|
16.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/19 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1734
tal-14 ta' Novembru 2018
li tagħti derogi lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika ta' Ċipru fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2018) 7465)
(It-testi bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja u Ċipru ppreżentaw talbiet lill-Kummissjoni biex jiksbu derogi fir-rigward tal-provvediment ta' data statistika speċifika dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u l-elettriku. |
|
(2) |
L-informazzjoni/ir-raġunijiet mogħtija minn dawk l-Istati Membri jiġġustifikaw l-għoti tad-derogi. |
|
(3) |
Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi li ġejjin qed jingħataw hawnhekk mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1952:
|
(1) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tingħata deroga mll-produzzjoni ta' data statistika għas-snin ta' referenza 2017 u 2018 għal:
|
|
(2) |
Ir-Renju ta' Spanja għandu jingħata deroga mll-produzzjoni ta' data statistika għas-snin ta' referenza 2017 u 2018 għal:
|
|
(3) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tingħata deroga mll-produzzjoni ta' data statistika għas-snin ta' referenza 2017 u 2018 għal:
|
|
(4) |
Ir-Repubblika ta' Ċipru għandha tingħata deroga mll-produzzjoni ta' data statistika għas-sena ta' referenza 2017 għal: il-punt 5(a) tal-Anness II relatat mas-subkomponenti tal-prezzijiet tan-netwerk u s-subkomponenti li jinkludu t-taxxi, t-tariffi, il-levies, u l-imposti. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika ta' Ċipru.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Marianne THYSSEN
Membru tal-Kummissjoni