwardja ta’ ċerti standards ta’ protezzjoni soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-element essenzjali li jiddetermina jekk tapplikax id-direttiva inkwistjoni jikkonsisti fit-twettiq ta’ attività ekonomika fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat ta’ oriġni tal-impriża, li min-naħa tagħha, fl-istess ħin, tikkolloka lill-ħaddiem f’isimha u taħt id-direzzjoni tagħha. Għal din ir-raġuni, il-leġiżlatur tal-Unjoni huwa konxju tal-fatt li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>fl-interess tal-partijiet li jistabilixxu l-klawżoli u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Premessa 6 tad-Direttiva 96/71.</P></NOTE>, raġuni li minħabba fiha d-direttiva tinkludi r-regoli biex jiġi stabbilit liema dritt japplika għax-xogħol inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar il-liġijiet applikabbli (il-liġijiet tal-pajjiż ta’ stabbiliment jew dawk tal-pajjiż ospitanti) issib spjegazzjoni b’riferiment għall-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-liġijiet tal-Istati membri sabiex jiġi stabbilit nukleu ta’ regoli obbligatorji għall-protezzjoni minima<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Premessa 13 tad-Direttiva 96/71.</P></NOTE> li jridu jkunu osservati fl-Istat ospitanti jkun xi jkun it-tul tal-kollokament tal-ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Premessa 14 tad-Direttiva 96/71.</P></NOTE>. Dan il-kunċett ħa l-forma fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva fejn hemm stabbilit li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tkun xi tkun il-liġi li tapplika għar-relazzjoni ta’ impjieg,<?PAGE NO="I-9146"?> l-impriżi [...] jiggarantixxu lill-ħaddiema mibgħuta [ikkollokati] fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jkopru aspetti importanti, fosthom, il-perijodi massimi ta’ xogħol u l-perijodi minimi ta’ mistrieħ, ir-rati minimi ta’ remunerazzjoni u s-saħħa fuq ix-xogħol. Ma din il-lista jiżdied is-subparagrafu 7 li jiggarantixxi, fi kwalunkwe każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-applikazzjoni ta’ klawżoli u kundizzjonijiet ta’ impjieg jew xogħol li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>L-ispeċifiċità tas-sistema introdotta mid-Direttiva 96/71 tidher iktar ċara jekk isir paragun bejn din is-sistema u r-regoli ġenerali fuq il-liġi applikabbli li jinsabu fl-Artikoli 3 u 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-<DATE ISO="19800619">19 ta’ Ġunju 1980</DATE>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="169" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1980">ĠU C 169, p. 10</REF.DOC.OJ>). Il-Konvenzjoni ttendi lejn soluzzjoni differenti, billi tipprovdi li, fin-nuqqas ta’ għażla min-naħa tal-partijiet (il-kriterju prinċipali), il-kuntratt tax-xogħol għandu jkun irregolat mil-liġi tal-Istat fejn l-impjegat normalment iwettaq xogħlu, sabiex jeżegwixxi l-kuntratt, anki jekk huwa temporanjament ikkollokat fi Stat ieħor, jew mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment li impjega lill-ħaddiem (il-kriterju sussidjarju), mingħajr ma dan ikun ta’ ħsara għall-possibbiltà, skont ċerti kundizzjonijiet, li jiġu implementati, skont il-liġi li ġiet iddikjarata bħala applikabbli għall-kuntratt, ir-regoli obbligatorji ta’ liġi oħra, b’mod partikolari dik tal-Istat fejn il-ħaddiem jiġi temporanjament ikkollokat (il-kriterju tad-dispożizzjoni imperattiva).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, is-subparagrafu 10 tal-imsemmi Artikolu 3 jirrikonoxxi lill-Istati Membri l-possibbiltà, fl-osservanza tat-Trattati, li jimponu lill-impriżi li jikkollokaw ħaddiema fit-territorju tagħhom, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ impjieg dwar kwistjonijiet differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1), sa fejn dawn għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Is-sistema li għadni kif semmejt, li tista’ titqies li hija n-nukleu sostantiv tad-direttiva għal dak li jirrigwarda r-relazzjoni ta’ impjieg, teżisti flimkien ma’ sistema aċċessorja li hija xorta waħda essenzjali għall-implementazzjoni tal-ewwel sistema: il-liġijiet nazzjonali ta’ kontroll u ta’ sorveljanza, li huma intiżi li jivverifikaw ir-rispett tad-drittijiet tal-imsemmija ħaddiema. Huwa proprju għal dan il-grupp li jappartjenu d-dispożizzjonijiet Belġjani kkontenzjużi f’din il-kawża. Tali dispożizzjonijiet, li normalment jiġu adottati u applikati mill-Istat ospitanti, ma jidħlux fil-kategorija tad-dispożizzjonijiet sostantivi tad-direttiva: fl-ewwel lok peress li ma humiex imsemmija fl-Artikolu 3 u fit-tieni lok, peress li l-Artikolu 5 jagħti lill-Istati Membri l-kompitu li jissalvagwardjaw b’mod effettiv l-għanijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Minn dan toħroġ konsegwenza waħda: sa fejn l-imsemmi Artikolu 5 jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw miżuri xierqa li jiggarantixxu l-osservanza tad-Direttiva 96/71, il-konformità ta’ dawn il-miżuri mad-dritt tal-Unjoni trid tiġi evalwata fid-dawl tat-Trattati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Wolf &amp; Müller (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-60/03" PAGE.ECR="I-9553" YEAR="2004">C-60/03, Ġabra p. I-9553</REF.DOC.ECR>, punt 30).</P></NOTE>. Għaldaqstant, il-kawża inkwistjoni teħtieġ interpretazzjoni mhux wisq tal-imsemmi Artikolu 5, iżda pjuttost tal-Artikoli 56 u 57 TFUE, li jiggarantixxu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll il-kundizzjonijiet fundamentali li l-Istati Membri għandhom josservaw biex jiżguraw l-effettività ta’ din il-libertà.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9147"?><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan ir-riżultat huwa koerenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li riċentement żviluppat interpretazzjoni wiegћsa tal-miżuri sostantivi tad-Direttiva 96/71, b’tendenza manifestament favur il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Huwa paċifiku li l-imsemmija sentenza Laval un Partneri ħarġet b’interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-direttiva inkwistjoni li tillimita l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri biex jimponu miżuri ta’ protezzjoni soċjali li huma differenti minn dawk elenkati għall-impriżi barranin li jikkollokaw ħaddiema fit-territorju tagħhom. Tali interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 taffettwa wkoll l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE u, b’mod iktar konkret, l-istandard ta’ kontroll li għandu jsir fuq il-miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema. Dan l-approċċ, li ma huwiex nieqes minn kritika u ambigwità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Kilpatrick, C., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>The ECJ and Labour Law: A 2008 Retrospective<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, <HT TYPE="ITALIC">Industrial Law Journal,</HT> Vol. 38, Nru 2, Oxford University Press, 2009, p. 196 sa 202.</P></NOTE> ġie adottat mill-ġdid riċentement fil-kawżi Rüffert<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/06" PAGE.ECR="I-1989" YEAR="2008">C-346/06, Ġabra p. I-1989</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-<DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/06" PAGE.ECR="I-4323" YEAR="2008">C-319/06, Ġabra p. I-4323</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, meta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni jirrigwardaw il-miżuri ta’ kontroll u ta’ sorveljanza meħuda mill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-osservanza tal-imsemmi Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-kriterju ta’ kontroll rilevanti huwa t-Trattat. Dan jirriżulta mis-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat ċerti dispożizzjonijiet sostantivi nazzjonali fid-dawl tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, u ħalliet il-miżuri ta’ kontroll u ta’ sorveljanza suġġetti għall-eżami bbażat fuq it-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kriterju għall-evalwazzjoni, l-istess bħall-istandard ta’ kontroll li għandu jiġi applikat għall-miżuri nazzjonali inkwistjoni, huwa dak previst fit-Trattati, u dan kif ġara fil-kawża Arblade. Konsegwentement, id-dottrina żviluppata fil-kuntest ta’ dik il-kawża tirriżulta li tapplika hawnhekk b’mod sħiħ, minkejja l-iżvilupp reċenti li seħħ wara s-sentenza Laval un Partneri.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Issa, kif qalet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Arblade, tali konklużjoni ma tipprekludix li l-qorti nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>abbażi ta’ prinċipju tad-dritt kriminali tagħha, tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet iktar favorevoli tad-Direttiva 96/71 sabiex tapplika d-dritt intern, minkejja li d-dritt [tal-Unjoni] ma jinvolvi ebda obbligu f’dan is-sens<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Għaldaqstant, u sa fejn id-Direttiva 96/71 tipprovdi kriterji li jillimitaw ir-responsabbiltà kriminali tal-akkużati, hija tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni meta jiġu applikati l-Artikoli 56 u 57 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-ġustifikazzjoni tagħhom</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni fejn il-liġijiet applikabbli għas-servizzi ma jkunux armonizzati,<?PAGE NO="I-9148"?> l-ostakoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE joħorġu, f’dawn il-każijiet, mit-tendenza tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li japplikaw għal kwalunkwe persuna li tkun tinsab fit-territorju nazzjonali, inkluż il-fornitur tas-servizzi li, billi jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħra, joperaw temporanjament fit-territorju tal-Istat ospitanti. Il-ġurisprudenza affermat ripetutament li tali libertà fundamentali teżiġi mhux biss it-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni fil-konfront ta’ min jipprovdi servizzi transkonfinali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu, iżda wkoll it-tneħħija ta’ kull restrizzjoni, anki jekk din tapplika mingħajr distinzjoni għall-prestatarji nazzjonali u għal dawk ta’ Stati Membri oħra, meta tkun tali li tipprojbixxi, tfixkel, jew li tirrendi inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur tas-servizz stabbilit fi Stat membru ieħor, fejn legalment jipprovdi servizzi simili<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="19910725">25 ta’ Lulju 1991</DATE>, Säger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-76/90" PAGE.ECR="I-4221" YEAR="1991">C-76/90, Ġabra p. I-4221</REF.DOC.ECR>, punt 12); tal-<DATE ISO="19970605">5 ta’ Ġunju 1997</DATE> SETTG (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-398/95" PAGE.ECR="I-3091" YEAR="1997">C-398/95, Ġabra p. I-3091</REF.DOC.ECR>, punt 16); tad-<DATE ISO="20060119">19 ta’ Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-244/04" PAGE.ECR="I-885" YEAR="2006">C-244/04, Ġabra p. I-885</REF.DOC.ECR>, punt 30), u tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-219/08" PAGE.ECR="I-9213" YEAR="2009">C-219/08, Ġabra p. I-9213</REF.DOC.ECR>, punt 13).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ħaddnet interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>restrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> b’riferiment għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li tvarja mill-projbizzjoni effettiva ta’ attività għas-sempliċi telf tan-natura attraenti tagħha. Dan huwa żvilupp li jirriżulta li huwa koerenti mal-iżvilupp li kkaratterizza libertajiet oħra, b’mod partikolari l-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(1) TFUE, li japplika għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi permezz tar-referenza li hemm fl-Artikolu 62 TFUE, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà jistgħu jkunu ġustifikati għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, sigurtà pubblika u saħħa pubblika. Madankollu, fil-każ li r-restrizzjoni tkun tirriżulta minn miżura li tapplika mingħajr ebda distinzjoni li ma toħloqx diskriminazzjoni diretta, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li, anki f’dak il-każ, il-miżuri restrittivi jkunu ġustifikati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li japplikaw għall-persuni jew impriżi kollha li jeżerċitaw attività fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, meta tali interess ma jkunx protett mid-dispożizzjonijiet li għalihom ikun suġġett il-fornitur tas-servizz fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34, u s-sentenzi tal-<DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE>, Mazzoleni u ISA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-165/98" PAGE.ECR="I-2189" YEAR="2001">C-165/98, Ġabra p. I-2189</REF.DOC.ECR>, punt 27; tal-<DATE ISO="20011025">25 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Finalarte <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-49/98+C-50/98+C-52/98+C-53/98+C-54/98+C-68/98+C-69/98+C-70/98+C-71/98" PAGE.ECR="I-7831" YEAR="2001">C-49/98, C-50/98, C-52/98 sa C-54/98 u C-68/98 sa C-71/98, Ġabra p. I-7831</REF.DOC.ECR>, punt 333), kif ukoll is-sentenzi International Transport Workers’ Federation u Finnish Seamen’s Union, iċċitati iktar ’il fuq, punt 77 u Laval un Partneri, iċċitata iktar ’il fuq, punt 103.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Tali ġustifikazzjoni għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).</P></NOTE> u permezz ta’ kontroll tal-proporzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, b’effett mill-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li hija d-data li fiha daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt primarju fil-qasam soċjali li jinteressaw il-kamp tal-libertajiet. B’mod konkret, il-kollokament tal-ħaddiema, sa fejn jista’ jaġġusta l-intensità tal-libertà li jiġu pprovduta servizzi, għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet soċjali introdotti mill-imsemmi Trattat. Fil-fatt, l-Artikolu 9 TFUE<?PAGE NO="I-9149"?> jinkludi klawżola trażversali ta’ protezzjoni soċjali li tobbliga lill-istituzzjonijiet sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Dan ir-rekwiżit huwa fformulat wara d-dikjarazzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(3) TUE, li t-twettiq tas-suq intern iseħħ b’mod konkret permezz ta’ politika bbażata fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ mpjieg u progress soċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dan il-mandat soċjali jidher b’mod iktar ċar fl-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, test li llum il-ġurnata sar parti mid-dritt primarju tal-Unjoni u li fih jinsab dikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[k]ull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Fost il-kundizzjonijiet imsemmija tinsab il-garanzija dwar it-tul ta’ żmien tax-xogħol, il-perijodi ta’ mistrieħ u l-vaganzi annwali li juru, għalkemm b’mod mhux eżawrjenti, sistema minima ta’ protezzjoni tal-ħaddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jimplika li, jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol jitqiesu bħala raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jiġġustifikaw deroga mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huma ma għandhomx jibqgħu jiġu interpretati b’mod restrittiv. Sa fejn il-protezzjoni tal-ħaddiem huwa fattur li jistħoqqlu li jkun protett direttament mit-Trattati, din ma hijiex kwistjoni ta’ sempliċi deroga minn libertà u, wisq iżjed, lanqas ta’ deroga mhux miktuba li tirriżulta mill-ġurisprudenza. Is-sistema ġdida tad-dritt primarju, li timponi b’mod obbligatorju livell għoli ta’ protezzjoni soċjali, qegħda tiżgura li l-Istati Membri, għas-salvagwardja ta’ livell partikolari ta’ protezzjoni soċjali, jistgħu jaslu sabiex jillimitaw libertà, u tawtorizzahom jagħmlu hekk mingħajr ma d-dritt tal-Unjoni jikkunsidra tali limitazzjoni bħala att straordinarju u, bħala tali, suġġett għal evalwazzjoni restrittiva. Din it-teżi, li hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet ġodda tat-Trattat li għadhom kif issemmew, tiġi espressa, fil-prattika, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-miżuri kontenzjużi ta’ natura soċjali tal-Istat ospitanti, biex ikunu jistgħu jkunu ġġustifikati fit-termini esposti iktar ’il fuq, għandhom jirriżultaw idonei sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex u ma għandhomx imorru lilhinn minn dak li jirriżulta li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan. Dan il-kriterju ta’ proporzjonalità li l-Qorti tal-Ġustizzja applikat b’mod regolari fil-ġurisprudenza fil-qasam tal-libertajiet fundamentali, huwa magħruf komunement bħala t-test tal-adegwatezza u tan-neċessità, rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit jekk il-miżuri kontenzjużi jikkostitwixxux restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u sussegwentement, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, irid jiġi evalwat jekk<?PAGE NO="I-9150"?> dawn humiex ġustifikati fid-dawl tat-test tal-proporzjonalità. Din l-analiżi trid issir b’mod individwali, b’eżami separat ta’ kull waħda mill-miżuri inkwistjoni, u fid-dawl ta’ kriterju ta’ kontroll li, b’applikazzjoni tat-Trattat, jirriżulta partikolarment sensittiv fir-rigward tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiem.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-miżuri ta’ kontroll adottati mill-Belġju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Is-sistema semplifikata introdotta fil-Belġju fl-2002 teżenta lil fornitur tas-servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor mill-obbligu li jirrediġi dokumenti partikolari previsti mid-dritt tal-pajjiż ospitanti, dejjem sakemm tali fornitur (a) jibgħat dikjarazzjoni minn qabel lill-awtoritajiet Belġjani tal-kontroll tal-liġijiet soċjali, fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkollokat, skont mudell dettaljat, (b) jikkonserva u jżomm għad-dispożzzjoni tal-awtoritajiet kompetenti d-dokumenti tal-pajjiż ta’ stabbiliment tal-impriża li għandhom ikunu simili għall-kont individwali u għar-rendikont tal-paga previsti mis-sistema legali Belġjana u, (ċ) tali kollokament temporanju ma jaqbiżx is-sitt xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sistema semplifikata ma tapplika qatt għat-trasferimenti li jaqbżu s-sitt xhur, u l-applikazzjoni tagħha hija eskluża anki għat-trasferimenti li jkunu ta’ inqas minn sitt xhur jekk ma jkunx ġie sodisfatt ir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni minn qabel, każ li fih tapplika s-sistema ġenerali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni ta’ qabel il-kollokament</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Espożizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-akkużati fil-kawża prinċipali jsostnu li d-dikjarazzjoni mitluba, kif ukoll il-konsegwenzi tal-ommissjoni tagħha, taħbi fir-realtà awtorizzazzjoni vera u proprja li tostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Min-naħa l-oħra, il-Gvern Belġjan jenfasizza li l-ġurisprudenza Komunitarja aċċettat espressament din it-teknika ta’ kontroll, filwaqt li tiċħad li din tikkostitwixxi kundizzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tiġi evitata s-sistema komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Indipendentement mill-argumenti esposti mill-Belġju, kollox jindika li din hija restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, peress li l-Istat Membru jikser l-ugwaljanza tal-kundizzjonijiet bejn il-fornitur barrani u dak nazzjonali, inkwantu huwa jeżiġi tali dikjarazzjoni mingħand il-fornitur barrani biss.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi mfakkar li l-ġurisprudenza affermat li dikjarazzjoni minn qabel hija ġustifikata għall-finijiet tal-protezzjoni tal-ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20041021">21 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-445/03" PAGE.ECR="I-10191" YEAR="2004">C-445/03, Ġabra p. I-10191</REF.DOC.ECR>, punt 46); Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (iċċitata iktar ’il fuq, punti 41 u 42), u Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, (iċċitata iktar ’il fuq, punt 16).</P></NOTE>. Fil-fatt, ma jistax<?PAGE NO="I-9151"?> jiġi kkontestat l-obbligu impost fuq il-fornitur tas-servizzi sabiex jipprovdi dikjarazzjoni, li tiċċertifika li s-sitwazzjoni tal-ħaddiema kkonċernati hija legali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ residenza, tal-permess ta’ xogħol u tas-sigurtà soċjali, fl-Istat Membru fejn din l-impriża timpjegahom. Miżura ta’ dan it-tip ma teċċedix dak li huwa neċesssarju sabiex jiġu evitati l-abbużi li jistgħu jsiru mill-implementazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif ser jintwera fil-punti sussegwenti, tali ġustifikazzjoni hija sostenibbli kemm fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">kontenut</HT> u kif ukoll tal-<HT TYPE="ITALIC">forma</HT> tad-dikjarazzjoni. Madankollu, il-fatt li l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni hija prevista li ssir <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> il-kollokament, kif ukoll ċerti aspetti dwar l-<HT TYPE="ITALIC">applikazzjoni prattika</HT> tad-dikjarazzjoni nnifisha, iqajmu dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq il-kontenut tad-dikjarazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-informazzjoni li, skont l-Artikolu 4 tad-Digriet irjali tad-<DATE ISO="20020329">29 ta’ Marzu 2002</DATE>, trid titniżżel fid-dikjarazzjoni minn qabel ma jqajmux ħafna dubji wara analiżi tagħhom fid-dawl tat-Trattati. Kif sostnew l-Istati li ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, din l-informazzjoni dettaljata hija intiża li tipprova, skont il-kriterji pprovduti mid-Direttiva 96/71, il-legalità tas-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu l-ħaddiema kollokati fl-Istat tal-oriġini u wkoll sabiex tistabbilxxi d-drittijiet li għandhom jiġu rikonoxxuti lill-ħaddiema fil-post tal-provvista temporanja tas-servizzi. Barra minn hekk, din id-data hija indispensabbli sabiex jiġi stabbilit liema regoli huma iktar favorevoli għall-ħaddiema. L-informazzjoni dettaljata li tikkonċerna lil persuna li timpjega, lill-ħaddiema stess<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>B’mod partikolari, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>data ta’ meta ġie konkluż il-kuntratt tax-xogħol, id-data tal-bidu tax-xogħol fil-Belġju u l-funzjoni mwettqa<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</P></NOTE>, kif ukoll l-indikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli, u b’mod iktar partikolari, tad-dewmien tal-ġimgħa tax-xogħol u tal-ħinijiet, hija intiża li tippermetti li tiġi verifikata l-legalità tax-xogħol tal-ħaddiema fl-Istat tal-oriġni. Għaldaqstant, l-għan li jiġu indikati d-drittijiet rikonoxxuti lill-ħaddiema fl-Istat ospitanti jirriżulta li huwa proporzjonat mar-riċerka tal-informazzjoni dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>it-tip ta’ servizzi pprovduti fil-kuntest tal-kollokament, id-data tal-bidu tal-kollokament, it-tul previst tal-kollokament u l-post ta’ eżekuzzjoni tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-indikazzjoni tal-post fejn jinżammu għad-dispożizzjoni u jiġu kkonservati d-dokumenti ekwivalenti, l-istess bħall-informazzjoni dwar il-persuna li tkun responsabbli għalihom fil-Belġju, tirriżulta li hija koerenti mal-protezzjoni effettiva tal-ħaddiema. F’dan is-sens iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Arblade, meta affermat li tali protezzjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa, kif ukoll fil-qasam tal-ħin tax-xogħol <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tista’ tagħmilha meħtieġa li jinżammu ċerti dokumenti fit-tarzna, jew tal-inqas, f’post aċċessibbli u identifikat sew fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għall-awtoritajiet ta’ dan l-Istat inkarigati milli jwettqu l-kontrolli, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ sistema<?PAGE NO="I-9152"?> organizzata ta’ kooperazzjoni jew ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri, kif previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Il-forma tad-dikjarazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Lanqas l-obbligu li d-dikjarazzjoni tiġi redatta skont mudell partikolari ma għandu jitqies li huwa piż eċċessiv għall-fornitur tas-servizzi peress li din hija miżura li ġġib magħha kjarezza ġuridika u tiffaċilita l-kompitu tal-istess fornitur li jibgħat id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, il-fornitur tas-servizzi jista’ jimla l-formola fil-lingwa tiegħu stess<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Kjarifika magħmula waqt is-seduta mir-rappreżentant tal-Gvern Belġjan.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità qabel il-kollokament</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jsiru riflessjonijiet iktar fid-dettall fuq id-dispożizzjonijiet tas-sistema legali Belġjana li jintegraw il-leġiżlazzjoni inkwistjoni, b’mod partikolari dawk li jeżentaw lill-persuna kkonċernata mir-redazzjoni u miż-żamma tad-dokumenti dwar il-ħaddiem Belġjani, meta l-Ispetturi jiċċertifikaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>li rċevew tali dikjarazzjoni u jiċċertifikaw il-konformità tagħha<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum li fih ikunu rċevew id-dikjarazzjoni, jagħtuha numru ta’ reġistrazzjoni u jinnotifikawha lil persuna li timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-Belġju jikkwalifika s-sistema ta’ dikjarazzjoni minn qabel bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sempliċi proċedura ta’ notifika<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Punt 32 tan-nota ta’ intervent tal-Belġju.</P></NOTE>, filwaqt li jiċħad li din hija kundizzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jsir il-kollokament tal-ħaddiema. Madankollu, tali interpretazzjoni tidher li hija kontradetta minn affermazzjoni oħra tal-istess Stat Membru fejn jgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>l-applikazzjoni tas-sistema semplifikata hija suġġetta għall-kundizzjoni li tintbagħat dikjarazzjoni ta’ kollokament<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Punt 31 tan-nota ta’ intervent.</P></NOTE>, kif ukoll mill-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istess dikjarazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, skont is-sentenza msemmija tal-Qorti tal-Ġustizzja, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, il-kontroll qabel il-kollokament min-naħa tal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[j]eċċedi dak li hu meħtieġ biex tipprevjeni l-abbużi li jistgħu jsiru mill-implimentazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C- 244/04, punt 42).</P></NOTE>. Il-verifika minn qabel tar-rekwiżiti tikkontrasta mal-għan sempliċiment informattiv li l-ġurisprudenza tagħti lil din it-tip ta’ komunikazzjoni, li jikkonsisti unikament fil-fatt li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>li jikkontrollaw l-informazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> u li jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ irregolarità tal-qagħda ta’ dawk il-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 41).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9153"?><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għandu jingħad ukoll li, b’riferiment għall-kollokament tal-ħaddiema ta’ Stat terz li jiffurmaw parti mill-persunal impjegat ta’ impriża stabbilita fl-Unjoni, il-ġurisprudenza rrifjutat il-fatt li d-dispożizzjoni nazzjonali tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ provvista ta’ servizzi minn dawk il-ħaddiema għall-għoti ta’ permess amministrattiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Fir-rigward tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-<DATE ISO="19940809">9 ta’ Awwissu 1994</DATE>, Vander Elst (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/93" PAGE.ECR="I-3803" YEAR="1994">C-43/93, Ġabra p. I-3803</REF.DOC.ECR>, punt 15); tal-<DATE ISO="20041021">21 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (iċċitata iktar ’il fuq, punt 24), u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (iċċitata iktar ’il fuq, punt 34), dan ir-rekwiżit jikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 49 KE.</P></NOTE>. Għaldaqstant jidher li huwa raġonevoli li l-Qorti tal-Ġustizzja żżomm pożizzjoni simili meta jkun hemm impjegati ċittadini tal-Unjoni, bħal fil-każ tal-impjegati ta’ Termiso Limitada.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Madankollu, il-każ inkwistjoni jinkludi karatteristika partikolari meta mqabbel mal-ġurisprudenza li tirrigwarda ċ-ċittadini ta’ Stati terzi, peress li wara d-dikjarazzjoni minn qabel, li għandha ssir minn persuna li timpjega, isegwi neċessarjament l-għoti ta’ numru ta’ reġistrazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Belġjani. Kif osservajt fil-punti preċedenti, id-dikjarazzjoni ta’ konformità mill-awtoritajiet tal-Istat ospitanti mhux dejjem tinvolvi l-verifika tal-fatt li l-kollokament għandu l-intenzjoni josserva l-kundizzjonijiet kollha imposti mil-leġiżlazzjoni soċjali. Għall-kuntrarju, id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ titqies formalità li tillimita ruħha sabiex tikkonferma li d-dikjarazzjoni ġiet redatta b’mod korrett. Madankollu, is-sistema Belġjana għandha tiġi evalwata b’mod differenti jekk wieħed josserva li ma huwiex possibbli li l-provvista tas-servizzi tibda qabel ma jingħata u jiġi nnotifikat lil persuna li timpjega in-numru ta’ reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni tagħha, li mingħajru, ma jkunx jista’ jsir il-kollokament tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sempliċi trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti, l-istess bħall-konferma li ġiet irċevuta l-istess informazzjoni, jistgħu potenzjalment jikkonvertu ruħhom f’mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ permess li jippreċedu l-bidu tal-provvista tas-servizz. Tali riżultat diffiċilment jista’ jiġi rrikonċiljat mat-Trattati, u wisq inqas jekk jiġi analizzat mill-aspett tal-effettività.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>L-effettività amministrattiva tad-dikjarazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Huwa evidenti li l-għarfien taċ-ċirkustanzi madwar relazzjoni partikolari ta’ xogħol jiffaċilita l-attività involuta. Permezz taċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità tad-dikjarazzjoni minn qabel, l-ispettur jiġi informat bil-kontenut tar-rapport tax-xogħol bil-għan li jiġu evitati irregolaritajiet potenzjali li jistgħu jkunu preżenti qabel il-bidu tal-provvista tas-servizz. B’hekk, fil-każ li jiġu identifikati tali irregolaritajiet, persuna li timpjega ma tiksibx in-numru ta’ reġistrazzjoni (peress li, kif osservajt qabel, mingħajr ir-reġistrazzjoni ma jkunx jista’ jseħħ il-kollokament u lanqas ix-xogħol), u b’hekk jiġi evitat li l-ispettur ikollu jivverifika din l-irregolarità fuq il-post tax-xogħol.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9154"?><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-aspett tal-Artikolu 56 TFUE, tali effettività fil-ġestjoni ma tiġġustifikax il-fatt li l-kollokament tal-ħaddiema jkun suġġett għall-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni relattiva permezz tal-għoti ta’ numru ta’ reġistrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Is-sentenza Arblade hija kategorika fejn tiddikjara li l-kriterju li tiġi ffaċilitata l-osservanza tal-obbligu ta’ kontroll min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ma huwiex biżżejjed biex jiġġustifika restrizzjoni simili fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], fejn żiedet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>huwa meħtieġ, barra minn hekk, li l-awtoritajiet ma jkunux jistgħu josservaw b’mod effettiv ix-xogħol ta’ kontroll tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza ċċitata iktar ’il fuq, punt 76.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fuq l-istess linja, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu qieset bħala sproporzjonata l-miżura li kienet timponi li jinżammu ċerti dokumenti għand mandatarju residenti fil-Lussemburgu u ddikjarat li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>ma ressaq ebda element konkret insostenn tal-arugment li l-konservazzjoni tad-dokumenti inkwistjoni minn mandatarju residenti fil-Lussembugu jippermetti lil dawn l-awtoritajiet li jeffettwaw il-kontrolli imposti fuqhom<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE> (C-319/06, iċċitata iktar ’il fuq, punt 91).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Id-data li tinsab fid-dikjarazzjoni hija ċara biżżejjed biex tippermetti li jsir il-kontroll iktar ’il quddiem, għalkemm ma huwiex ċar b’liema mod il-kundizzjoni li l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ssir fi żmien ħamest ijiem hija neċessarja għall-iskop tal-eżerċizzju ta’ dan il-kontroll.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Rekwiżit simili lanqas ma jwassal għal vantaġġ effettiv jew supplimentari għall-ħaddiema kkollokati meta mqabbel mas-sitwazzjoni tagħhom fil-każ li jsir kontroll <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Il-kriterju tal-benefiċċju addizzjonali għall-ħaddiema, għalkemm limitat għall-paragun bejn il-liġijiet tal-pajjiżi ta’ oriġni u dawk ospitanti, ġie enfasizzat fis-sentenza Finalarte <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Fil-fatt, l-eżistenza nnifisha tal-kawża prinċipali, li fiha huma riflessi l-konstatazzjonijiet tal-awtoritajiet fir-rigward tad-drittijiet tal-paga tal-ħaddiema ta’ Termiso Limitada, hija prova tal-fatt li l-kontroll minn qabel tad-dikjarazzjoni individwali ta’ kollokament ma hijiex determinanti għall-finijiet tad-dmirijiet tal-Ispetturi Belġjani.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-terminu ta’ ħamest ijiem li għandhom l-awtoritajiet Belġjani sabiex jikkonfermaw li rċevewha u sabiex jagħtu numru ta’ reġistrazzjoni, ġie kkonstatat li tali perijodu ta’ żmien, għalkemm huwa qasir, jista’ jostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi li minnha jibbenefikaw l-impriżi bħal Termiso, inkwantu l-iżvilupp tat-tip ta’ servizzi offruti jeħtieġ kollokament kważi immedjat tal-ħaddiema fil-Belġju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Kif juru l-argumenti tal-akkużati fil-kawża prinċipali, li ġew ikkorroborati waqt is-seduta, tiswijiet bħal dawk imwettqa minn Termiso, jeżiġu l-kollokament urġenti ta’ ħaddiema.</P></NOTE>, ħaġa li l-impriża msemmija ma tkunx tista’ tonora li kieku kellha tistenna risposta mingħand l-Ispetturi f’dak it-terminu. Pereżempju, sistema ta’ kunsens taċitu, li permezz tagħha jkun preżunt li ngħata n-numru fil-każ li l-awtorità ma tagħtix risposta fit-terminu previst, jista’ jikkostitwixxi metodu alternattiv. Għaldaqstant, din is-soluzzjoni turi li jeżistu mezzi inqas onerużi mill-istennija tal-konferma li d-dikjarazzjoni ġiet irċevuta u li ngħata n-numru ta’ reġistrazzjoni, u din hija<?PAGE NO="I-9155"?> raġuni li għaliha jiġi kkonfermat li l-analiżi tal-miżuri inkwistjoni ma tissodisfax it-test tal-kontroll tal-proporzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Huwa pjuttost sinjifikattiv il-fatt li dan ġie rikonoxxut mill-aġent tal-Kummissjoni waqt is-seduta.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Sinteżi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti esposti, l-Artikoli 56 u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kollokament tal-ħaddiema u l-bidu effettiv tal-provvista tas-servizzi għall-konferma li d-dikjarazzjoni ta’ kollokament hija konformi u li din ġiet irċevuta fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol li jiddekorru mid-data li fiha jkunu rċevewha l-Ispetturi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dokumenti tal-Istat ta’ stabbiliment ekwivalenti għal dawk tal-Istat ospitanti</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Espożizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tieni miżura li dwarha għandha dubji r-Rechtbank hija dik li tobbliga lill-impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor sabiex iżżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ċerti dokumenti tal-pajjiż tal-oriġini li jkunu simili għal dawk tal-pajjiż ospitanti, b’mod partikolari, id-dokumenti li jirreferu għall-kont individwali u għar-rendikont tal-pagi skont il-leġiżlazzjoni Belġjana.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni kontra l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kontroll doppju<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, flimkien mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jippermettu li jiġi affermat li d-Direttiva 96/71 teħtieġ li jkun hemm livell raġonevoli ta’ ekwivalenza bejn il-mekkaniżmi ta’ garanzija fis-seħħ fl-Istat ospitanti u dawk imposti fl-Istat ta’ oriġni ta’ persuna li timpjega. Ta’ spiss, tali paragunabbiltà tar-rekwiżiti tkun kemm-il darba meħtieġa fir-rigward tad-dokumenti dwar il-ħaddiem, li s-soltu huma l-punt tat-tluq għall-Ispetturi tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża Arblade, l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer analizza l-portata tal-imsemmi rekwiżit tal-ekwivalenza, fejn enfasizza li l-Istati ospitanti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>għandhom xorta waħda jiżguraw li tali impriżi ma jonorawx diġà obbligi simili taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom, u dan fid-dawl mhux wisq tal-isem tad-dokumenti varji, iżda pjuttost tal-kontenut u l-iskop tagħhom. F’dan il-każ, għandhom jirrikonoxxu l-ekwivalenza tar-regoli tal-Istat ta’ stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Konsegwentement, l-Istati ospitanti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>jkunu jistgħu jeżiġu [mingħand il-fornitur tas-servizzi] li dawn jikkonformaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tagħhom biss meta din tissupplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’<?PAGE NO="I-9156"?> stabbiliment u ma tkunx sovrapposta għaliha<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (punt 89).</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rriproduċiet din l-interpretazzjoni fis-sentenza li ngħatat f’dik il-kawża, fejn affermat li l-obbligu li jiġu redatti u jinżammu d-dokumenti fl-Istat Membru ospitanti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>ifisser spejjeż kif ukoll oneri amministrattivi u finanzjarji addizzjonali għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, b’mod li dawn tal-aħħar ma jinsabux fuq livell ta’ ugwaljanza, mill-aspett tal-kompetizzjoni, ma’ persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (punt 58). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>s-sempliċi fatt li jeżistu ċerti differenzi fil-forma jew fil-kontenut ma jistax jiġġustifika l-fatt li jinżammu żewġ settijiet ta’ dokumenti, konformi, sett minnhom mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment, u l-ieħor mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti, meta l-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti mitluba mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment ikunu globalment suffiċjenti biex jippermettu l-kontrolli meħtieġa fl-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 64.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għall-konklużjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ dan it-tip fih il-karatteristiċi ta’ restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 59 tat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 59.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Id-dottrina stabbilita bis-sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT> qegħda fil-bażi tal-prinċipju tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, peress li, ċertament il-projbizzjoni kontra l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>oneru doppju<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> jimplika l-aċċettazzjoni tad-dritt tal-Istat Membru l-ieħor (id-dritt li jkun fis-seħħ fil-pajjiż tal-oriġini), bħala strument validu għad-difiża tal-interess ġenerali fil-pajjiż ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Abbażi taċ-ċirkustanzi preċedenti, jista’ jiġi sostnut li r-rekwiżit tad-dokumenti tal-pajjiż tal-oriġini (analizzat <HT TYPE="ITALIC">in asbtracto</HT>, mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-obbligi taż-żamma u tal-konservazzjoni) ma jikkostitwix restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE, peress li, minn naħa, l-impriża trid tirrediġi d-dokumenti msemmija fl-Istat fejn tkun stabbilita, l-istess bħall-impriżi l-oħra, u, min-naħa l-oħra, anki l-impriżi stabbiliti fil-post fejn titwettaq il-provvista tas-servizz għandhom jippreżentaw dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> skont il-leġiżlazzjoni Belġjana. Madankollu, il-karatteristiċi konkreti tas-sistema Belġjana u b’mod speċjali, l-obbligu tal-konservazzjoni tal-imsemmija dokumenti, jistgħu jwasslu għal riżultat differenti, u dan kif ser nuri iktar ’il quddiem.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Id-dokumenti ekwivalenti għall-kont individwali u għar-rendikont tal-paga tal-pajjiż ospitanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-għażla li, skont il-Gvern Belġjan, is-sistema tiegħu toffri lill-fornitur tas-servizzi (li jagħżlu s-sistema semplifikata jew inkella jipprovdu direttament għall-mili tad-dokumenti previsti<?PAGE NO="I-9157"?> mil-leġiżlazzjoni Belġjana), għandu jiġi osservat li s-sistema semplifikata hija intiża li teżenta lil persuna li timpjega milli twettaq ċerti obbligi, bħalma huma r-redazzjoni u l-kustodja ta’ ċerti dokumenti (fosthom, il-kont individwali u r-rendikont tal-paga) li, skont l-Artikolu 56 TFUE, jistgħu jkunu imposti fil-każijiet ta’ kollokament temporanju tal-ħaddiema biss meta l-protezzjoni soċjali tagħhom ma tiġix iggarantita permezz tad-dokumenti previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-Belġju jikkonfermaw din l-interpretazzjoni: peress li s-sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT> tipprekludi li jiġi introdott obbligu ġenerali li jimponi fuq il-persuni barranin li jħaddmu l-obbligu li jirrediġu l-kont individwali previst mid-dritt Belġjan, l-istess dritt Belġjan jeżenta lil persuna li timpjega minn dan l-obbligu meta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-ġurisprudenza siltet kriterju prinċipali u ieħor sussidjarju, fejn tat mandat preċiż lill-awtoritajiet u, eventwalment, lill-qrati tal-Istat Membru ospitanti, sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>jivverifikaw sussegwentement — qabel ma jitolbu r-redazzjoni u ż-żamma, fit-territorju ta’ dak l-Istat, ta’ dokumenti dwar il-ħaddiem jew tax-xogħol konformi mal-leġiżlazzjoni tagħhom stess — jekk il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema li tiġġustifika dawk l-obbligi hijiex iggarantita biżżejjed permezz tal-produzzjoni, f’terminu raġonevoli, tad-dokumenti miżmuma fl-Istat Membru ta’ stabbiliment jew tal-kopja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65.</P></NOTE>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fil-każ fejn persuna li timpjega ma jkollhiex id-dokumenti ekwivalenti msemmija, il-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti tobbligaha tirrediġi u żżomm il-kont individwali u r-rendikont tal-paga previsti mil-leġiżlazzjoni Belġjana. Għaldaqstant, ma tistax tiġi pprojbita sistema li teżiġi dokumenti dwar il-ħaddiem ekwivalenti għal dawk previsti fil-pajjiż ta’ stabbiliment, fejn ir-rekwiżit impost mis-sistema tad-dokumentazzjoni ordinarja jsir wieħed sussidjarju. Huwa evidenti li din l-interpretazzjoni tirriżulta li hija kompatibbli mad-dottrina stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Issa, huwa iktar diffiċli li jiġi ġġustifikat il-fatt li l-Belġju jillimita l-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja biss għat-trasferimenti ta’ ħaddiema li jkunu ta’ inqas minn sitt xhur, peress li anki t-trasferimenti għal iktar minn sitt xhur jaqgħu taħt l-Artikolu 56 TFUE. Ċertament, it-trasferimenti ta’ ħaddiema li għal iktar minn sitt xhur jibqgħu temporanji, u dan kif jirriżulta mis-sentenzi Rush Portuguesa, Vander Elst, Finalarte, u Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, sa fejn il-ħaddiema jiġu trasferiti f’isem impriża li ma tistabbilixxix ruħha fl-Istat ospitanti, iżda toffri biss servizzi f’dak l-Istat, il-ħaddiema kkollokati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ma<?PAGE NO="I-9158"?> jippretendux li jaċċedu għas-suq ta’ l-impjieg ta’ l-Istat Membru ta’ kollokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19900327">27 ta’ Marzu 1990</DATE>, Rush Portuguesa (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-113/89" PAGE.ECR="I-1417" YEAR="1990">C-113/89, Ġabra p. I-1417</REF.DOC.ECR>, punt 15); Vander Elst (iċċitata iktar ’il fuq, punt 21); Finalarte <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq, punt 22), u Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, (iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Il-kontenut tad-dokumenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fuq il-kont individwali ta’ kull ħaddiem jitniżżlu s-servizzi kollha pprovduti minnu f’sena waħda kif ukoll ir-remunerazzjoni tiegħu. Ir-rendikont tal-paga li tintbagħat lill-ħaddiem għal kull perijodu ta’ remunerazzjoni, tindika l-mod preċiż tal-kalkolu tal-ħlasijiet tal-ħaddiem bit-tnaqqis relattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Huwa evidenti li dawn iż-żewġ dokumenti huma idonei sabiex jiġi ċċarat liema huma d-drittijiet finanzjarji tal-ħaddiem, sa fejn jippermettu li jiġi kkonstatat jekk ġewx osservati l-limiti stabbiliti, kemm mil-liġi, kif ukoll mill-ftehim kollettiv, u sabiex jiġi vverifikat jekk tħallsux effettivament il-ġranet kollha li fihom ta s-servizz tiegħu, inklużi l-ġranet ta’ festa u l-vaganzi annwali, li għaldaqstant jirriżultaw li huma meħtieġa ukoll għall-finijiet tal-verifika tal-paga minima u l-ħlas għas-sahra. Barra minn hekk, iż-żamma taż-żewġ dokumenti msemmija tirriżulta li hija meħtieġa biex jiġu pparagunati d-drittijiet tal-ħaddiem impjegat fid-diversi sistemi legali u, abbażi tal-ekwivalenza tad-dokumenti tal-Istat ta’ stabbiliment mad-dokumenti tal-Istat ospitanti, tirriżulta li hija inqas oneruża meta mqabbla ma’ miżuri alternattivi oħra, bħalma huwa l-obbligu li jiġu direttament redatti d-dokumenti Belġjani.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Il-konservazzjoni tad-dokumenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-konservazzjoni tad-dokumenti għandha ssir distinzjoni bejn tliet aspetti differenti: l-ewwel wieħed, dwar iż-żamma għad-dispożizzjoni u l-konservazzjoni tad-dokumenti ekwivalenti matul il-perijodu li fih jaħdmu l-ħaddiema kkollokati fil-Belġju; it-tieni wieħed, li jestendi l-obbligu tal-kustodja tad-dokumenti sa żmien ħames snin mill-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt xhur ta’ wara l-ewwel kollokament, u t-tielet wieħed, dwar il-post fejn iridu jiġu kkonservati d-dokumenti nnifishom, jiġifieri l-post tax-xogħol fejn ikun ikkollokat il-ħaddiem jew ir-residenza fil-Belġju ta’ persuna fiżika li tikkonservahom fil-kapaċità tagħha bħala mandatarja.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-estensjoni ta’ dan l-obbligu fiż-żmien, għandu jiġi mfakkar li<?PAGE NO="I-9159"?> s-sistema organizzata ta’ kooperazzjoni jew ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri prevista fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71 tagħmel superfluwa l-konservazzjoni tad-dokumenti fl-Istat Membru ospitanti wara li persuna li timpjega tkun waqfet milli timpjega ħaddiema hemmhekk<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, tad-<DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (punt 92) u Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (punt 79).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza rrikonoxxiet l-obbligu li jiġu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kkonservati ċerti dokumenti fir-residenza ta’ persuna fiżika residenti fl-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, iżda limitatament għad-dewmien tal-kollokament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Hekk jirriżulta, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, mill-punt 74 tas-sentenza tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-490/04" PAGE.ECR="I-6095" YEAR="2007">C-490/04, Ġabra p. I-6095</REF.DOC.ECR>): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>Żgur, jekk huwa veru li, fil-punt 76 ta[s-sentenza Arblade], il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li mhuwiex biżżejjed, sabiex tiġġustifika restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li tikkonsisti li timponi fuq prinċipal li huwa barrani li jżomm ċerti dokumenti fir-residenza ta’ persuna fiżika residenti fl-Istat Membru ospitanti, li l-preżenza ta’ dawn id-dokumenti f’dan l-Istat hija ta’ natura li tiffaċilita b’mod ġenerali t-twettiq tal-missjoni ta’ kontroll ta’ l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat, dan il-punt tas-sentenza jikkonċerna madankollu l-obbligu impost fuq prinċipal li jżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ċerti dokumenti anke meta huwa ma jħaddimx aktar ħaddiema fl-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</P></NOTE>. Għaldaqstant, għalkemm l-obbligu li jiġu kkonservati d-dokumenti ekwivalenti għall-perijodu tal-kollokament jikkonċerna l-proporzjonalità, min-naħa l-oħra jirriżulta li huwa iktar kontenzjuż il-fatt li dan l-obbligu jibqa’ fis-seħħ għall-ħames snin ta’ wara l-provvista tas-servizz, u dan huwa kkonfermat fil-punti 77 u 78 tas-sentenza Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, kif ukoll fil-punti 90 sa 94 tas-sentenza C-319/06, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu. Il-fatt li l-Istati Membri għandhom mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni alternattivi li jistgħu jissostitwixxu dan l-oneru li jaqa’ fuq persuna li timpjega, u li, barra minn hekk, jinvolvi spejjeż ta’ ġestjoni li jostakolaw inutilment il-provvista tas-servizzi fi Stat Membru li huwa differenti minn dak ta’ stabbiliment, jikkonferma li din hija kundizzjoni sproporzjonata u għaldaqstant li tikser l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Riepilogu</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jirriżulta li l-Artikoli 56 u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi li jiġu ppreżentati ċerti dokumenti tal-pajjiż ta’ stabbiliment (fil-każ inkwistjoni, il-kont individwali u r-rendikont tal-paga previsti mis-sistema Belġjana) li jkunu ekwivalenti għal dawk li għandhom jiġu redatti fl-Istat ospitanti. Min-naħa l-oħra, sistema bħalma hija dik Belġjana, li tirrikjedi l-konservazzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Istat ta’ stabbiliment li jkunu ekwivalenti għal dawk tal-Istat ospitanti, wara li jieqaf il-kollokament effettiv tal-ħaddiema, huwa sproporzjonat u ma jsib ebda ġustifikazzjoni fid-dawl tal-Artikoli 56 u 57 TFUE. L-istess oġġezzjoni tgħodd għal sistema li teżiġi direttament ir-redazzjoni tad-dokumenti tal-Istat ospitanti għat-trasferimenti temporanji ta’ ħaddiema li jkunu ta’ iktar minn sitt xhur.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9160"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi din id-domanda preliminari billi tiddikjara li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 56 u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kollokament tal-ħaddiema u l-bidu effettiv tal-provvista tas-servizzi għaċ-ċertifikazzjoni li dik id-dikjarazzjoni hija konformi u ġiet irċevuta fit-terminu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol li jibdew jiddekorru mid-data li fiha l-Ispetturi jkunu rċevewha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 56 u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux sistema nazzjonali li timponi li jiġu ppreżentati ċerti dokumenti tal-pajjiż ta’ stabbiliment (fil-każ inkwistjoni, il-kont individwali u r-rendikont tal-paga previsti fis-sistema Belġjana) li jkunu ekwivalenti għal dawk li għandhom jiġu redatti fl-Istat ospitanti. Min-naħa l-oħra, l-Artikoli 56 u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema nazzjonali li tirrikjedi</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-konservazzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Istat ta’ stabbiliment li jkunu ekwivalenti għal dawk tal-Istat ospitanti, wara li jieqaf il-kollokament effettiv tal-ħaddiema;</P></ITEM><ITEM><P>iż-żamma ta’ dokumenti tal-Istat ospitanti għat-trasferimenti temporanji ta’ ħaddiema li jkunu ta’ iktar minn sitt xhur.<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>