|
7.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1164
tas-6 ta’ Awwissu 2020
li jipprevedi deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-pest Agrilus planipennis Fairmaire mill-Kanada u mill-Istati Uniti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (2) tħassret u ġiet sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/2031, filwaqt li d-dispożizzjonijiet tal-Annessi tagħha ġew sostitwiti bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (3). |
|
(2) |
L-Agrilus planipennis Fairmaire huwa pest elenkat fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2072 bħala organiżmu mhux magħruf li jeżisti fl-Unjoni. Huwa wkoll elenkat bħala pest ta’ prijorità fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (4). |
|
(3) |
Skont l-informazzjoni miġbura fl-2018 waqt żewġ awditi tal-Kummissjoni fil-Kanada u fl-Istati Uniti, l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-għażla (b) tal-punt 2.3 fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, mhijiex verifikata biżżejjed qabel l-esportazzjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1959 (5) għaldaqstant ippermettiet biss l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-injam Fraxinus L., Juglans ailantifolia Carr., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya rhoifolia Siebold and Zucc., li joriġina fil-Kanada u l-Istati Uniti (“l-injam speċifikat”) skont stqarrijiet uffiċjali msemmija fl-għażliet (a) u (c) tal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1959 skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2020. |
|
(4) |
Id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 87 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2019/2072 jistabbilixxu rekwiżiti speċjali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-pest Agrilus planipennis Fairmaire permezz tal-injam li joriġina f’ċerti pajjiżi terzi. Id-dispożizzjonijiet tal-għażla (b) tal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE issa riflessi taħt l-għażla (b) tal-punt 87 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2019/2072. |
|
(5) |
Fid-dawl tar-riżultati tal-awditi tal-Kummissjoni mwettqa fil-Kanada u fl-Istati Uniti fl-2018, għadu jitqies xieraq li tiġi permessa biss l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-injam Fraxinus L., Juglans ailantifolia Carr., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya rhoifolia Siebold and Zucc., li joriġina f’dawk il-pajjiżi terzi, taħt stqarrijiet uffiċjali msemmija fl-għażliet (a) u (c) tal-punt 87 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2019/2072. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika sat-30 ta’ Ġunju 2023, biex jippermetti li jiġi analizzat il-punt 87 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2019/2072 abbażi tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’deroga mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 87 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2019/2072, l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-injam Fraxinus L., Juglans ailantifolia Carr., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya rhoifolia Siebold and Zucc. (“l-injam speċifikat”), kif deskritt fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, li joriġina mill-Kanada u mill-Istati Uniti, għandu jkun permess biss permezz tad-dikjarazzjonijiet uffiċjali msemmija fl-għażliet (a) u (c) ta’ dak il-punt 87.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1959 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li tidderoga mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid fiha tal-organiżmu ta’ ħsara Agrilus planipennis (Fairmaire) permezz tal-injam li joriġina mill-Kanada u mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 315, 12.12.2018, p. 27).
ANNESS
Injam speċifikat kif imsemmi fl-Artikolu 1
Injam speċifikat għandu jfisser injam kif deskritt fit-tabella li ġejja:
|
Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra |
Kodiċijiet tan-NM |
||||
|
Injam ta’ Fraxinus L., Juglans ailantifolia Carr., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., sakemm ma jkunx fil-forma ta’
|
ex 4401 12 00 ex 4403 12 00 ex 4403 99 00 ex 4404 20 00 ex 4406 12 00 ex 4406 92 00 4407 95 10 4407 95 91 4407 95 99 ex 4407 99 27 ex 4407 99 40 ex 4407 99 90 ex 4408 90 15 ex 4408 90 35 ex 4408 90 85 ex 4408 90 95 ex 4416 00 00 ex 9406 10 00 |