<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-266/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0266</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:754">EU:C:2022:754</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20221006">6.10.2022</DATE> – Kawża C‑266/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">HV (Sospensjoni tad-dritt ta’ sewqan)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P>6 ta’ Ottubru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika komuni tat-trasport</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/126/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(2) u (4)</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur mogħtija</KEYWORD><KEYWORD>Liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru ta’ residenza normali permezz ta’ bdil ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut mill-ewwel Stat Membru li jeżegwixxi deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt ta’ sewqan adottata mit-tieni Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu għat-tieni Stat Membru li ma jirrikonoxxix, fit-territorju tiegħu, il-validità tal-liċenzja tas-sewqan li kienet suġġetta għal sospensjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑266/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tas‑26 ta’ April 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">HV,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Sofiyska gradska prokuratura,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, President tal-Awla, N. Jääskinen, M. Safjan, N. Piçarra (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, A. Hoesch u D. Klebs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. J. Ruiz Sánchez, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u R. Kissné Berta, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid, P. Messina u I. Zaloguin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-Artikolu 4(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas‑27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="102" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 337, p. 102</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 11(2) u (4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="403" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 403, p. 18</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura li għandha bħala suġġett l-eżekuzzjoni, fi Spanja, ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan mogħtija fil-Bulgarija, fir-rigward ta’ persuna residenti fi Spanja u li għandha liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dan l-aħħar Stat Membru inkambju għal liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-ewwel Stat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Deċiżjoni Qafas 2008/947</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Għanijiet u Ambitu ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika biss għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-rikonoxximent ta’ sentenzi u, fejn applikabbli, deċiżjonijiet ta’ probation;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-trasferiment tar-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>kif deskritt fi u previst f’din id-Deċiżjoni Qafas.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sanzjoni alternattiva<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser sanzjoni, barra minn sentenza ta’ kustodja, miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà jew piena finanzjarja, li timponi obbligu jew istruzzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[t]ipi ta’ miżuri ta’ probation u sanzjonijiet alternattivi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-miżuri ta’ probation jew is-sanzjonijiet alternattivi li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>istruzzjonijiet marbuta ma’ imgiba, residenza, edukazzjoni u taħriġ, attivitajiet ta’ divertiment, jew li jkun fihom limitazzjonijiet dwar jew modalitajiet ta’ twettiq ta’ attività professjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Proċedura biex tintbagħat is-sentenza u fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Meta, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) jew (2), l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tibgħat sentenza u, fejn applikabbli, deċiżjoni ta’ probation lil Stat Membru ieħor, għandha tiżgura li din tkun akkumpanjata b’ċertifikat, li l-forma standard tiegħu tinsab fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2006/126</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 15 tad-Direttiva 2006/126 tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fir-rigward ta’ l-irtirar, tas-sospensjoni, tat-tiġdid tal-kanċellazzjoni ta’ liċenzji tas-sewqan lid-detenturi kollha ta’ liċenzja li jkunu kisbu r-residenza normali fit-territorju tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[i]l-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandhom jingħataw rikonoxximent reċiproku.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Dispożizzjonijiet varji dwar l-iskambju, l-irtirar, is-sostituzzjoni u r-rikonoxximent ta’ liċenzji tas-sewqan<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1, 2 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn id-detentur ta’ liċenzja nazzjonali valida tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru jkun għamel ir-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, huwa jista’ jitlob li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tiġi sostitwita minn liċenzja ekwivalenti. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Suġġett għall-osservanza tal-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istat Membru tar-residenza normali jista’ japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew il-kanċellament tad-dritt tas-sewqan lid-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jissostitwixxi l-liċenzja għal dak il-għan.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ristretta, sospiża jew irtirata fi Stat Membru ieħor.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ kull liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet ristretta, sospiża jew irtirata fit-territorju ta’ l-Istat preċedenti.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru jista’ wkoll jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu kanċellata fi Stat Membru ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Residenza normali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 12 tal-istess direttiva jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>residenza normali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tfisser il-post fejn persuna tgħix normalment, jiġifieri għall-inqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u ta’ xogħol, jew, fil-każ ta’ persuna li ma jkollhiex rabtiet ta’ xogħol, minħabba r-rabtiet personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tgħix.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/126, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Assistenza reċiproka<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jiskambjaw tagħrif dwar il-liċenzji li jkunu ħarġu, skambjaw, issostitwixxu, ġeddu jew ikkanċellaw.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 78 tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>NK<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-qorti [kompetenti] teżenta lill-persuna maġġorenni mir-responsabbiltà kriminali tagħha u timponilha multa ta’ BGN <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> sa BGN <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> [leva Bulgari (madwar EUR 500 sa EUR <FT TYPE="NUMBER">2500</FT>)] meta l-kundizzjonijiet segwenti jkunu ssodisfatti b’mod kumulattiv:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-reat huwa punibbli b’piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn tliet snin, jew kwalunkwe piena inqas severa oħra, meta kommessa b’mod intenzjonali, jew għal ċaħda tal-libertà ta’ mhux iktar minn ħames snin, jew kull piena oħra inqas severa, fil-każ ta’ imprudenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-awtur ma jkunx ġie kkundannat għal delitt tad-dritt komuni u ma jkunx ġie eżentat mir-responsabbiltà kriminali tiegħu taħt dan il-kapitolu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>id-dannu materjali li jirriżulta mill-ksur ġie kkumpensat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="078A.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti li timponi l-multa msemmija fil-paragrafu 1 tista’ wkoll timponi piena amministrattiva ta’ sospensjoni tad-dritt ta’ eżerċizzju ta’ professjoni jew attività għal perijodu ta’ mhux iktar minn tliet snin jekk tkun prevista sospensjoni ta’ dan id-dritt għar-reat ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2018, li saret definittiva fl‑20 ta’ Novembru 2019, is-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), li hija l-qorti tar-rinviju f’din il-kawża, iddikjarat lil HV ħati li saq fit-territorju Bulgaru vettura bil-mutur bi ksur tar-regoli tat-traffiku u kkawża, b’negliġenza, danni fiżiċi moderati lil iktar minn persuna waħda. Abbażi tal-Artikolu 78(1) tan-NK, din il-qorti eżentat lil HV mir-responsabbiltà kriminali tagħha għal dan il-ksur u imponietlu multa amministrattiva ta’ BGN <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> (madwar EUR 500). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 78(4) tan-NK, l-imsemmija qorti ddeċidiet li tissospendi d-dritt ta’ HV li jsuq vettura bil-mutur għal perijodu ta’ sitt xhur li jibda jiddekorri mill-jum li fih din is-sentenza ssir definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Prosekutur fi ħdan il-qorti tar-rinviju informaha li din is-sospensjoni ma setgħetx tiġi eżegwita fit-territorju Bulgaru, peress li HV jirrisjedi b’mod permanenti fi Spanja u l-liċenzja tas-sewqan tiegħu maħruġa mill-awtoritajiet Bulgari ġiet skambjata ma’ liċenzja ekwivalenti maħruġa mill-awtoritajiet Spanjoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑27 ta’ Ottubru 2020, il-qorti tar-rinviju bagħtet lill-Juzgado Central de lo Penal (il-Qorti Kriminali b’Kompetenza Nazzjonali, Spanja) is-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2018, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/947. Fil-punt 4 tat-Taqsima (j) ta’ dan iċ-ċertifikat, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Natura ta’ miżuri ta’ probation jew s-sanzjonijiet alternattivi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, kien immarkat l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>|istruzzjonijiet marbuta ma’ imgiba, residenza, edukazzjoni u taħriġ, attivitajiet ta’ divertiment, jew li jkun fihom limitazzjonijiet dwar jew modalitajiet ta’ twettiq ta’ attività professjonali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Fil-punt 5 ta’ din it-taqsima, ġie ppreċiżat li l-piena ta’ sostituzzjoni kienet tikkonsisti f’sospensjoni tad-dritt ta’ sewqan ta’ vettura bil-mutur għal perijodu ta’ sitt xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑17 ta’ Frar 2021, il-Juzgado Central de lo Penal (il-Qorti Kriminali b’Kompetenza Nazzjonali) irrifjutat li tirrikonoxxi s-sentenza trażmessa u li teżegwixxi l-piena imposta kontra HV, minħabba li din ma kinitx tidher fost il-pieni previsti mil-Ley 23/2014 de conreocimiento mutuo de resoluciones penales en la Unión Europea (il-Liġi Nru 23/2014 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tas-Sentenzi f’Materji Kriminali fl-Unjoni Ewropea), tal‑20 ta’ Novembru 2014 (BOE Nru 282, tal‑21 ta’ Novembru 2014, p. 1), u mid-deċiżjonijiet. Din il-qorti mmotivat ukoll ir-rifjut tagħha fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li dan ir-rifjut jirrendi impossibbli l-eżekuzzjoni effettiva tas-sospensjoni tad-dritt ta’ sewqan mogħtija kontra HV, li jwassal, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, għall-impunità tiegħu. Madankollu, tali deċiżjoni taqa’ taħt id-Deċiżjoni Qafas 2008/947, peress li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>sanzjoni alternattiva<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li timponi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>istruzzjonijiet marbuta ma’ imgiba<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(4) u tal-Artikolu 4(1)(d) ta’ din id-deċiżjoni qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis ukoll li l-prinċipju ta’ territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, stabbilit fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126, jidħol f’kunflitt mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi f’materji kriminali, kif ikkonkretizzat bid-Deċiżjoni Qafas 2008/947. Fil-fehma tagħha, tqum il-kwistjoni dwar liema minn dawn iż-żewġ atti tad-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx lok li jintbagħat lill-Juzgado Central de lo Penal (il-Qorti Kriminali b’Kompetenza Nazzjonali) ċertifikat ġdid skont din id-deċiżjoni qafas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>Deċiżjonijiet ġudizzjarji f’kawżi kriminali li permezz tagħhom, fir-rigward ta’ reati li jikkonsistu fi ksur tar-regoli tat-traffiku li jikkawża, b’negliġenza, ħsara moderata fuq il-persuna, min iwettaq ir-reat jiġi kkundannat għal sanzjoni amministrattiva li tinvolvi ċ-ċaħda tad-dritt tas-sewqan għal żmien determinat, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 4 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 4(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas[2008/947]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(2) u l-ewwel sat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva [2006/126] jippermettu lil Stat Membru, li fih ikollu r-residenza abitwali tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dan l-istess Stat, jirrifjuta li jirrikonoxxi u li jeżegwixxi sanzjoni amministrattiva, imposta fi Stat Membru ieħor, li tinvolvi ċ-ċaħda temporanja tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur bħala konsegwenza tal-fatt li dan id-detentur kiser ir-regoli tat-traffiku u kkawża, b’negliġenza, ħsara moderata fuq il-persuna lil terzi, f’sitwazzjoni fejn ir-reat twettaq meta min wettaq ir-reat kellu liċenzja tas-sewqan maħruġa lilu mill-Istat ta’ residenza sabiex tissostitwixxi l-liċenzja inizjalment maħruġa mill-Istat li fih ġie kkundannat?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jesprimi dubji dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, billi jsostni li ebda proċedura ma hija pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju u li din tidher li qiegħda tipprova tikseb il-konferma li l-awtoritajiet Spanjoli kisru d-dritt tal-Unjoni, li ma jistax ikun is-suġġett ta’ talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hija biss il-qorti nazzjonali, li tkun adita bit-tilwima u li jkollha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tagħti, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Minn dan isegwi li d-domandi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali biss fil-każ li jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IS (Illegalità tad-digriet tar-rinviju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:949">EU:C:2021:949</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 267 TFUE, id-deċiżjoni preliminari mitluba għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> sabiex tippermetti li l-qrati tar-rinviju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fil-kawża li jkunu adita biha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju, adita mill-Uffiċċju tal-Prosekutur, għandha tiddeċiedi dwar il-mod kif għandha tiġi eżegwita d-deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur mogħtija fir-rigward ta’ HV, fil-kuntest ta’ proċedura pendenti quddiemha. F’dan il-kuntest, kif ġie indikat fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, din<?PAGE NO="7"?> il-qorti tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx lok li jittrażmetti lill-Juzgado Central de lo Penal (il-Qorti Kriminali b’Kompetenza Nazzjonali) ċertifikat ġdid taħt din id-deċiżjoni qafas, hija għandhiex tibbaża ruħha fuq id-Direttiva 2006/126 jew fuq id-Deċiżjoni Qafas 2008/947.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni tidher li hija neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, din id-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) u (4) tad-Direttiva 2006/126 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw l-Istat Membru ta’ residenza normali tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan, maħruġa minn dan l-Istat Membru, li ma jirrikonoxxix u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur, adottata kontra dan id-detentur minn Stat Membru ieħor, minħabba ksur ta’ regolament tat-traffiku mwettaq fit-territorju tagħha, inkluż meta din il-liċenzja tas-sewqan tkun inħarġet minflok liċenzja tas-sewqan maħruġa qabel mill-Istat Membru fejn twettaq dan il-ksur ta’ regolament tat-traffiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, mill-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126, moqri fid-dawl tal-premessa 15 tagħha, jirriżulta li, għal raġunijiet ta’ sigurtà fit-toroq u bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istat Membru fejn tinsab ir-residenza normali, fis-sens tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jista’ japplika għal din il-persuna d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan, jekk meħtieġ, jissostitwixxi l-liċenzja għal dak il-għan. Din id-dispożizzjoni tirrigwarda għalhekk sitwazzjoni fejn id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan ikollu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑23 ta’ April 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aykul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:257">EU:C:2015:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-liċenzja tas-sewqan li għandu HV inħarġitlu mill-Istat Membru ta’ residenza normali tiegħu, bi skambju tal-liċenzja tas-sewqan li kienet inħarġitlu mill-Istat Membru fejn HV kien id-destinatarju tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tiegħu ta’ sewqan għal ksur tar-regoli tat-traffiku mwettaq fit-territorju ta’ dan tal-aħħar u li huwa inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant, din is-sitwazzjoni ma taqax taħt l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126. Fil-fatt, ladarba din il-persuna tkun skambjat il-liċenzja tas-sewqan tagħha miksuba fl-ewwel Stat Membru permezz ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru ta’ residenza normali, hija ma għandhiex tibqa’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, għandu jiġi rrilevat li, skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha tkun suġġetta, fit-territorju tiegħu, għal restrizzjoni, għal sospensjoni jew għal irtirar, il-validità ta’ kull liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru<?PAGE NO="8"?> ieħor. Mill-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>jirrifjuta li jirrikonoxxi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jirriżulta li din id-dispożizzjoni ma tipprevedix fakultà, iżda obbligu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ April 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hofmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑28 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kreis Heinsberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑112/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:864">EU:C:2020:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 jikkonċerna miżuri li jittieħdu skont il-liġijiet kriminali u tal-pulizija ta’ Stat Membru u li jaffettwaw il-validità, fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor (sentenza tat‑23 ta’ April 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aykul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:257">EU:C:2015:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-obbligu previst minn din id-dispożizzjoni huwa għalhekk intiż li jiggarantixxi l-eżekuzzjoni effettiva ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt ta’ sewqan mogħtija fit-territorju tal-Istat Membru li adottaha, konformement mal-prinċipju ta’ territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, stabbilit fl-Artikolu 11(2) ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, skont dan il-prinċipju, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq reat tat-traffiku biss għandu l-kompetenza li jissanzjonah billi jieħu, jekk ikun il-każ, deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑20 ta’ Novembru 2008, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑1/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:640">EU:C:2008:640</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑23 ta’ April 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aykul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:257">EU:C:2015:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, ma jimplikax li d-deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan mogħtija fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi rrikonoxxuta u eżegwita fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari dak tar-residenza normali, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan li kien is-suġġett ta’ tali deċiżjoni. Fil-fatt, huwa biss l-Istat Membru li jkun adotta d-deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan li huwa kompetenti sabiex jiżgura, fit-territorju tiegħu, l-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni, anki fis-sitwazzjoni fejn id-destinatarju tagħha jkollu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-fatt, irrilevat mill-qorti tar-rinviju, li HV kien detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-awtoritajiet Bulgari qabel ma l-Istat Membru fejn stabbilixxa r-residenza normali tiegħu ma joħroġlux, skont bdil imwettaq b’applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2006/126, liċenzja tas-sewqan li huwa kellu fil-mument tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma huwiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk id-deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt ta’ sewqan adottata fir-rigward HV, minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ dan tal-aħħar, tistax tiġi eżegwita fit-territorju Spanjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu madankollu jingħad ukoll li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/126 tobbliga lill-Istati Membri jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva u jiskambjaw informazzjoni dwar il-liċenzji li jkunu ħarġu, skambjaw, issostitwixxew, imġedda jew irtirati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tista’ tikkontribwixxi għall-eżekuzzjoni effettiva ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan mogħtija fl-Istat Membru li ma huwiex dak tar-residenza normali tal-persuna kkonċernata. Fil-fatt, fuq talba ta’ dan l-Istat Membru u b’mod konformi mal-punt (a) tat-tielet sentenza tal-punt 3 tal-Anness I, Parti 13 u 14, kif ukoll mal-punt 4(a) tad-Direttiva 2006/126, l-Istat Membru tar-residenza normali jista’ jinkludi fuq liċenzja tas-sewqan eventwali indikazzjonijiet ta’ projbizzjoni tas-sewqan fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ April 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Stadt Pforzheim (Indikazzjonijiet fuq il-liċenzja tas-sewqan)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑56/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:333">EU:C:2021:333</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar’ il fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) u (4) tad-Direttiva 2006/126 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw lill-Istat Membru ta’ residenza normali tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan, maħruġa minn dan l-Istat Membru, li ma jirrikonoxxix u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur, adottata fir-rigward ta’ dan id-detentur minn Stat Membru ieħor, minħabba ksur ta’ regolament tat-traffiku mwettaq fit-territorju tagħha, inkluż meta din il-liċenzja tas-sewqan inħarġet bi skambju għal liċenzja tas-sewqan maħruġa qabel mill-Istat Membru fejn twettaq dan il-ksur ta’ regolament tat-traffiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda u tal-fatt li d-Direttiva 2006/126 biss tirregola s-sitwazzjoni fejn Stat Membru jissospendi, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu u minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur fit-territorju tiegħu, id-dritt tas-sewqan tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, billi tiddetermina l-effett ta’ tali sospensjoni huwa limitat għal dan it-territorju biss, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) u (4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">jawtorizzaw lill-Istat Membru ta’ residenza normali tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan, maħruġa minn dan l-Istat Membru, li ma jirrikonoxxix u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu deċiżjoni ta’ sospensjoni tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur, adottata fir-rigward ta’ dan id-detentur minn Stat Membru ieħor, minħabba ksur ta’ regolament tat-traffiku mwettaq fit-territorju tagħha, inkluż meta din il-liċenzja tas-sewqan inħarġet bi skambju għal liċenzja tas-sewqan maħruġa qabel mill-Istat Membru fejn twettaq dan il-ksur ta’ regolament tat-traffiku.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>