|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3728 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0301
L-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għar-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji permezz tal-punt uniku ta' aċċess
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għar-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji permezz tal-punt uniku ta' aċċess (COM(2021)0429 – C9-0338/2021 – 2021/0244(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/3728)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0429), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0338/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0004/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0244
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-23 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1153 fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għar-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni u tal-miżuri tekniċi biex jiġi ffaċilitat l-użu tar-rekords tat-tranżazzjonijiet
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/1654.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3728/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)