7.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/259

tas-6 ta’ Frar 2023

għal Deċiżjoni tal-Kunsill li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/346

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem.

(2)

Fit-28 ta’ Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/346 (1) li taħtar lis-Sur Eamon GILMORE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-28 ta’ Frar 2023.

(3)

Il-mandat tar-RSUE jenħtieġ li jiġi estiż għal perjodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2023 sad-29 ta’ Frar 2024.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/346 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat ta’ Eamon GILMORE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa estiż sad-29 ta’ Frar 2024. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi terminat qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”

;

(2)

fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2023 sad-29 ta’ Frar 2024 għandu jkun ta’ EUR 1 567 461,56.”;

(3)

fl-Artikolu 12, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta’ progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sat-30 ta’ Novembru 2023.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/346 tat-28 ta’ Frar 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 62, 1.3.2019, p. 12).