Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Parti operattiva

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia - Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 UE, tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Protokoll addizzjonali, tal-Artikolu 2 tar-Raba’ Protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 25 tal-Ftehim Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi - Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 18 KE - Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni reġjonali li tillimita d-dritt għall-elettorat passiv ta’ ċittadin Taljan abbażi ta’ rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun.

Dispożittiv

1) L-Artikoli 17 KE u 18 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fost il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal assemblea reġjonali, l-obbligu li persuna tirrisjedi fir-reġjun ikkonċernat fil-mument meta hija tippreżenta l-kandidatura tagħha.

2) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għall-ewwel domanda magħmula mit-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia.