|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2006 |
23.12.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2006
tat-18 ta’ Diċembru 2025
li jikkoreġi u jemenda r-Regolament (UE) 2023/1670 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1670 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tintroduċi rekwiżiti tad-disinn speċifiċi għat-tagħmir u għas-sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi. Għalhekk, l-ismartphones, telefowns ċellulari oħra, it-telefowns bla fili u l-islate tablets koperti minn dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġu eżentati mir-Regolament (UE) 2023/1670. |
|
(3) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/1670 jirrikjedi li jkun hemm firxa ta’ spare parts disponibbli għas-sewwejja professjonali jew għall-utenti finali, u jistabbilixxi żewġ skedi ta’ żmien massimi differenti għall-konsenja ta’ dawk l-ispare parts: 5 ijiem tax-xogħol matul l-ewwel 5 snin u 10 ijiem tax-xogħol matul is-sentejn l-oħra. Madankollu, l-obbligu li jiġu pprovduti l-ispare parts jista’ jdum aktar minn 7 snin. Għalhekk, dan l-iżball jeħtieġ jiġi kkoreġut. Minħabba l-fatt li l-iżball jaffettwa l-prodotti kollha koperti mir-Regolament, trid issir l-istess korrezzjoni għal kull grupp ta’ prodotti fil-Partijiet A sa D, it-Taqsima 1.1, il-punt (3), ta’ dak l-Anness. |
|
(4) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/1670 jistabbilixxi rekwiżiti taż-żarmar differenti għal diversi partijiet tal-prodott. Hemm żball fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sostituzzjoni tal-assemblaġġ tal-iskrin, li bi żball ġew inklużi f’żewġ taqsimiet separati tar-rekwiżiti. Għaċ-ċarezza u l-konsistenza, dan l-iżball fil-partijiet A, B u D, it-Taqsima 1.1, il-punt (5), ta’ dak l-Anness, jeħtieġ jiġi rettifikat. L-istess japplika għall-parti C, it-taqsima 2.1, il-punt (5) fejn l-assemblaġġ tal-iskrin huwa inkluż kemm fil-punt (a) kif ukoll fil-punt (c); għalhekk, il-punt (c) jeħtieġ jitħassar. |
|
(5) |
L-Artikolu 40, il-paragrafi 1 sa 4, tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jindirizza ċ-ċirkomvenzjoni b’mod komprensiv u japplika għall-prodotti koperti mir-Regolament (UE) 2023/1670 mill-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1781. Għalhekk, l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2023/1670 sar superfluwu u jenħtieġ li jitħassar. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1670 jiġi kkoreġut u emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-20 ta’ Ġunju 2025 sabiex jipprovdi ċertezza legali fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn skont ir-Regolament (UE) 2023/1670. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/1670 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(2) jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 6 jitħassar. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 9, l-aħħar paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “tagħmir ieħor għall-fini tar-reġistrazzjoni jew tar-riproduzzjoni tal-ħsejjes jew tal- immaġnijiet, fosthom sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħsejjes u tal- immaġnijiet għajr bit-telekomunikazzjoni, iżda għajr l-iskrins elettroniċi koperti mir- Regolament (UE) 2019/2021, it-telefowns bla fili koperti mir-Regolament (UE) 2023/1670, u l-projetturi b’mekkaniżmi għall-iskambju tal-lentijiet b’oħrajn b’tul fokali differenti.”. |
Artikolu 2
L-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) 2023/1670 huma kkoreġuti f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-20 ta’ Ġunju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/125/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1670 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 (ĠU L 214, 31.8.2023, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1670/oj).
(3) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/34/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).
ANNESS
L-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) 2023/1670 huma kkoreġuti kif ġej:
A.
L-Anness II huwa kkoreġut kif ġej:|
(1) |
fil-Parti A, it-Taqsima 1.1 hija kkoreġuta kif ġej:
|
|
(2) |
Fil-Parti B, it-Taqsima 1.1 hija kkoreġuta kif ġej:
|
|
(3) |
Fil-Parti C, it-Taqsima 2.1 hija kkoreġuta kif ġej:
|
|
(4) |
Fil-Parti D, it-Taqsima 1.1 hija kkoreġuta kif ġej:
|
B.
L-Anness IV huwa kkoreġut kif ġej:Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Meta mudell ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 40, il- paragrafi 1 sa 4, tar-Regolament (UE) 2024/1781, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2006/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)