European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/463

7.3.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/463

tal-5 ta’ Marzu 2025

dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2003/96/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Copenhagen fl-4 ta’ Lulju 2002 u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2003.

(2)

L-Artikolu 12, il-punt (b), tal-Ftehim jipprovdi li l-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2002 u serjista’ jiġġedded bi qbil reċiproku bejn il-partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin kull darba.

(3)

Abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/737/KE (4), il-Ftehim b’hekk iġġedded fit-22 ta’ Settembru 2003 għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. Barra minn hekk, abbażi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/182/UE (5), (UE) 2015/344 (6) u (UE) 2020/788 (7), il-Ftehim iġġedded għal perjodi sussegwenti ta’ ħames snin, b’effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2009, mit-8 ta’ Novembru 2014 u mit-8 ta’ Novembru 2019, rispettivament. L-aħħar tiġdid jiskadi fit-8 ta’ Novembru 2024.

(4)

L-Ukrajna hija attur importanti fl-oqsma tax-xjenza, t-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-viċinat tal-Unjoni. Sabiex ikomplu jiffaċilitaw il-kooperazzjoni f’oqsma prijoritarji komuni tax-xjenza u t-teknoloġija, iż-żewġ partijiet iqisu li jkun fl-interess reċiproku tagħhom li l-Ftehim jiġġedded.

(5)

Iż-żewġ partijiet ikkonfermaw li biħsiebhom iġeddu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. Jenħtieġ li l-kontenut tal-Ftehim imġedded jibqa’ identiku għall-kontenut tal-Ftehim. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-Ftehim, jenħtieġ li t-tiġdid ikollu effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2024.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li t-tiġdid tal-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni.

(7)

F’konformità mat-Trattati, jenħtieġ li jenl-Kummissjoni tesprimi l-approvazzjoni tal-Unjoni li ġġedded il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-tiġdid tal-Ftehim għandu jkollu effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2024.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tipproċedi, f’isem l-Unjoni, biex tinnotifika lill-Ukrajna li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex tesprimi l-approvazzjoni tal-Unjoni biex iġġedded il-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

T. SIEMONIAK


(1)  Kunsens tal-11 ta’ Frar 2025 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/96/KE tas-6 ta’ Frar 2003 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 36, 12.2.2003, p. 31).

(3)   ĠU L 36, 12.2.2003, p. 32.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/737/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jġedded il-Ftehim ta’ kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 267, 17.10.2003, p. 24).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/182/UE tad-9 ta’ Marzu 2011 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 79, 25.3.2011, p. 3).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/344 tas-17 ta’ Frar 2015 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 37).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/788 tad-9 ta’ Ġunju 2020 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 193, 17.6.2020, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/463/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)