|
28.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/45 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.10790 — SALIC / OLAM / OLAM AGRI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 414/07)
1.
Fl-20 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Saudi Agricultural and Livestock Investment Company (“SALIC”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata minn Public Investment Fund (l-Arabja Sawdija), |
|
— |
Olam Group Limited (“Olam Group”, Singapore), ikkontrollata minn Temasek Holdings (Private) Limited (Singapore), |
|
— |
Olam Agri Holdings Pte. Ltd. (“Olam Agri”, Singapore), li tappartjeni għal Olam Group. |
SALIC u Olam Group se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Olam Agri kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
SALIC hija kumpanija ta’ investiment tal-Arabja Sawdija, attiva fl-industriji agrikoli u tal-ikel b’investimenti kemm fl-Arabja Sawdija kif ukoll internazzjonalment, |
|
— |
Olam Group hija attiva madwar id-dinja fis-setturi tal-ikel u tal-industrija agrikola bis-saħħa tad-diversi sussidjarji tagħha. Olam Group hija kkontrollata minn Temasek, kumpanija ta’ investiment b’negozji attivi f’firxa wiesgħa ta’ industriji, inkluż is-settur agroalimentari, |
|
— |
Olam Agri huwa negozjant u proċessur dinji ta’ prodotti agrikoli, b’attivitajiet li jkopru l-katina tal-valur kollha (il-biedja, l-oriġinazzjoni, il-kummerċ bl-ingrossa, l-ipproċessar, ir-raffinar, id-distribuzzjoni). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.10790 — SALIC / OLAM / OLAM AGRI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).