1997D0517 — MT — 13.08.1997 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-1 ta’ Awwissu 1997 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 214, 6.8.1997, p.54) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 228 |
31 |
19.8.1997 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-1 ta’ Awwissu 1997
li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(97/517/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 1 ), kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 96/43/KE ( 2 ), u b’mod partikulari l-Artikolu 19 tagħha,
Billi l-ispezzjonijiet tal-Komunità fil-Madagaskar urew li hemm nuqqasijiet serji fl-infrastruttura u l-iġjene fl-istabbilimenti tal-laħam u m’hemmx biżżejjed garanziji tal-effiċjenza tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti; billi l-amministrazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Madakaskar turi nuqqasijiet serji u n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli Komunitarji; billi hemm riskju potenzjali għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-produzzjoni u l-ipproċesar tal-prodotti tal-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, f’dan il-pajjiż;
Billi l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, mill-Madagaskar m’għandiex titħalla sakemm ikun jista’ jiġi garantit li ma’ jeżisti ebda riskju;
Billi din id-Deċiżjoni sa tiġi riveduta qabel it-30 ta’ Novmbru 1997;
Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar.
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/516/KE ( 3 ), l-Isati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali.
Iżda, l-kunsinni li jkunu telqu mill-Madagaskar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u li jkunu presentati fil-post ta’ l-ispezzjoni tal-Komunità għall-importazzjoni ►M1 qabel il-15 ta' Settembru 1997 ◄ , għandhom jiġu sottomessi għall-eżami fiżiku iktar bir-reqqa u jekk ikun hemm bżonn, eżami mikrobioloġiku sabiex jiġu ndividwati, b’mod partikulari, il-Bacillus anthracis u l-Clostridium chauvoei.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni se tiġi riveduta qabel it-30 ta’ November 1997.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-miżuri li japplikaw fil-kummerċ sabiex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU Nru L 373, tal-31.12.1990, p. 1.
( 2 ) ĠU Nru L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.
( 3 ) Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.