<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑79/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0079</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:118">EU:T:2016:118</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160223">23.2.2016</DATE> — KAWŻA T-79/14</P><P>SECOP vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Salvataġġ ta’ impriżi f’diffikultà</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna taħt forma ta’ garanzija mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ eżami formali</KEYWORD><KEYWORD>Diffikultajiet serji</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-79/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Secop GmbH</HT>, stabbilita fi Flensburg (il-Ġermanja), irrappreżentata minn U. Schnelle u C. Aufdermauer, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Armati, T. Maxian Rusche u R. Sauer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 9119 finali, tat-<DATE ISO="20131218">18ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar għajnuna mill-Istat SA.37640 – Għajnuna ta’ salvataġġ favur ACC Compressors SpA – l-Italja,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, I. Pelikánová (Relatur) u E. Buttigieg, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: K. Andová, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>ACC Compressors SpA hija kumpannija attiva mill-1960 fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kompressuri għal refriġeraturi għal użu domestiku. Hija sussidjarja għal 100 % ta’ Household Compressors Holding SpA (HCH), li topera biss bħala kumpannija holding u ma twettaq l-ebda attività ta’ produzzjoni. ACC Compressors inizjalment kellha 100 % tal-kapital ta’ ACC Austria GmbH u, permezz ta’ din tal-aħħar, 100 % mill-kapital ta’ ACC Germany GmbH u ta’ ACC USA LLC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-2012, il-grupp ACDC iltaqa’ ma’ diffikultajiet ekonomiċi. F’Ottubru 2012, inbdiet proċedura ta’ insolvenza fil-konfront ta’ ACC Germany. Fl-<DATE ISO="20121220">20 ta’ Diċembru 2012</DATE> inbdiet proċedura ta’ insolvenza fil-konfront ta’ ACC Austria. ACC Compressors ġiet iddikjarata falluta fit-<DATE ISO="20130628">28 ta’ Ġunju 2013</DATE> u mqiegħda taħt amministrazzjoni speċjali fis-<DATE ISO="20130827">27 ta’ Awwissu 2013</DATE>. HCH ġiet iddikjarata falluta fit-<DATE ISO="20131012">12 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130420">20 ta’ April 2013</DATE>, wara sejħa għal offerti mnedija fil-kuntest tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ ACC Austria, ġie ffirmat ftehim għax-xiri tal-assi ta’ ACC Austria bejn Secop Kompressoren GmbH, sussidjarja tar-rikorrenti, Secop GmbH, li llum jisimha Secop Austria GmbH, u l-amministraturi legali ta’ ACC Austria. Dan il-kuntratt kien suġġett għall-kundizzjoni sospensiva tad-dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà tat-tranżazzjoni mas-suq intern mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131105">5 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-Repubblika Taljana nnotifikat lill-Kummissjoni b’għajnuna ta’ salvataġġ favur ACC Compressors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-miżura nnotifikata kienet tikkonsisti f’garanzija mill-Istat ta’ sitt xhur għal linji ta’ kreditu li jipprovdu għal bżonnijiet ta’ likwidità għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">13600000</FT>. Din il-garanzija kellha tippermetti l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ ACC Compressors sakemm jiġi ppreparat pjan ta’ ristrutturazzjoni jew stralċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-akkwist tal-assi ta’ ACC Austria mill-kumpannija li saret Secop Austria (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u vvalidat ukoll il-kuntratt konkluż fl-<DATE ISO="20130420">20 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>, permezz tad-Deċiżjoni tagħha C (2013) 9119 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37640 – Għajnuna ta’ salvataġġ favur ACC Compressors SpA – l-Italja (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-miżura nnotifikata. B’mod partikolari, hija qieset li l-miżura nnotifikata kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, iżda hija kienet tissodisfa l‑kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern, bħala għajnuna ta’ salvataġġ lil kumpannija f’diffikultà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-akkwist tal-assi ta’ ACC Austria minn Secop Austria kien jinkludi b’mod partikolari privattivi preċedentement ukoll użati minn ACC Compressors għall-produzzjoni tagħha stess ta’ kompressuri. Żewġ kawżi dwar l-imsemmija privattivi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>privattivi kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) għadhom pendenti quddiem il-qrati Ġermaniżi u Taljani bejn il-grupp Secop u l-grupp ACC, li qed jitlewmu b’mod partikolari fuq il-kwistjoni jekk ftehim ta’ liċenzja kienx konkluż b’mod validu bejniethom (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>kawża dwar il-privattivi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-rikorrenti ressqet din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet. Il-partijiet wieġbu fit-terminu impost mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara bidliet fit-talbiet fl-istadju tar-replika, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha għal annullament, ir-rikorrenti tqajjem tliet motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, ksur tal-forom sostanzjali u nuqqas ta’ motivazzjoni, it-tieni wieħed, fuq ksur tat-Trattati u, it-tielet wieħed, fuq użu ħażin ta’ poter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti indikat, minn naħa, li l-ewwel motiv tagħha għandu jinftiehem li huwa bbażat fuq nuqqas ta’ istruttorja, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti indikat, min-naħa l-oħra, li t-tielet motiv tagħha għandu jiġi interpretat li huwa bbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni, inkwantu l-Kummissjoni ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni ta’ elementi essenzjali tal-kawża li hija kienet taf jew li kellha tkun taf. Hija ppreċiżat ukoll, matul is-seduta, li hija ma kinitx tara ostakoli sabiex l-ewwel u t-tielet motivi tagħha, wara li jiġu kklassifikat mill-ġdid, jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dan is-sens li l-motivi mqajma mir-rikorrenti għandhom jiġu eżaminati minn hawn ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tat-trattati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>It-tieni motiv huwa maqsum fi tliet partijiet, ibbażati rispettivament fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, ksur tal-Artikolu 108(2) u (3) TFUE, u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandhom, l-ewwel nett, jiġu eżaminati flimkien l-ewwel u t-tieni partijiet. Fil-fatt, dawn iż-żewġ partijiet, essenzjalment, għandhom bħala suġġett il-mertu tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiftaħx il-proċedura ta’ eżami formali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel u t-tieni partijiet tat-tieni motiv, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u tal-Artikolu 108(2) u (3) TFUE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset li l-għajnuna kkontestata kienet kompatibbli mas-suq intern, u li naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ eżami formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Riferiment għall-ġurisprudenza rilevanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tiftaħ il-proċedura ta’ eżami formali b’mod partikolari jekk, fid-dawl tal-informazzjoni miksuba matul il-proċedura preliminari ta’ eżami, jibqgħalha diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-miżura kkunsidrata. Dan l-obbligu jirriżulta direttament mill-Artikolu 108(3) TFUE, hekk kif interpretat mill-ġurisprudenza, u huwa kkonfermat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(4) u tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999, meta l-Kummissjoni tikkonstata, wara eżami preliminari, li l-miżura illegali inkwistjoni tnissel dubji rigward il-kompatibbiltà tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑289/03</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:29">EU:T:2008:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0328">328</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura prevista mill-Artikolu 108(2) TFUE KE hija ta’ natura indispensabbli meta l-Kummissjoni ssib diffikultajiet serji biex tevalwa jekk għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ ssegwi l-fażi preliminari taħt l-Artikolu 108(3) TFUE sabiex tieħu deċiżjoni favorevoli għal miżura tal-Istat biss jekk hija tkun tista’ tikseb il-konvinzjoni, wara eżami inizjali, li din il-miżura jew ma tikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, jew, jekk tikklassifika bħala għajnuna, li tkun kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, jekk dan l-ewwel eżami jwassal lill-Kummissjoni għal konvinzjoni opposta, jew ma jippermettilhiex tegħleb id-diffikultajiet kollha mqajma mill-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern, il-Kummissjoni għandha d-dmir li tiġbor l-opinjonijiet kollha neċessarji u li tiftaħ, għal dan il-għan il-proċedura prevista mill-Artikolu 108(2) TFUE (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Matra vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-225/91</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:239">EU:C:1993:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 22 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:29">EU:T:2008:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0329">329</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi, skont iċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ dritt speċifiċi għall-kawża, jekk id-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom fl-eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna jeħtiġux il-ftuħ ta’ din il-proċedura (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930519">19 ta’ Mejju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Cook vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-198/91</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:197">EU:C:1993:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din l-evalwazzjoni għandha tosserva tliet rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 108 TFUE jillimita s-setgħa tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern wara l-proċedura ta’ eżami preliminari biss għal dawk il-miżuri li ma jqajmux diffikultajiet serji, b’tali mod li dan il-kriterju huwa ta’ natura esklużiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta li tibda l-proċedura ta’ eżami formali billi tibbaża ruħha fuq ċirkustanzi oħra, bħall-interess ta’ terzi, kunsiderazzjonijiet ta’ ekonomija proċedurali jew kull raġuni oħra ta’ konvenjenza amministrattiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T-73/98</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:94">EU:T:2001:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tieni nett, meta ssib diffikultajiet serji, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura formali u, f’dan ir-rigward, ma għandha l-ebda setgħa diskrezzjonali. Għalkemm is-setgħa tagħha hija limitata f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni li tiftaħ din il-proċedura, hija għandha, madankollu, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni fl-identifikazzjoni u fl-eżami taċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex tistabbilixxi jekk dawn iqajmux diffikultajiet serji. Konformement mal-għan tal-Artikolu 108(3) TFUE u mad-dmir impost fuqha ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni tista’, b’mod partikolari, tibda djalogu mal-Istat li nnotifika<?PAGE NO="5"?> l-għajnuna jew ma’ terzi sabiex tegħleb, matul il-proċedura preliminari, diffikultajiet li setgħet iltaqgħet magħhom (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 25 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:94">EU:T:2001:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>diffikultajiet serji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> huwa ta’ natura oġġettiva. L-eżistenza ta’ diffikultajiet bħal dawn għandha titfittex kemm fiċ-ċirkustanzi li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll fil-kontenut tiegħu, b’mod oġġettiv, billi r-raġunijiet għad-deċiżjoni jiġu relatati mal-elementi li l-Kummissjoni kellha meta ħadet id-deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna kkontestata mas-suq intern (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 25 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:94">EU:T:2001:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-għajnuna kkontestata kienet kompatibbli mas-suq intern minħabba li kienet konformi mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u mal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="244" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 244, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>linji gwida<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-Artikolu 107(3) TFUE jagħti lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali wiesgħa biex tippermetti għajnuna b’deroga mill-projbizzjoni ġenerali tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, peress li l-evalwazzjoni, f’dawn il-każijiet, tal-kompatibbiltà jew tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern tqajjem problemi li jimplikaw eżami u evalwazzjoni ta’ fatti u ċirkustanzi ekonomiċi kumplessi. L-istħarriġ eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni Ewropea għandu għalhekk, f’dan ir-rigward, ikun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u tal-motivazzjoni, kif ukoll il-verifika tal-eżattezza tal-fatti, l-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-assenza ta’ użu ħażin ta’ poter. Għalhekk ma huwiex il-kompitu tal-qorti tal-Unjoni li tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tagħha ma’ dik tal-Kummissjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni tista’ timponi fuqha nnifisha gwidi għall-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali tagħha, permezz ta’ atti bħal linji gwida, sakemm dawn l-atti jinkludu regoli indikattivi fuq id-direzzjoni li għandha tiġi segwita minn din l-istituzzjoni u sakemm dawn ma jmorrux kontra r-regoli tat-Trattat KE. F’dan il-kuntest, huwa l-kompitu tal-qorti tal-Unjoni li jivverifika li r-rekwiżiti li l-Kummissjoni imponiet hija stess jiġu osservati (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020130">30 ta’ Jannar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Keller u Keller Meccanica vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑35/99</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:19">EU:T:2002:19</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041201">1 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Kronofrance vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T 27/02</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:348">EU:T:2004:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegata kwalità korporattiva ġdida ta’ ACC Compressors</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li, wara l-bejgħ tal-assi ta’ ACC Austria, il-privattivi kkontestati ma setgħux jintużaw iktar minn ACC Compressors, li għandha, għalhekk, titqies li hija impriża li twieldet mill-istralċ ta’ impriża preeżistenti u, għalhekk, impriża maħluqa mill-ġdid, skont il-punt 12 tal-linji gwida. Fil-fatt, billi ma setgħetx tuża l-privattivi kkontestati, ACC Compressors ma kellhiex strutturi żviluppati sabiex tkun eliġibbli għall-għajnuna ta’ salvataġġ u, b’mod partikolari, ma kinitx bħall-impriża bl-istess isem li kienet tipproduċi kompressuri sa mill-1960.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-punt 12 ta’ dawn il-linji gwida huwa mfassal b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-fini ta’ dawn il-linji gwida, impriża li għadha kif ġiet magħluqa mhix eliġibbli għall-għajnuna ta’ salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, anke jekk il-pożizzjoni finanzjarja inizjali tagħha hija prekarja. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta impriża ġdida tinħoloq mill-istralċ ta’ impriża preċedenti jew sempliċement tieħu l-assi ta’ dik l-impriża. Fil-prinċipju, impriża titqies bħala maħluqa riċentament għall-ewwel tliet snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet fil-qasam ta’ attività rilevanti. Huwa biss fl-aħħar ta’ dan il-perijodu li tkun eliġibbli għal għajnuna ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturar [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’mod ċar, l-għan segwit mill-punt 12 tal-linji gwida huwa li jevita li jinħolqu impriżi mhux vijabbli jew attivitajiet mhux sostenibbli li, mal-ħolqien tagħhom, ikunu jiddependu mill-għajnuna pubblika. Għal dan il-għan, il-kjarifika fit-tieni sentenza tal-imsemmi punt hija intiża b’mod partikolari għall-każ ta’<?PAGE NO="6"?> trasferiment tal-assi ta’ persuna ġuridika preeżistenti lil persuna ġuridika oħra, li tkun għadha kif inħolqot jew preeżistenti. Għalhekk, hija l-entità ekonomika li fiha jkun għadhom kif ġew integrati l-assi akkwistati li tista’, skont il-każ, tista’ tiġi kklassifikata bħala impriża ġdida. Fir-rigward ta’ persuna ġuridika li tiddisponi mill-assi, l-għan ta’ tali operazzjoni jista’ jkun proprju s-salvataġġ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, madankollu, li r-riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fil-punt 12 tal-linji gwida, tindika li l-klassifikazzjoni ta’ impriża bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tista’ tirriżulta mhux biss mill-irkupru — mill-benefiċjarju tal-għajnuna — tal-assi ta’ kumpannija oħra, iżda wkoll mit-trasferiment mill-benefiċjarju lil kumpannija oħra, bħal f’dan il-każ, it-trasferiment tal-assi ta’ ACC Austria, sussidjarja ta’ ACC Compressors lil Secop Austria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, għandha tiġi miċħuda tali interpretazzjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ACC Compressors u ACC Austria kienu oriġinarjament jagħmlu parti minn impriża waħda, fis-sens li ż-żewġ kumpanniji kienu jipproduċu l-istess prodotti f’żewġ siti differenti, iżda taħt l-istess direzzjoni ekonomika. Mal-bejgħ tal-assi produttivi ta’ ACC Austria, li sar effettiv fil-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, id-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni (ara l-punti 3 u 6 iktar ’il fuq), il-volum ta’ attivitajiet ta’ din l-impriża naqas sew, peress li l-attivitajiet li jikkorrispondu għas-sit ta’ produzzjoni fl-Awstrija ma kienx iktar jagħmel parti minnu. Għalhekk, l-impriża li lilha ngħatat l-għajnuna kkontestata, approvata fit-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>, kienet tikkonsisti biss fl-assi produttivi ta’ ACC Compressors. Madankollu, din tal-aħħar kienet tmexxi l-impriża inkwistjoni, kemm qabel kif ukoll wara l-imsemmi bejgħ, u, kif ammettiet ir-rikorrenti fil‑punt 46 tar-rikors, hija segwiet, wara d-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, għalkemm b’mod imnaqqas, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kompressuri, li kienu jikkostitwixxu l-attività tradizzjonali tal-kumpannija. Għalhekk, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, kienet l-istess impriża bħal dik li mmanifatturat kompressuri sa mill-1960.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-interpretazzjoni proposta tmur kontra l-għan tal-punt 12 tal-linji gwida, kif stabbilit fil-punt 32 iktar ’il fuq. Fil-fatt, fil-każ ta’ trasferijment tal-assi, ma hijiex l-entità fformata minn attivitajiet ekonomiċi miżmuma mill-kumpannija ċessjonarja li hija rilevanti, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kumpannija ġdida<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, iżda l-entità fformata mill-attivitajiet ekonomiċi tal-entità ċessjonarja, li fiha ġew integrati l-assi ttrasferiti. Huwa wkoll normali u raġonevoli għal impriża f’diffikultà li tittrasferixxi ċerti assi u li tiffoka l-attività tagħha fuq in-negozju prinċipali tagħha, kemm taħt aspett ġeografiku kif ukoll settorjali, bil-għan li ttejjeb il-possibbiltajiet ta’ rkupru ekonomiku. Il-punt 39 tal-linji gwida jipprevedi għalhekk espressament il-waqfien tal-attivitajiet bħala miżura ta’ prevenzjoni ta’ distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni, bħala parti mill-eżami ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni fid-dawl tal-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Imur kontra l-għan globali tal-linji gwida li tali bejgħ ta’ assi jwassal sistematikament għall-esklużjoni tal-impriża ċessjonarja mill-benefiċċju tal-għajnuna ta’ salvataġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-fatt li tilwima legali fuq il-privattivi kkontestati għadha pendenti bejn ACC Compressors u Secop Austria ma tistax twassal għal evalwazzjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, matul l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni setgħet tieħu inkunsiderazzjoni biss is-sitwazzjoni fattwali u legali ta’ ACC Compressors kif kienet fid-data tal-imsemmija adozzjoni; l-iktar kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni probabbli ta’ din is-sitwazzjoni, fil-perspettiva tal-perijodu li għalih kienet ingħatat l-għajnuna ta’ salvataġġ, jiġifieri sitt xhur (ara l-punt 5 iktar ’il fuq). Issa, kif sostniet ġustament il-Kummissjoni, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ACC Compressors kienet għadha qed tuża l-privattivi kkontestati sabiex timmanifattura l-kompressuri, li għalhekk hija kienet obbligata tieħu inkunsiderazzjoni, u ma kien hemm xejn li jindika li din is-sitwazzjoni setgħet tinbidel fis-sitt xhur segwenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-eżistenza ta’ kawża fuq il-privattivi ma hijiex rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna kkontestata. Huwa veru li, jekk qatt Secop Austria kellha tirbaħ il-kawża fuq il-privattivi, kien ikun possibbli li ACC Compressors ma kinitx tkun tista’ tuża iktar il-privattivi kkontestati u kien ikollha, konsegwentement, twaqqaf il-produzzjoni ta’ linja importanti ta’ kompressuri magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kappa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Madankollu, dan jiddependi wkoll fuq il-kwistjoni jekk, wara telfa possibbli fil-qrati, ACC Compressors setgħetx tikseb liċenzja ta’ operat tal-imsemmija privattivi. Barra minn hekk, ma setax jiġi eskluż mill-bidu nett li hija setgħet tikkumpensa l-waqfien eventwali tal-attività ta’ manifattura ta’ kompressuri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kappa<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> bl-iżvilupp ta’ linji oħra ta’ produzzjoni. Fi kwalunkwe każ, għandu jitqies li ma kienx għall-Kummissjoni li tantiċipa r-riżultat tal-kawża fuq il-privattivi, pendenti quddiem il-qrati nazzjonali fid-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, billi tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha ma’ dik tal-qrati kompetenti, aditi bl-imsemmija kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti, magħmul waqt is-seduta, li l-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ konċentrazzjoni, ACC Compressors stess indikat li, fil-każ ta’ akkwist minn Secop Austria tal-assi ta’ ACC Austria, hija ma setgħetx tkompli bil-manifattura tal-kompressuri peress li ma hija ma setgħetx mela tuża iktar il-privattivi kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat l-allegazzjonijiet ta’ ACC Compressors u kkonstatat li, fir-rigward b’mod partikolari tal-kawża fuq il-privattivi eżistenti bejn iż-żewġ partijiet, ma kienx eskluż li seta’ ġie konkluż ftehim bejniethom fuq liċenzja. Il-Kummissjoni kienet għalhekk diġà kkonstatat, fil-kuntest tal-proċedura dwar il-konċentrazzjoni, li l-allegazzjonijiet ta’ ACC Compressors dwar l-impossibbiltà tagħha li tkompli l-produzzjoni tal-kompressuri fl-assenza ta’ liċenzja fuq il-privattivi kkontestati kienu ipotetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija allegazzjonijiet ma kinux jikkostitwixxu informazzjoni determinanti għall-evalwazzjoni tar-relazzjoni kompetittiva bejn ACC Compressors u Secop, u għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ħadithomx inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-fatt li l-għajnuna kkontestata allegatament ma tagħmel xejn ħlief li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>tipposponi l-inevitabbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-għajnuna kkontestata ma kellhiex tingħata peress li ma tagħmel xejn ħlief <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tipposponi l-inevitabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> skont il-punt 72 tal-linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-punt 72 tal-linji gwida jaqra kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Għajnuna ta’ salvataġġ hija operazzjoni eċċezzjonali primarjament imfassla sabiex iżżomm impriża fin-negozju għal perijodu limitat, matul liema il-ġejjieni tagħha jista’ jiġi evalwat. Ma għandux ikun possibbli jiġu permessi għotjiet ripetuti ta’ salvataġġ li sempliċiment iżommu l-istatus quo, jipposponu l-inevitabbli u fil-frattemp jittrasferixxu problemi ekonomiċi u soċjali fuq prodotturi oħrajn iktar effiċjenti tal-Istati Membri. Għalhekk għajnuna ta’ salvataġġ għandha tingħata darba biss (kriterju ta’ non-rikorrenza) [...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-istruttura kollha tal-punt 72 tal-linji gwida, il-fatt li għajnuna ta’ salvataġġ ma għandhiex biss isservi biex jinżamm l-<HT TYPE="ITALIC">istatus quo</HT> u tipposponi l-inevitabbli hija għalhekk imsemmija, bħala eżempju, sabiex tiġġustifika l-prinċipju ta’ non rikorrenza, stabbilit fl-istess punt 72. Għalhekk, fil-loġika ta’ dan il-punt, il-fatt li qed tintalab it-tieni għajnuna ta’ salvataġġ — fil-perijodu ta’ għaxar snin wara l-għoti tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ — x’aktarx turi li l-ewwel għajnuna ma għamlet xejn ħlief żammet l-<HT TYPE="ITALIC">istatus quo</HT> u pposponiet l-inevitabbli. F’dan il-każ, huwa biżżejjed li wieħed josserva, minn naħa, li, skont il-konstatazzjonijiet magħmula fil-punt 38 tad-deċiżjoni kkontestata, mhux ikkontestati mir-rikorrenti, l-għajnuna kkontestata hija l-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ mogħtija lil ACC Compressors u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti indikat biss li l-għajnuna kkontestata ma għamlet xejn ħlief <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ipposponiet<?PAGE NO="8"?> l-inevitabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, mingħajr ma ssostanzjat din l-affermazzjoni. Fl-aħħar nett, peress li r-rikorrenti kienet ser tibbaża ruħha fuq il-kawża dwar il-privattivi, ġie kkonstatat iktar ’il fuq li din tal-aħħar kienet irrilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant dan l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ għajnuna preċedenti allegatament irċevuta</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-effett akkumulat tal-għajnuna kkontestata mal-benefiċċji allegatament imħallsa preċedentement permezz tal-Cassa Integrazione. Skont ir-rikorrenti, il-Cassa Integrazione hija sistema ta’ benefiċċji għal qgħad parzjali fejn il-benefiċċji jitqiesu, mill-Kummissjoni, li huma għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-punt 23 tal-linji gwida jaqra kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Meta għajnuna illegali, li dwarha l-Kummissjoni adottat deċiżjoni negattiva b’ordni ta’ rkupru, kienet mogħtija preċedentement lil impriża f’diffikultà, u li l-irkupru ma jkunx seħħ skont l-Artikolu 14 tar-[Regolament Nru 659/1999], l-eżami tal-għajnuna kollha ta’ salvataġġ jew ta’ ristrutturar għandha tieħu inkunsiderazzjoni, l-ewwel nett, l-effett akkumulat tal-għajnuna preċedenti u tal-għajnuna l-ġdida, it-tieni nett, il-fatt li l-għajnuna preċedenti ma kinitx tħallset lura.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi rrilevat li l-punt 23 tal-linji gwida jipprevedi espressament teħid inkunsiderazzjoni tal-effett kumulattiv tal-għajnuna preċedenti ma’ għajnuna ta’ salvataġġ ġdida jew għal ristrutturazzjoni biss fil-każ ta’ għajnuna illegali, li tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni negattiva dwar ordni ta’ rkupru li tkun għadha ma ġietx implementata mill-Istat Membru kkonċernat. Taħt din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni talbet barra minn hekk lill-awtoritajiet Taljani dikjarazzjoni li l-ACC Compressors ma rċevietx din l-għajnuna li ma ġietx irkuprata (deċiżjoni kkontestata, punt 40).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-benefiċċji allegatament imħallsa permezz tal-Cassa Integrazione, li l-Kummissjoni tippreċiża li ma kinitx taf bihom, ma kinux is-suġġett ta’ deċiżjoni negattiva minn din tal-aħħar. Il-kliem tal-linji gwida u, b’mod partikolari, il-punt 23 tagħhom, ma jobbligax lill-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni din l-allegata għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk tali teħid inkunsiderazzjoni kinitx meħtieġa fl-assenza ta’ kull obbligu f’dan is-sens imsemmi fil-linji gwida, għandu jiġi rrilevat li l-karatteristiċi speċjali tal-għajnuna ta’ salvataġġ ma jippermettux it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effett kumulattiv tal-għajnuna preċedenti mhux koperta mill-punt 23 tal-linji gwida. Fil-fatt, il-punt 15 tal-linji gwida jiddefinixxi l-għajnuna ta’ salvataġġ kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Min-natura tagħhom, l-għajnuniet ta’ salvataġġ huma assistenza temporanja u riversibbli. L-għan prinċipali tagħha huwa li impriża li jkollha l-problemi tinżamm vijabbli għal dak iż-żmien qasir meħtieġ sakemm jitfassal pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni. Appoġġ temporanju bħal dan għandu jippermetti li jkun hemm żmien biex jiġu analizzati ċ-ċirkostanzi li jkunu kkawżaw id-diffikultajiet u biex jiġi żviluppat pjan xieraq biex jiġu rrimedjati dawn id-diffikultajiet. Barra minn hekk, l-għajnuna ta’ salvataġġ għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju. Fi kliem ieħor, għajnuna ta’ salvataġġ tagħti lill-impriża f’diffikultà ftit nifs għal żmien qasir, f’massimu ta’ sitt xhur. L-għajnuna għandha tikkonsisti f’għajnuna finanzjarja riversibbli f’forma ta’ garanziji fuq self jew self, b’rata ta’ interessi mill-inqas meta mqabbla ma’ dawk mogħtija lil impriżi b’saħħithom, u b’mod partikolari mar-rati ta’ referenza adottati mill-Kummissjoni. Miżuri strutturali mhux bilfors jeħtieġu azzjoni immedjata bhall-parteċipazzjoni irrimedjabbli u awtomatiku tal-Istat fil-fondi proprji tal-imprtiża, ma jistgħux jiġu finanzjati permezz ta’ għajnuna ta’ salvataġġ.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn din id-definizzjoni jirriżulta li, kemm bil-limitazzjoni tal-miżuri eliġibbli (garanziji fuq self jew self) li bin-natura temporanja u riversibbli (għeluq tal-garanzija u rimbors tas-self f’perijodu ta’ mhux iktar minn sitt xhur, b’riżerva ta’ sottomissjoni, wara dan il-perijodu, ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ stralċ) u bir-restrizzjoni tagħhom għall-miżuri temporanji biss meħtieġa għas-sopravvivenza tal-impriża inkwistjoni, l-għajnuna ta’ salvataġġ, bħall-għajnuna kkontestata, għandha effett limitat ħafna fuq is-suq intern, kif issostni ġustament il-Kummissjoni. Huma dawn l-effetti limitati, flimkien man-natura urġenti tal-għajnuna ta’ salvataġġ, li jiġġustifikaw li l-Kummissjoni teżaminahom normalment, skont proċedura ssemplifikata konformement mal-punt 30 tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-ssalvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà, billi tipprova tieħu deċiżjoni fi żmien xahar jekk l-għajnuna ma tkunx tissodisfa ċerti kriterji. It-teħid inkunsiderazzjoni tal-effett kumulat ta’ kull għajnuna preċedenti possibbli allegatament illegali jirrendi impossibbli l-osservanza ta’ din l-iskadenza u għalhekk ma jkunx kompatibbli man-natura urġenti ta’ dan l-eżami u mal-impatt limitat tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-għajnuna preċedenti barra minn dik iddefinita fil-punt 23 tal-linji gwida — li kienet diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni negattiva finali tal-Kummissjoni — jobbliga lill-Kummissjoni twettaq, indirettament, eżami tal-imsemmija għajnuna preċedenti, li l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna u għajnuna illegali tkun tista’ tiġi kkontestata bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat u li għandha, fi kwalunkwe każ, tkun is-suġġett ta’ proċedura u ta’ deċiżjoni separati. Dan jista’ jirriżulta, fl-aħħar, fir-rifjut ta’ l-għajnuna ta’ salvataġġ, abbażi ta’ eżami superfiċjali tal-għajnuna preċedenti, filwaqt li din tal-aħħar tista’ iktar tard tiġi pprovata li hija legali jew li ma tikkostitwixxix għajnuna, jew li indebitament dewwmet id-deċiżjoni dwar l-għajnuna ta’ salvataġġ. Għalhekk, dan il-<HT TYPE="ITALIC">modus operandi</HT> jidher li huwa inkompatibbli wkoll mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, għandu jitqies li l-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-effett kumulattiv tal-għajnuna preċedenti u tal-allegata għajnuna ta’ salvataġġ preċedenti ma’ għajnuna ta’ salvataġġ, lil hinn mill-każijiet imsemmija fil-punt 23 tal-linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-prassi ta’ bejgħ b’telf allegatament ipprattikat minn ACC Compressors</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni r-riskju li l-għajnuna kkontestata tista’ tippermetti lil ACC Compressors tkompli bil-politika ta’ bejgħ b’telf li kienet ilha tipprattika sa mill-2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li r-rikorrenti sempliċement tallega politika ta’ bejgħ b’telf ta’ ACC Compressors, mingħajr ma tipproduċi l-ebda element ta’ spjegazzjoni jew prova li possibbilment jistgħu jsostnu din l-allegazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, dan l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-kalkoli ppreżentati mill-Kummissjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, ir-rikorrenti ssostni, fir-rikors, li l-kalkoli ppreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kompattibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna kkontestata kienu ineżatti u inkomprensibbli għaliha, fin-nuqqas ta’ aċċess għall-fajl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li, fit-tweġiba għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti rtirat dan l-ilment, minħabba l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-ilmenti kollha mqajma fuq l-ewwel u t-tieni partijiet tat-tieni motiv għandhom jiġu miċħuda, għandhom jiġu miċħuda l-imsemmija partijiet kollha kemm huma.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirrileva li ma kellhiex l-opportunità tippreżenta l-fehma tagħha fil-kuntest tal-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat, mibdija għall-benefiċċju ta’ ACC Compressors, sabiex topponi l-għoti tal-għajnuna kkontestata lil din tal-aħħar, fi kwalunkwe każ, bħala parti mill-proċedura ta’ eżami formali. Minn naħa l-oħra, ACC Compressors kellhom l-opportunità, fil-kuntest tal-proċedura dwar il-konċentrazzjoni, li jopponu l-akkwist tal-assi ta’ ACC Austria minn Secop Austria. Skont hija, dan huwa ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li r-relazzjoni ta’ kompetittività bejn il-grupp ACC u l-grupp Secop għandha tiġi eżaminata fiż-żewġ proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Arcelor Atlantic u Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-127/07</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:728">EU:C:2008:728</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li, kemm fil-kuntest tal-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat kif ukoll fil-kuntest ta’ konċentrazzjoni, il-kompetituri tal-impriżi kkonċernati ma għandhom ebda dritt li jiġu awtomatikament inklużi fil-proċedura, u b’mod partikolari, fil-kuntest tal-ewwel fażi tal-proċedura, li matulha l-Kummissjoni tmexxi evalwazzjoni preliminari dwar l-għajnuna inkwistjoni u dwar il-konċentrazzjoni nnotifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, skont ġurisprudenza stabbilita, għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, il-fażi ta’ eżami preliminari tal-għajnuna stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE, li għandha biss l-għan li tippermetti li l-Kummissjoni ssawwar opinjoni preliminari dwar il-kompatibbiltà parzjali jew totali tal-għajnuna inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, il-fażi tal-eżami prevista fil-paragrafu 2 tal-istess artikolu. Huwa biss fil-kuntest ta’ din l-aħħar fażi, li hija intiża li tippermetti li l-Kummissjoni tiġbor informazzjoni sħiħa dwar l-informazzjoni kollha tal-każ, li t-Trattat FUE jobbliga lill-Kummissjoni tintima lill-persuni kkonċernati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cook vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 24 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:197">EU:C:1993:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, punt 23 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-78/03 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:761">EU:C:2005:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minn dan jirriżulta li l-partijiet ikkonċernati, minbarra l-Istat Membru kkonċernat, inklużi l-kompetituri tal-benefiċjarju tal-għajnuna, bħar-rikorrenti f’dan il-każ, ma għandhom l-ebda dritt li jiġu assoċjati mal-proċedura fil-fażi preliminari tal-eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-qasam tal-konċentrazzjoni, l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE>, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regolament dwar il-konċentrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), ippreċiżat mill-Artikolu 11(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 88) jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tisma’ — <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> — persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra n-notifikanti u l-partijiet l-oħra tal-proġett ta’ konċentrazzjoni, iżda li hemm l-obbligu biss bil-kundizzjoni doppja li l-imsemmija persuni jkollhom interess suffiċjenti u li dawn jagħmlu talba (ara f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971127">27 ta’ Novembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Kayserberg vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T-290/94</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:186">EU:T:1997:186</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li l-pożizzjoni ta’ ACC Compressors fil-kuntest tal-proċedura ta’ konċentrazzjoni ma kinitx biss dik ta’ impriża kompetitriċi ta’ Secop Austria bħala impriża li nnotifikat il-konċentrazzjoni, iżda kienet ukoll waħda ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>parti oħra interessata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens<?PAGE NO="11"?> tal-Artikolu 11(b) tar-Regolament Nru 802/2004, peress li, bħala kumpannija omm ta’ ACC Austria li tagħha l-assi kollha kellhom jinbiegħu, hija kellha tiġi assimilata mal-bejjiegħ tal-imsemmija assi u għalhekk kellha l-kwalità ta’ parti fil-proġett ta’ konċentrazzjoni. Madankololu, b’differenza mill-kompetituri, konformement mal-Artikolu 18(1), <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tar-regolament dwar il-konċentrazzjonijiet, il-partijiet interessati għandhom id-dritt li jesprimu l-fehma tagħhom fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluża l-fażi preliminari (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940324">24 ta’ Marzu 1994</DATE>, <NAME.CASE>Air France vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑3/93</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1994:36">EU:T:1994:36</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021120">20 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Lagardère u Canal+ vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑251/00</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:278">EU:T:2002:278</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa ċar li s-sitwazzjoni tar-rikorrenti, fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata, hija differenti minn dik ta’ ACC Compressors fil-kuntest ta’ proċedura dwar konċentrazzjoni li wasslet għad-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni, peress li ACC Compressors kellha d-dritt li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ din l-aħħar deċiżjoni. Għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni tkun naqset, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni kkontestata, milli tagħti lir-rikorrenti l-opportunità li tressaq il-fehma tagħha ma jikkostitwixxix ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għalhekk, għandha tiġi miċħuda t-tielet parti ta’ dan il-motiv u, konsegwentement, il-motiv fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet motivi kif irrikwalifikati, ibbażati fuq nuqqas ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ istruttorja u fuq żbalji ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni (ara l-punt 6 hawn isfel), li hija rilevanti u essenzjali għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna inkwistjoni, u li kkuntentat ruħha bl-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani u minn ACC Compressors bħala benefiċjarja. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li ACC Compressors kienet indikat, fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-konċentrazzjoni, li, fin-nuqqas li tikseb il-liċenzji għall-privattivi inkwistjoni, hija ma kinitx tibqa’ fil-pożizzjoni li tkompli l-attivitajiet tagħha fis-suq tal-kompressuri għal refriġeraturi għal użu domestiku (ara l-punt 40 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li l-Kummissjoni mhux qed tikkontesta l-fatti allegati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel motiv, jiġifieri li hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni, f’dan il-każ fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, l-informazzjoni li hija kienet ġabret fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni. Il-partijiet mhux qed jaqblu fuq żewġ kwistjonijiet biss, jiġifieri, minn naħa, li jsir magħruf jekk il-Kummissjoni kellhiex id-dritt (u anki l-obbligu) li tieħu inkunsiderazzjoni l-imsemmija informazzjoni, u, min-naħa l-oħra, li jsir magħruf jekk l-imsemmija informazzjoni kinitx rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-portata tal-obbligu ta’ istruttorja tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-fażi preliminari ta’ eżami</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel motiv, kif irrikwalifikat, huwa bbażat fuq nuqqas ta’ istruttorja, għandha qabel kollox tiġi ddelimitata l-portata tal-obbligu ta’ istruttorja tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-fażi preliminari ta’ eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Hekk kif diġà tfakkar fil-punt 64 iktar ’il fuq, il-fażi preliminari tal-eżami tal-għajnuna, stabbilita permezz tal-Artikolu 108(3) TFUE, għandha biss bħala għan li tippermetti lill-Kummissjoni tifforma opinjoni preliminari fuq il-kompatibbiltà parzjali jew totali mat-Trattat tal-proġetti ta’ għajnuna li jiġu nnotifikati lilha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni, b’deroga mir-regoli ta-Trattat, ta’ għajnuna ġdida jew immodifikata, huwa l-Istat Membru kkonċernat, bis-saħħa tad-dmir tiegħu ta’ kooperazzjoni lejn il-Kummissjoni taħt l-Artikolu 4(3) TUE, li għandu jipprovdi l-elementi kollha tali li jippermettu lil din l-istituzzjoni tivverifika li l-kundizzjonijiet tad-deroga jkunu ssodisfatti (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930428">28 ta’ April 1993</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-364/90</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:157">EU:C:1993:157</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, <NAME.CASE>Schmitz-Gotha Fahrzeugwerke vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-17/03</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:109">EU:T:2006:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑68/03</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:253">EU:T:2007:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>L-obbligi proċedurali msemmija hawn fuq huma barra minn hekk irriprodotti u kkonkretizzati, fir-rigward tal-proċedura preliminari, mill-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fil-kuntest tal-proċedura preliminari ta’ eżami, il-Kummissjoni tista’ bħala prinċipju timxi fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru inkwistjoni — jekk ikun il-każ, wara talba supplimentari tal-Kummissjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T-171/02</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:219">EU:T:2005:219</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) — u li hija ma hijiex marbuta li twettaq, fuq inizjattiva tagħha stess, l-investigazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi kollha jekk l-informazzjoni pprovduta tippermettilha jkollha l-konvinzjoni, wara l-ewwel eżami, li l-miżura inkwistjoni jew ma tikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, jew, jekk tiġi kklassifikata bħala għajnuna, li hija kompatibbli mas-suq intern (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 23 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk kellu jiġri, sussegwentement, li l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru kienet inkompleta jew żbaljata fuq xi punti essenzjali, sal-punt li jerġa’ jqiegħed inkwistjoni l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna hekk kif effettivament tkun ġiet implementata, din tkun hawnhekk għajnuna ġdida mhux innotifikata u, għaldaqstant, illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament Nru 659/1999, li tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura ġdida mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Regione autonoma della Sardegna <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:493">EU:T:2011:493</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0177">177</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 37 u 39 iktar ’il fuq, il-fatt li hemm diverġenza ġuridika pendenti fuq il-privattivi kontenzjużi bejn ACC Compressors u Secop Austria ma kienx tali li jinċidi fuq ir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna inkwistjoni. Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda obbligu għall-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-affermazzjonijiet magħmula minn ACC Compressors f’dan ir-rigward fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-konċentrazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-projbizzjoni għall-Kummissjoni li tuża l-informazzjoni miġbura fi proċedura fil-qasam ta’ konċentrazzjoni għal finijiet oħra</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, konformement mal-Artikolu 17(1) tar-regolament dwar il-konċentrazzjonijiet, l-informazzjoni miġbura b’applikazzjoni tal-imsemmi regolament tista’ tintuża biss għall-għan imfittex mit-talba għal informazzjoni, il-kontroll jew is-smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni kienet tipprojbixxi bħala prinċipju lill-Kummissjoni milli tuża, fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, l-informazzjoni li tkun ġiet trażmessa lilha fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni madankollu li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja llimitat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-regolament dwar il-konċentrazzjonijiet sa fejn, meta l-Kummissjoni ssir taf inċidentalment b’ċerta informazzjoni fil-kors ta’ proċedura fil-qasam tad-dritt<?PAGE NO="13"?> tal-kompetizzjoni, u fil-każ fejn din l-informazzjoni tindika l-eżistenza ta’ ksur imwettaq kontra regoli oħra tal-kompetizzjoni, hija allura tista’ tiftaħ proċedura oħra sabiex tivverifika l-eżattezza tal-imsemmija informazzjoni jew sabiex tikkompletaha, b’mod partikolari billi titlob l-istess dokumenti u tużahom għall-finijiet ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li, meta l-istess informazzjoni miġbura b’applikazzjoni tar-regolament dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi ma tkunx tista’ tintuża direttament bħala mezz ta’ prova fi proċedura mhux irregolata minn dan ir-regolament, ma jipprekludix li din, tista’ madankollu tikkostitwixxi indizju li jista’, jekk ikun il-każ, jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura fuq bażi legali oħra (ara, bħala analoġija, għall-ipoteżi tal-użu minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji fil-livell tal-Unjoni, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891017">17 ta’ Ottubru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Dow Benelux vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>85/87</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:379">EU:C:1989:379</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Asociación Española de Banca Privada <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-67/91</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:330">EU:C:1992:330</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti mhux qed tikkritika lill-Kummissjoni li asteniet milli tiftaħ proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet, imma qed tikkritikaha li ma ħaditx inkunsiderazzjoni din tal-aħħar fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna li diġà hija pendenti. Barra minn hekk, għandu jitqies li, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 82 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni jkollha mill-inqas id-dritt, fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, li titlob il-produzzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ dokumenti li ssir taf bihom fil-kuntest tal-proċedura fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet, jekk din l-informazzjoni jew dawn id-dokumenti jkunu rilevanti għall-finijiet tal-eżami tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, barra minn hekk, filwaqt li tibbaża ruħha fuq diversi sentenzi tal-qrati tal-Unjoni, li jista’ jkun hemm deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 17(1) tar-regolament dwar il-konċentrazzjonijiet jekk ikun hemm rabtiet ta’ konnessjoni bejn il-proċeduri differenti mibdija quddiem il-Kummissjoni. F’dan il-każ, din hija r-ristrutturazzjoni tal-grupp HCH u l-bejgħ tal-assi tal-ex kumpannija ACC Austria, kif ukoll il-konsegwenzi li seħħew wara għal ACC Compressors, li jikkostitwixxu tali rabtiet ta’ konnessjoni bejn il-proċedura fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet u dik fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Kummissjoni għandha, bħala prinċipju, tevita l-inkoerenzi li jistgħu jinqalgħu fl-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet differenti tad-dritt tal-Unjoni. Dan l-obbligu, għall-Kummissjoni, ta’ osservanza tal-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat u ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat huwa b’mod partikolari neċessarju fil-kaz fejn dawn id-dispożizzjonijiet l-oħra jfittxu wkoll l-għan ta’ kompetizzjoni mhux distorta fis-suq komuni (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010131">31 ta’ Jannar 2001</DATE>, <NAME.CASE>RJB Mining vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T-156/98</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:29">EU:T:2001:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li, meta tadotta deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern, il-Kummissjoni ma għandhiex tinjora r-riskju ta’ ħsara għall-kompetizzjoni fis-suq intern min-naħa ta’ operaturi ekonomiċi individwali (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>RJB Mining vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 85 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:29">EU:T:2001:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’analoġija, għandu jitqies li, hija u tadotta deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi ta’ konċentrazzjoni li tkun ser tevalwa fil-kuntest ta’ proċedura oħra, sa fejn il-miżura jew il-kundizzjonijiet ta’ din il-konċentrazzjoni tkun ta’ natura li tinfluwenza l-evalwazzjoni tal-effett fuq il-kompetizzjoni li tista’ tiġi kkawżata mill-għajnuna inkwistjoni. Jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni tista’ f’dan il-każ tkun marbuta li tindirizza mistoqsija lill-Istat Membru kkonċernat, sabiex jipprovdi l-informazzjoni inkwistjoni fil-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Issa, peress li t-tilwima fuq il-privattivi ma kinitx rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern (ara l-punti 37 u 39 iktar ’il fuq), obbligu bħal dan ma kienx jeżisti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Isegwi li l-ewwel u t-tielet motivi, kif irrikwalifikati, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Peress li ġew miċħuda l-motivi kollha tar-rikorrenti, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>Taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Secop GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="15"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tat-trattati</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel u t-tieni partijiet tat-tieni motiv, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u tal-Artikolu 108(2) u (3) TFUE</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Riferiment għall-ġurisprudenza rilevanti</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegata kwalità korporattiva ġdida ta’ ACC Compressors</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-fatt li l-għajnuna kkontestata allegatament ma tagħmel xejn ħlief li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tipposponi l-inevitabbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ għajnuna preċedenti allegatament irċevuta</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-prassi ta’ bejgħ b’telf allegatament ipprattikat minn ACC Compressors</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-kalkoli ppreżentati mill-Kummissjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel u t-tielet motivi kif irrikwalifikati, ibbażati fuq nuqqas ta’ istruttorja u fuq żbalji ta’ evalwazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-portata tal-obbligu ta’ istruttorja tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-fażi preliminari ta’ eżami</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-projbizzjoni għall-Kummissjoni li tuża l-informazzjoni miġbura fi proċedura fil-qasam ta’ konċentrazzjoni għal finijiet oħra</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>