15.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8950 — BASF DOM Business/Solenis/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 414/17)

1.   

Fis-6 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BASF DOM Business (“In-negozju tal-BASF DOM”, il-Ġermanja), ikkontrollata biss minn BASF SE (il-Ġermanja),

—

Solenis LLC (“Solenis”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata biss minn Clayton, Dubilier & Rice, Inc. (“CD&R”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Joint venture maħluqa ġdida (“JV”, ir-Renju Unit).

BASF SE u CD&R jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV li se tgħaqqad Solenis man-negozju dinji tal-BASF fil-karta u tal-kimiċi tal-ilma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ trasferiment ta’ assi u xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

In-Negozju tal-BASF DOM huwa magħmul min-negozju dinji tal-BASF SE fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ kimiċi tal-karta wet-end u kimiċi għat-trattament tal-ilma.

—

Solenis hija kumpanija ta’ kimiċi ta’ speċjalità u fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ proċess u tal-ilma. Il-portafoll tal-prodotti tal-kumpanija jinkludi għajnuniet għall-proċess, kemistriji għat-trattament tal-ilma, addittivi funzjonali u sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll.

—

Il-JV se tkun il-kumpanija ta’ kimiċi ta’ speċjalità u fornitur ta’ soluzzjonijiet tal-proċess u tal-ilma.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8950 — BASF DOM Business/Solenis/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).