<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-326/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CC0326</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:605">EU:C:2017:605</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR – KAWŻA C‑326/16 P</P><P><HT TYPE="SC">LL vs IL-PARLAMENT</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Maciej Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑326/16 P</HT></P><P>LL</P><P>vs</P><P>Il-Parlament Ewropew</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Ex membru tal-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tirrigwarda l-irkupru tal-allowances relattivi għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet parlamentari</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ lment quddiem il-korpi tal-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju</KEYWORD><KEYWORD>Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-preżentata ta’ rikors</KEYWORD><KEYWORD>Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant, LL, ex membru tal-Parlament Ewropew, jitlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, LL vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Digriet tad-<DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE> (T‑615/15, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:432">EU:T:2016:432</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li permezz tiegħu din ċaħdet bħala manifestament inammissibbli, minħabba t-tardività tiegħu, ir-rikors għal annullament tiegħu dirett b’mod partikolari kontra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tirrigwarda l-irkupru ta’ allowance imħallsa lill-appellant waqt il-mandat Parlamentari tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan l-appell iqajjem żewġ kwistjonijiet ġodda li jikkonċernaw id-dritt proċedurali tal-Unjoni jiġifieri, minn naħa, ir-relazzjoni bejn ir-rimedji – amministrattivi u ġudizzjarji – kontra d-deċiżjonijiet tal-Parlament li jippreġudikaw lill-membri u, min-naħa l-oħra, il-modalitajiet ta’ notifika tad-deċiżjonijiet individwali fil-każ fejn l-ispedizzjoni bil-posta ma setgħatx tiġi kkunsinnata lid-destinatarju tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE> dwar miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>(<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, C 159, p. 1</REF.DOC.OJ>), fil-verżjoni taghħa fis-seħħ mill-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE> u kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju u tat-<DATE ISO="20101018">18 ta’ Ottubru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 283, p. 9</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>miżuri ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE>, tipprovdi, fl-Artikolu 68(1) tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Irkupru ta’ ħlasijiet indebiti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kwalunkwe somma li titħallas b’mod indebitu skont dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandha tiġi rkuprata. Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħti istruzzjonijiet bil-għan li jiġu rkuprati dawn l-ammonti mill-Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 72, tal-miżuri ta’ implementazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Ilmenti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="072.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Membru li jidhirlu li dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni ma ġewx applikati sew mis-servizz kompetenti fir-rigward tiegħu jista’ jagħmel ilment bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali.</ALINEA><ALINEA>Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar l-ilment għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk Membru ma jaqbilx mad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, fi żmien xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, jista’ jitlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Kwesturi, li jieħdu deċiżjoni wara konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk parti għall-proċedura tal-ilment ma taqbilx mad-deċiżjoni adottata mill-Kwesturi, din tista’, fi żmien xahrejn wara n-notifika dwar dik id-deċiżjoni, titlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Bureau li jieħu d-deċiżjoni finali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal suċċessur legali tal-Membru kif ukoll għal dawk li kienu Membri u s-suċċessuri legali tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-appellant kien membru tal-Parlament matul il-leġiżlatura ta’ bejn l-1999 u l-2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Wara investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li tikkonstata li allowance ta’ assistenza Parlamentari tal-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">37728</FT> kienet tħallset indebitament lill-appellant, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament adotta, fis-<DATE ISO="20140417">17 ta’ April 2014</DATE>, deċiżjoni intiża għall-irkupru ta’ dan l-ammont. Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-appellant fit-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), flimkien man-nota ta’ debitu tal‑<DATE ISO="20140505">5 ta’ Mejju 2014</DATE> li kien fiha l-modalitajiet għall-irkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-appellant ippreżenta lment kontra din id-deċiżjoni fejn talab ir-rinviju tal-kwistjoni lejn il-kwesturi, abbażi tal-Artikolu 72(2) tal-miżuri ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Dan l-ilment ġie miċħud mill-kwesturi bl-ittra tat-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li l-appellant jindika li sar jaf biha l-għada.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150202">2 ta’ Frar 2015</DATE>, l-appellant talab li l-kwistjoni tiġi rrinvijata quddiem il-Bureau tal-Parlament, b’konformità mal-Artikolu 72(3) tal-miżuri ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Bureau tal-Parlement ċaħad l-ilment tal-appellant bid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>deċiżjoni tal-Bureau<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Parlament jindika li d-deċiżjoni tal-Bureau intbagħtet bil-posta rreġistrata fit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>, lejn l-indirizz indikat mill-appellant fl-ittra ta’ lment tiegħu, Din l-ittra ntbagħtet lura bil-posta Belġjana mingħajr ma nġabret mill-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-appellant irċieva posta elettronika minn uffiċjal tal-Parlament, flimkien mad-deċiżjoni tal-Bureau kif ukoll in-nota ta’ debitu li tirrigwarda l-ammont inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">’Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, l-appellant ippreżenta rikors intiż sabiex jikseb l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża u tan-nota ta’ debitu tal-<DATE ISO="20140505">5 ta’ Mejju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, l-appellant invoka żewġ motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq in-natura illegali u infondata tad-deċiżjoni kontenzjuża u, it-tieni, fuq ksur tal-prinċipji ta’ preskrizzjoni, ta’ terminu raġonevoli, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bħala manifestament inammissibbli minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tar-rikors, previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Il-Qorti Ġenerali indikat li d-deċiżjoni kontenzjuża u n-nota ta’ debitu kienu ġew innotifikati lill-appellant fit-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, filwaqt li r-rikors ġie ppreżentat biss fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, jiġifieri iktar minn 17-il xahar wara d-data ta’ notifika, mingħajr ma l-appellant invoka l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla d-digriet appellat u sabiex tirrinvija lill-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-Parlament jitlob li l-appell jiġi miċħud u li l-appellant jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi tal-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka erba’ aggravji bbażati, l-ewwel wieħed fuq in-nuqqas tal-eżami komplut tal-fajl mill-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-iżball ta’ liġi fl-applikazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni; it-tieni, fuq ksur tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali’ it-tielet fuq ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; u r-raba’ fuq ksur tal-Artikolu 133 u l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, f’dak li jirrigwarda l-kundanna tal-appellant għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Nikkunsidra li jeħtieġ li jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, l-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Introduzzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant isostni li, fir-rikors tiegħu fl-ewwel istanza, kien indika li kien ippreżenta lment kontra d-deċiżjoni kontenzjuża quddiem il-kwesturi u, sussegwentement, quddiem il-Bureau. Huwa jilmenta li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni dan il-fatt fil-kalkolu tat-terminu għall-preżentata tar-rikors u, barra minn hekk, li wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Parlament jikkontesta l-argumenti tal-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Nosserva li dan l-aggravju fih, fir-realtà, żewġ ilmenti distinti, ibbażati, l-ewwel wieħed fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat, u t-tieni fuq żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motivazzjoni tad-digriet appellat</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa kien beda l-proċedura ta’ lment prevista fl-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Jidhirli li dan l-aggravju huwa fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mir-rikors fl-ewwel istanza jirriżulta li, wara n-notifika tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-appellant kien ippreżenta lment kontra din id-deċiżjoni, skont l-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni, quddiem il-kwesturi, u sussegwentement quddiem il-Bureau. Fir-rikors tiegħu, l-appellant indika barra minn hekk li kien ippreżenta dan l-ilment fit-termini previsti u li kien ġie informat biċ-ċaħda tiegħu permezz tal-posta elettronika tal-Parlament tal-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Issa, billi kkonstatat li r-rikors kien tardiv minħabba l-fatt li ġie ppreżentat iktar minn 17-il xahar wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni kontenzjuża (punti 7 u 9 tad-digriet appellat), il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi ta’ din il-proċedura ta’ lment fuq il-kalkolu tat-terminu għall-preżentata tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-digriet appellat huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat żball ta’ liġi li jirrigwarda l-applikazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Sa fejn jirriżulta, b’mod impliċitu, mid-digriet appellat li l-introduzzjoni ta’ lment abbażi tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni ma jinfluwenzax, fi kwalunkwe każ, il-kalkolu tat-terminu għall-preżentata tar-rikors previst mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali applikat dawn id-dispożizzjonijiet b’mod żbaljat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Nosserva li dan l-ilment ser jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta, għall-ewwel darba, l-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ser ikollha importanza prattika kunsiderevoli, fid-dawl tan-numru li qiegħed jiżdied ta’ proċeduri relattivi għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet fuq ir-relazzjoni bejn l-ilment abbażi tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni u l-azzjoni ġudizzjarja, billi ddeċidiet fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà f’kawża li hija attwalment pendenti, permezz tad-digriet Le Pen vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161024">24 ta’ Ottubru 2016</DATE> (<NO.CASE>T‑140/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:645">EU:T:2016:645</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti Ġenerali, iż-żewġ rimedji – amministrattivi u ġudizzjarji – ma jeskludux wieħed lill-ieħor, fis-sens li huwa possibbli għall-appellant sabiex jippreżenta lment kontra d-deċiżjoni tal-Parlament fuq il-bażi tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni, fl-istess ħin ma’ rikors quddiem il-Qorti Ġenerali. Din is-soluzzjoni hija sostnuta mill-fatt li jipprovdi li l-imsemmi Artikolu 72 jistabbilixxi proċedura ta’ lment fakultattiva, nieqsa minn effett sospensiv, u li ma tikkostitwixxix prerekwiżit għall-preżentata ta’ azzjoni ġudizzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161024">24 ta’ Ottubru 2016</DATE> (<NO.CASE>T‑140/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:645">EU:T:2016:645</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Le Pen vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑140/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:151">EU:T:2017:151</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Billi pprovdiet din is-soluzzjoni, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-pożizzjoni tal-Parlament li sostna, f’din il-kawża, li meta membru jippreżenta lment kontra deċiżjoni, ma jistax simultanjament jippreżenta azzjoni ġudizzjarja kontra l-istess deċiżjoni peress li din l-azzjoni tkun prematura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara d-Digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161024">24 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Le Pen vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑140/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:645">EU:T:2016:645</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Parlament iressaq l-istess teżi fil-kawża preżenti, billi jsostni li, minkejja li l-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni ma jipprevedix proċedura prekontenzjuża obbligatorja, madankollu, meta membru jagħżel li jippreżenta lment, ma jistax jippreżenta azzjoni ġudizzjarja, iżda għandu jistenna tmiem il-proċedura ta’ lment u, jekk ikun il-każ, jikkontesta d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Nosserva li huwa stabbilit li l-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni jistabbilixxi, għall-benefiċċju tal-membri, proċedura ta’ lment fakultattiva kontra d-deċiżjonijiet adottati mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni għandha, fl-opinjoni tiegħi, tiġi interpretata fis-sens li tirrigwarda proċedura ta’ lment preċedenti għall-azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Mil-loġika stess tal-kontenzjuż amministrattiv jirriżulta li rimedju amministrattiv – kemm jekk ikun obbligatorju jew fakultattiv – għandu jseħħ qabel il-kawża. Il-proċedura ta’ lment toffri possibbiltà ta’ konċiljazzjoni bejn il-parti fil-kawża u l-amministrazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860507">7 ta’ Mejju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Rihoux <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>52/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:199">EU:C:1986:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, sabiex tiġi evitata kawża. Din il-proċedura amministrattiva ssir superfluwa meta l-parti interessata tippreżenta azzjoni ġudizzjarja kontra l-istess att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni jistabbilixxi b’hekk proċedura li, fin-natura tagħha, hija prerekwiżit tal-kawża, minkejja li hija fakultattiva għall-parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effetti ta’ din il-proċedura fuq it-terminu għall-preżentata tar-rikors previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, nikkunsidra li meta ssir proċedura prekontenzjuża din għandha neċessarjament tippreżerva t-terminu tar-rikors kontenzjuż. Interpretazzjoni differenti tkun kuntrarja għall-effett utli previst minn proċedura prekontenzjuża. L-istess kunsiderazzjoni tirriżulta mill-prinċipju adottat fid-dritt amministrattiv f’ċerti Stati Membri li jipprovdi li kull deċiżjoni amministrattiva tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors amministrattiv li – sakemm ikun ġie ppreżentata fit-terminu tar-rikors kontenzjuż – jinterrompi lil dan it-terminu milli jiddekorri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, fid-dritt Franċiż, l-Artikolu L. 411-2 tal-Code des relations entre le public et l’administration (kodiċi tar-relazzjonijiet bejn il-pubbliku u l-amministrazzjoni), li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[k]ull deċiżjoni amministrattiva tista’, fit-terminu stabbilit għall-preżentata ta’ rikors kontenzjuż, tkun is-suġġett ta’ rikors ta’ reviżjoni [lill-awtorità amministrattiva li adottat id-deċiżjoni] jew appell quddiem awtorità amministrattiva superjuri [kontra d-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva inferjuri], li jinterrompi lil dan it-terminu milli jiddekorri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni hija l-bażi wkoll tas-soluzzjoni adottata espliċitament mil-leġiżlatur fir-rigward ta’ proċedura ta’ ilment preliminari prevista, b’mod obbligatorju, mill-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-<DATE ISO="19680229">29 ta’ Frar 1968</DATE>, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 5).</P></NOTE> – li jipprovdu li t-terminu għall-preżentata tar-rikors jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment ġiet innotifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, l-ilment amministrattiv u ċ-ċaħda tiegħu huma parti integrali minn proċedura kumplessa, prerekwiżita għar-rikors kontenzjuż. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikors għal annullament, anki jekk ikun formalment ippreżentat kontra ċ-ċaħda tal-ilment, għandu l-effett li jressaq quddiem il-qorti l-att li jikkawża preġudizzju u li kontrih ikun ġie ppreżentat l-ilment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890117">17 ta’ Jannar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Vainker vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>293/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:8">EU:C:1989:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890214">14 ta’ Frar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Bossi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>346/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:59">EU:C:1989:59</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Eċċezzjoni għal din ir-regola tirrigwarda l-ipoteżi li fiha ċ-ċaħda tal-ilment jkollha portata differenti minn dik tal-att li kontrih ġie ppreżentat dan l-ilment (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Adjemian <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑325/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:506">EU:T:2011:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ir-rikors huwa ammissibbli, kemm jekk jiġi dirett kontra d-deċiżjoni li kienet is-suġġett tal-ilment jew kontra d-deċiżjoni li tirrigwarda ċ-ċaħda tal-ilment sakemm l-ilment u r-rikors ikunu ġew ippreżentati fit-termini stabbiliti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890126">26 ta’ Jannar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Koutchoumoff vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>224/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:38">EU:C:1989:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Adjemian <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑325/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:506">EU:T:2011:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw bl-istess saħħa fuq il-proċedura ta’ lment prevista fl-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Parlament jenfasizza li, b’differenza mill-ilment tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, li għandu natura obbligatorja, dak previst fl-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni huwa fakultattiv u ma huwiex akkumpanjat minn terminu għal risposta li jillimita l-azzjoni tal-amministrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li din id-differenza hija relevanti fil-kawża preżenti. Ir-rimedji amministrattivi preliminari jsegwu l-istess loġika, dik ta’ rimedju prekontenzjuż, indipendentement min-natura obbligatorja jew fakultattiva tagħhom. Barra minn hekk, fir-rigward tan-nuqqas ta’ terminu għar-risposta impost fuq l-amministrazzjoni, nosserva li dan it-terminu jikkostitwixxi garanzija neċessarja fil-każ ta’ azzjoni amministrattiva obbligatorja, peress li nuqqas tal-amministrazzjoni jista’ jdewwem il-preżentata tar-rikors kontenzjuż. Bil-kontra, meta l-proċedura amministrattiva tkun fakultattiva, in-nuqqas ta’ terminu għar-risposta ma jirriskjax li jiġi limitat l-aċċess għall-qrati, peress li r-rikorrent iżomm f’kull mument il-possibbiltà li jirrinunzja s-segwiment tal-proċedura amministrattiva u li jippreżenta rikors kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, nikkunsidra li l-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE huwa interrott permezz tal-preżentata ta’ lment kontra l-att li jikkawża preġudizzju, taħt il-kundizzjoni li l-ilment ikun ġie ppreżentat fit-terminu previst jew, fin-nuqqas ta’ terminu għat-tressiq ta’ lment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>L-Artikolu 72(1) tal-miżuri ta’ implementazzjoni – li ma huwiex relevanti fil-kawża preżenti – ma jipprevedix terminu għall-preżentata tal-ilment.</P></NOTE>, fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors. It-terminu jibda jiddekorri mill-ġdid mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment tkun ġiet innotifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ir-rikors għal annullament li jsegwi lil din il-proċedura ta’ lment għandu bħala effett li jressaq quddiem il-qorti l-att li jikkawża preġudizzju u li kontrih ikun ġie ppreżentat l-ilment. Din il-kunsiderazzjoni hija valida, hekk kif stabbilixxiet il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-proċedura ta’ lment prevista fl-Artikoli 90 u 91 tar- Regolamenti tal-Persunal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-punt 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, anki fil-każ fejn ir-rikors huwa formalment dirett kontra ċ-ċaħda tal-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il-membru jippreżenta rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali minflok ma jippreżenta lment, jew qabel ma tintemm il-proċedura ta’ lment, għandu jiġi kkunsidrat li huwa jirrinunzja li jsegwi din il-proċedura preliminari. Dan jirriżulta min-natura fakultattiva tal-proċedura inkwistjoni fejn is-segwiment (jew le) tagħha jitħalla f’idejn il-parti interessata. Għaldaqstant, m’iniex konvint mis-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Le Pen vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-punt 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fil-każ fejn id-digriet appellat huwa bbażat b’mod impliċitu fuq il-kunsiderazzjoni li tipprovdi li t-terminu għall-preżentata tar-rikors kontra d-deċiżjoni kontenzjuża ma ġiex interrott mill-preżentata tal-ilment abbażi tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni, dan id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nikkunsidra li għandhom jintlaqgħu ż-żewġ ilmenti tal-aggravju preżenti u li jiġi annullat id-digriet appellat, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu eżaminati l-aggravji l-oħra tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-konsegwenzi tal-annullament</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet ġenerali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta din il-qorti tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, nikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi meħtieġa biex tiddeċiedi definittivament dwar l-ammissibbiltà tar-rikors. Bil-kontra, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-fondatezza, peress li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali sempliċement ċaħdet ir-rikors bħala manifestament inammissibbli, mingħajr ma daħlet fil-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Nosserva li huwa stabbilit li l-appellant, bħala destinatarju tad-deċiżjoni kontenzjuża, għandu <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-unika eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Parlament tirrigwarda l-osservanza tat-terminu għall-preżentata tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-Parlament iqajjem żewġ argumenti f’dan ir-rigward li jirrigwardaw, l-ewwel wieħed, id-dekorrenza tat-terminu u t-tieni, id-data tan-notifika tad-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dekorrenza tat-terminu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Parlament isostni li, fil-każ fejn ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni kontenzjuża, u mhux kontra d-deċiżjoni tal-Bureau li tiċħad l-ilment, it-terminu għall-preżentata tar-rikors għandu jiġu kkalkolat mill-ġurnata tan-notifika tal-ewwel deċiżjoni. Konsegwentement, skont il-Parlament, dan it-terminu kien skada b’diversi xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>B’teħid inkunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet espressi iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, dan l-argument ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni kontenzjuża, minkejja li kien beda jiddekorri, kien ġie interrott bil-preżentata tal-ilment, u kien beda jiddekorri, mill-ġdid, fit-totalità tiegħu, fil-ġurnata tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bureau li tiċħad l-ilment. Id-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni tikkostitwixxi, għaldaqstant, il-punt ta’ tluq għall-kalkolu tat-terminu għall-preżentata tar-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-data tan-notifika tad-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Parlament isostni li r-rikors ikun tardiv, anki kieku t-terminu beda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment ġiet innotifikata. Fil-fatt, skont il-Parlament, din id-deċiżjoni ġiet innotifikata permezz ta’ posta rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta, li għaliha s-servizzi postali ħallew avviż ta’ attentat ta’ kunsinna fit-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>. Il-Parlament isostni li, peress li l-appellant ma ġabarx l-ittra fit-terminu normali ta’ ħażna ta’ 15‑il ġurnata applikat mill-posta Belġjana, id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li ġiet debitament innotifikata fil-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, jiġifieri d-data tal-iskadenza tal-imsemmi terminu ta’ ħażna. Il-Parlament iżid jgħid li l-fatt li, fid-data meta tħalla l-avviż tal-attentat ta’ kunsinna, l-appellant kien diġà mar jgħix barra u ma baqax jgħix fl-indirizz indikat, ma huwiex relevanti, inkwantu l-appellant ma informax lill-Parlament bil-bidla fl-indirizz tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-appellant jikkontesta dan l-argument billi jindika li kien sar jaf għall-ewwel darba bid-deċiżjoni tal-Bureau permezz ta’ posta elettronika tal-Parlament tal-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, u għaldaqstant, din id-data kellha tinżamm bħala d-data ta’ notifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata deċiżjoni dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Parlament, għandhom jiġu ddeterminati l-modalitajiet ta’ kalkolu tat-termini għall-preżentata tar-rikors, fil-każ fejn id-deċiżjoni li tippreġudika hija nnotifikata permezz ta’ posta rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dan huwa aspett proċedurali importanti, peress li dan il-mezz ta’ notifika qed jintuża attwalment mill-istituzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Infakkar li mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE, jirriżulta li d-deċiżjonijiet li jindikaw destinatarju għandhom jiġu nnotifikati lid-destinatarji tagħhom u jieħdu effett permezz ta’ din in-notifika. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi prinċipju ta’ ċertezza legali li minnu jirriżulta li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn att amministrattiv individwali ma jistgħux jiġu invokati fil-konfront tad-destinatarju tiegħu sakemm dan l-att ma jkunx ġie mgħarraf lilu debitament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Seattle Genetics</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑471/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:590">EU:C:2015:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn, li jibdew jiddekorru, għal att li jrid jiġi nnotifikat, min-notifika tiegħu lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, deċiżjoni tkun ġiet debitament innotifikata, fis-sens tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE, meta tiġi kkomunikata lid-destinatarju tagħha u huwa jkun f’pożizzjoni li jsir jaf biha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19730221">21 ta’ Frar 1973</DATE>, <NAME.CASE>Europemballage u Continental Can vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>6/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:22">EU:C:1973:22</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890511">11 ta’ Mejju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Maurissen u Union syndicale vs Il-Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE> (<NO.CASE>193/87 u 194/87</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:185">EU:C:1989:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890713">13 ta’ Lulju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Olbrechts vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>58/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:323">EU:C:1989:323</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Page Protective Services vs SEAE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑501/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2259">EU:C:2014:2259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-modalitajiet tan-notifika applikati sabiex jiġu ssodisfatti dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu eċċessivament formalistiċi, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ġenerali tad-dritt, u b’mod partikolari il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, f’dan is-sens, id-digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑102/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2054">EU:C:2014:2054</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Page Protective Services vs SEAE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑501/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2259">EU:C:2014:2259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ notifika permezz ta’ posta rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta, nosserva li, meta l-posta tiġi rritornata lill-persuna li tkun bagħtitha, peress li d-destinatarju tagħha ma jkunx ġabarha, huwa ovvju li ma ġietx ikkomunikata lid-destinatarju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Parlament isostni li tali notifika għandha tiġi meqjusa bħala debitament imwettqa meta d-destinatarju, avżat permezz ta’ avviż ta’ attentat ta’ kunsinna li jitħalla fl-indirizza tar-residenza tiegħu, ma jiġborx il-posta fit-terminu applikat mis-servizz postali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Parlament jirreferi għad-digriet AG vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE> (<NO.CASE>F-25/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:171">EU:F:2010:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li fih it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li r-regolarità ta’ notifika permezz ta’ posta rreġistrata hija suġġetta għall-osservanza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>regoli nazzjonali dwar it-tqassim tal-posta<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Barra minn hekk, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata, minkejja li naqas milli jippreċiża r-regoli nazzjonali applikabbli, li, meta d-destinatarju ma jiġborx l-ittra rreġistrata fit-terminu applikat mis-servizzi tal-posta, għandu jiġi kkunsidrat li din ġiet debitament innotifikata fid-data tal-iskadenza ta’ dan it-terminu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>AG vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>F-25/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:171">EU:F:2010:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Nosserva li l-preżunzjoni li notifika hija meqjusa bħala debitament imwettqa, taħt ċerti kundizzjonijiet, anki meta d-destinatarju ma jiġborx l-ittra rreġistrata, teżisti fid-dritt nazzjonali ta’ ċerti Stati Membri. B’mod partikolari, fil-kuntest tal-proċeduri ċivili, il-possibbiltà li jiġi kkonstatat li n-notifika tal-att ta’ proċedura huwa meqjus bħala mwettaq tippermetti s-salvagwardja tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent, peress li l-impossibbiltà li tinkiseb deċiżjoni ġudizzjarja minħabba diffikultajiet ta’ notifika għall-konvenut tista’ twassal għal ċaħda ta’ ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gogova</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑215/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:710">EU:C:2015:710</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Anki fil-każ fejn tali preżunzjoni hija prevista fid-dritt nazzjonali, il-kundizzjonijiet li jippermettu li din tiġi sostnuta jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fid-dritt Pollakk, l-Artikolu 44(1) tal-Kodeks postępowania administracyjnego (kodiċi ta’ proċedura amministrattiva), tal-<DATE ISO="19600614">14 ta’ Ġunju 1960</DATE> (Dz.U. tal-1960 Nr 30, entrata 168; t.j. Dz.U. tal-2016 r. entrata 23) jipprevedi li n-notifika tal-att ta’ proċedura hija, taħt ċerti kundizzjonijiet, meqjusa bħala mwettqa fl-iskadenza tat-terminu ta’ 14-il ġurnata ta’ ħażna mill-operatur postali awtorizzat. Fid-dritt Litwan, it-tfassil il-ġdid tal-Artikolu 123(3) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili fis-seħħ mill-<DATE ISO="20170701">1 ta’ Lulju 2017</DATE> (CPK, 2016 m. lapkričio 8 d. įstatymo Nr. XII-2751 redakcija) jipprevedi li, bla ħsara għall-osservanza tal-modalitajiet stabbiliti mill-Gvern, in-notifika ta’ att tal-proċedura hija meqjusa mwettqa fl-iskadenza tat-terminu ta’ 30 ġurnata wara li jitħalla l-avviż ta’ attentat ta’ kunsinna fl-indirizz iddikjarat uffiċjalment mid-destinatarju. Tali preżunzjoni ma teżistix, sa fejn naf jien, fid-dritt Franċiż, peress li l-att ma jistax jiġi meqjus bħala notifikat meta l-ittra rreġistrata tintbagħat lura bħala mhux miġbura (ara Cour de cassation, 2e civ. 16 janv. 2014, n<HT TYPE="SUP">o</HT>13-10.108: JurisData n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2014-000467). Id-dritt Ġermaniż fih regoli ddettaljati li jirregolaw id-diversi mezzi ta’ notifika tal-atti tal-proċedura; ara, dwar il-proċedura amministrattiva, l-Artikoli 3 sa 5 tal-Verwaltungszustellungsgesetz tat-<DATE ISO="20050812">12 ta’ Awwissu 2005</DATE> (BGBl. 2005 I p. 2354) u, dwar il-proċedura ċivili, l-Artikoli 171 u 177 sa 181 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Nikkunsidra li l-introduzzjoni sussegwenti ta’ tali preżunzjoni fid-dritt proċedurali tal-Unjoni taqa’ esklużivament taħt ir-rwol tal-leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fatt, b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżit ta’ ċertezza legali marbuta mal-applikazzjoni tat-termini legali, il-possibbiltà li tiġi introdotta regola ġdida dwar in-notifika tad-deċiżjonijiet individwali, li jkollha konsegwenzi ġuridiċi fuq id-data ta’ validità ta’ dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll fuq il-kalkolu tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors, għandha tkun irriżervata għal-leġiżlatur. Dan huwa iktar minnu peress li l-applikazzjoni tal-preżunzjoni inkwistjoni għandha jkollha modalitajiet preċiżi, stabbiliti minn qabel, b’mod partikolari t-terminu uniformi għall-iskadenza li fih l-ittra hija meqjusa bħala notifikata, peress li t-termini applikati mis-servizzi postali jvarjaw skont il-pajjiż, is-servizz, u n-natura tal-posta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nosserva li l-interpretazzjoni estensiva tal-modalitajiet tan-notifika tad-deċiżjonijiet individwali, proposta mill-Parlament, tmur kontra d-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, kif ukoll il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">in dubio pro actione</HT>, li jipprovdi, li fil-każ ta’ dubju, għandha tiġi vvantaġġata interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet proċedurali li ma ċċaħħadx lill-partijiet interessati mid-dritt tagħhom ta’ azzjoni ġudizzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑625/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:594">EU:C:2013:594</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mülhens vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑206/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:673">EU:C:2005:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑625/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:193">EU:C:2013:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nissan Jidosha vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑207/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:190">EU:C:2016:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>B’hekk, fl-opinjoni tiegħi, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espliċiti f’dan is-sens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>B’hekk, pereżempju, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali, in-notifika lir-rappreżentant tar-rikorrent tiswa bħala notifika lid-destinatarju biss meta tali forma ta’ notifika hija prevista espressament minn leġiżlazzjoni jew minn ftehim bejn il-partijiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar in-notifika permezz tal-posta rreġistrata huma previsti, pereżempju, għan-notifiki mwettqa mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, fir-Regola 62(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol.1 p. 189).</P></NOTE>, istituzzjoni tal-Unjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq preżunzjoni li tipprovdi li notifika ġiet debitament imwettqa meta d-destinatarju ma jiġborx l-ittra rreġistrata fit-terminu impost mis-servizzi tal-posta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ tali regoli fid-dritt tal-Unjoni ma tistax tiġi solvuta għaldaqstant minn riferiment għad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Nosserva li la s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u lanqas l-Artikolu 297(2) TFUE ma jirreferu għad-dritt nazzjonali sabiex jiġu ddeterminati s-sens jew il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>notifika<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma fihom l-ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membru għandhom normalment jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Axa Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑494/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:692">EU:C:2015:692</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fir-rigward tat-termini għall-preżentata ta’ rikors, tali interpretazzjoni għandha barra minn hekk tippermetti li tiġi evitata kull diskriminazzjoni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19851126">26 ta’ Novembru 1985</DATE>, <NAME.CASE>Cockerill-Sambre vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>42/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:471">EU:C:1985:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140129">29 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Gbagbo vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑397/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:46">EU:C:2014:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit ta’ interpretazzjoni awtonoma u uniformi tapplika iktar u iktar fil-kawża preżenti, peress li tirrigwarda kunċett tad-dritt primarju tal-Unjoni li jservi sabiex tiġi ddeterminata d-data li fiha d-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni jibdew jipproduċu l-effetti legali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Riferiment għad-dritt nazzjonali jikkomprometti lil dan ir-rekwiżit, peress li d-dispożizzjonijiet nazzjonali jvarjaw b’mod sinjifikattiv kemm fir-rigward tal-possibbiltà stess li jiġi preżunt li n-notifika seħħet, minkejja l-fatt li l-ittra ma setgħatx tiġi kkunsinnata lid-destinatarju tagħha, u kemm fir-rigward tal-modalitajiet ta’ tali preżunzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ fejn il-Parlament isostni li seta’ validament jafda fl-indirizz Belġjan ikkomunikat mir-rikorrent fl-ilment tiegħu, nosserva, fl-ewwel lok, li sa fejn naf jien, l-ebda regola espliċita ma tirrikjedi li parti fil-proċedura ta’ lment inkwistjoni għandha tinforma lill-istituzzjoni bil-bidla fl-indirizz tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>B’hekk, pereżempju, fid-dritt Pollakk, l-amministrazzjoni hija marbuta li tinforma lill-parti interessata jew lir-rappreżentant tagħha bl-obbligu legali, previst fl-Artikolu 41(1) tal-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva, li tiġi kkomunikata kull bidla ta’ indirizz, kif ukoll sabiex tiġbed l-attenzjoni tagħha għall-konsegwenzi ta’ nuqqas sussegwenti ta’ notifika ta’ atti tal-proċedura, previsti fil-paragrafu 2 tal-istess artikolu. Ara l-Artikolu 41(1) u (2) tal-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva (Ustawa z dnia 14 czerwca 1960 r. – Kodeks postępowania administracyjnego, Dz.U. 1960 Nr 30, poz. 168t.j. Dz.U. z 2016 r. poz. 23).</P></NOTE>. Il-Parlament lanqas ma jindika li kien informa lir-rikorrent b’tali obbligu eventwali. Fit-tieni lok, anki jekk jitqies li jeżisti tali obbligu, il-Parlament ma jinvoka l-ebda regola ta’ dritt li tippreċiża l-konsegwenzi tan-nuqqas li tiġi kkomunikata tali informazzjoni. F’dan il-kuntest, ir-riferiment għad-dritt nazzjonali jidhirli li ma huwiex suffiċjenti, peress li r-regoli jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Barra minn hekk, għandu jiġi mistoqsi għaldaqstant jekk il-modalitajiet nazzjonali li għandhom jiġu applikati humiex dawk tad-dritt Belġjan jew tad-dritt tal-pajjiż tar-residenza abitwali tar-rikorrent fil-mument tan-notifika. Fi kwalunkwe każ, minkejja li r-rikorrent kien naqas milli jinforma lill-Parlament bil-bidla fl-indirizz tiegħu, għandu jiġi osservat li, fl-ilment tiegħu, kien indika l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, kif ukoll in-numru tat-telefon tiegħu li, skont ir-rikorrent, ma nbidlux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Isegwi li, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Parlament, id-deċiżjoni tal-Bureau li tiċħad lill-ilment ippreżentat mir-rikorrent, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li ġiet innotifikata fil-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni, nosserva li hija l-parti li tinvoka t-tardività ta’ rikors li għandha tressaq il-prova tad-data li fiha d-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lid-destinatarju tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890713">13 ta’ Lulju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Olbrechts vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>58/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:323">EU:C:1989:323</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja mressqa mill-Parlament, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tal-Bureau ġiet ikkomunikata lir-rikorrent bil-posta elettronika tal-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Nosserva li l-indirizz tal-posta elettronika inkwistjoni kien ġie ikkomunikat mir-rikorrent lill-Parlament, b’mod partikolari, fl-ittra tal-ilment tiegħu tat-<DATE ISO="20150202">2 ta’ Frar 2015</DATE>, u li dan il-mezz ta’ komunikazzjoni kien għaldaqstant aċċettat impliċitament miż-żewġ partijiet. Fir-risposta tiegħu, il-Parlament jindika huwa stess li kien bagħat il-posta elettronika inkwistjoni sabiex josserva l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Barra minn hekk, peress li r-rikorrent avża li rċieva l-posta elettronika mingħajr dewmien, ma jistax jiġi sostnut li huwa ipprova jinjora lill-modalitajiet ta’ notifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Peress li d-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-ilment ġiet innotifikata fl-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, it-terminu għall-preżentata tar-rikors kontra d-deċiżjoni kontenzjuża li hija l-oġġett ta’ dan l-ilment skada fl-<DATE ISO="20151120">20 ta’ Novembru 2015</DATE>. Ir-rikors preżenti, ippreżentat fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, għalhekk ma huwiex tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet kollha, jiena tal-opinjoni li għandu jiġi annullat id-digriet appellat, li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Parlament u li l-kawża tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal qabel, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tilqa’ l-appell, tannulla d-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>LL vs Il-Parlament</NAME.CASE>, (<NO.CASE>T‑615/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:432">EU:T:2016:432</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li tirriżerva l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>