|
20.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/795
tal-10 ta’ Settembru 2021
dwar l-għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju ta’ Alitalia SA.48171 (2018/C) (ex 2018/NN, ex 2017/FC) implimentata mill-Italja
(notifikata bid-dokument C(2021) 6659)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fil-5, fit-12 u fil-15 ta’ Mejju 2017, rispettivament, il-linji tal-ajru Ryanair Ltd (“Ryanair”), Adria Airways d.o.o. (“Adria”) u IAG International Airlines Group S.A. (“IAG”) (b’mod konġunt, “l-ilmentaturi”) issottomettew tlett ilmenti formali lill-Kummissjoni li allegaw li l-Italja kienet tat għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli lil Alitalia — Società Aerea Italiana S.p.A. in amministrazione straordinaria (“Alitalia”). L-ilmentaturi indikaw li fit-2 ta’ Mejju 2017, l-awtoritajiet Taljani kienu taw appoġġ ta’ likwidità lil Alitalia fil-forma ta’ self ta’ EUR 600 miljun (“is-self inizjali”). L-ilmentaturi allegaw li s-self inizjali kien għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni għaddiet l-ilmenti lill-awtoritajiet Taljani, u talbithom jiċċaraw il-kwistjonijiet imressqin f’dawk l-ilmenti. L-awtoritajiet Taljani wieġbu għal dik it-talba fit-18 ta’ Lulju 2017, u l-Kummissjoni għaddiet dik it-tweġiba lill-ilmentaturi fit-30 ta’ Novembru 2017. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Ġunju, fit-12 ta’ Settembru u fis-16 ta’ Ottubru 2017, IAG issottometteiet informazzjoni u aġġornamenti addizzjonali rigward l-espansjoni tan-network tar-rotot ta’ Alitalia wara l-għoti tas-self inizjali. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ Ottubru 2017, Adria ssottomettiet informazzjoni li tindika li l-Ordni Amministrattiv Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar “Dispożizzjonijiet urġenti dwar kwistjonijiet finanzjarji u għal ħtiġijiet mhux differibbli” (2) (“l-Ordni Amministrattiv 148/2017”) kien ipprovda għall-għoti ta’ self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun lil Alitalia (“is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun”), li tella’ l-ammont totali tas-self għal EUR 900 miljun (is-self inizjali u s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun se jissejħu b’mod konġunt “iż-żewġ selfiet mill-Istat”). |
|
(5) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani, li wieġbu għal dik it-talba fl-24 ta’ Jannar 2018. |
|
(6) |
Fit-23 ta’ Jannar 2018, l-Italja nnotifikat iż-żewġ selfiet mill-Istat bħala għajnuna għas-salvataġġ skont it-tifsira tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (3) (il-“Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar”). |
|
(7) |
Permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ April 2018, il-Kummissjoni informat lill-Italja li hija kienet iddeċidiet li tniedi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward taż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(8) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-20 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mill-Italja, permezz ta’ ittri datati l-25 ta’ Mejju 2018 u l-25 ta’ Settembru 2018, u minn tliet partijiet interessati: (i) Aegean Airlines S.A. (“Aegean”), (ii) parti interessata li talbet li l-identità tagħha tinżamm anonima skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (4) (“il-parti interessata anonima”) u (iii) Ryanair. Fil-15 ta’ Novembru 2018 u fis-17 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tat-tliet partijiet interessati lill-awtoritajiet Taljani fejn stednithom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom, li huma għamlu permezz ta’ ittra datata l-20 ta’ Marzu 2019. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni talbet aktar kjarifiki mill-awtoritajiet Taljani fis-17 ta’ Settembru 2018, fit-23 ta’ Novembru 2018, fis-6 u fil-11 ta’ Diċembru 2018, fis-26 ta’ Frar 2019, fl-10 ta’ Mejju 2019 u fit-2 ta’ Lulju 2019. Fid-19 ta’ Settembru 2019 u fit-28 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni bagħtet tfakkiriet rigward it-tweġibiet niqsin għat-talba għal informazzjoni tat-2 ta’ Lulju 2019. |
|
(11) |
L-awtoritajiet Taljani pprovdew lill-Kummissjoni b’aktar kummenti u informazzjoni fl-1 ta’ Ottubru 2018, fid-9 u fis-27 ta’ Novembru 2018, fis-17 ta’ Diċembru 2018, fil-25 ta’ Jannar 2019, fil-11 ta’ Frar 2019, fl-1 u fit-18 ta’ April 2019, fil-15 ta’ Mejju 2019, fit-3 u fit-12 ta’ Ġunju 2019, fid-9 ta’ Lulju 2019, fis-6 ta’ Awwissu 2019, fit-2 ta’ Ottubru 2019, fis-17 ta’ Ottubru 2019 u fid-19 ta’ Novembru 2019. |
|
(12) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-awtoritajiet Taljani f’diversi okkażjonijiet, inkluż fid-dati li ġejjin: fil-15 ta’ Ġunju 2017, fis-26 ta’ Lulju 2017, fid-9 ta’ Frar 2018, fit-13 ta’ April 2018, fis-27 ta’ Settembru 2018, fl-14 ta’ Novembru 2018, fl-14 ta’ Diċembru 2018, fis-16 ta’ Jannar 2019, fl-20 ta’ Frar 2019, fil-21 ta’ Frar 2019, fid-9 ta’ April 2019, fl-20 ta’ Ġunju 2019, fis-26 ta’ Lulju 2019 u fis-27 ta’ Settembru 2019. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll ma’ Alitalia (fil-21 ta’ Frar 2019 u fid-9 ta’ April 2019), ma’ Aegean (fl-10 ta’ Jannar 2019) u mal-parti interessata anonima (fil-21 ta’ Marzu 2019). |
|
(14) |
Fis-7 ta’ Marzu 2019, Adria (5) ssottomettiet ilment ġdid li allega li l-posponiment tad-dati tal-maturità taż-żewġ selfiet mill-Istat kien għajnuna illegali u inkompatibbli. Fit-22 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għaddiet dak l-ilment lill-awtoritajiet Taljani, u talbithom jiċċaraw il-kwistjonijiet imressqin f’dak l-ilment. L-Italja wieġbet għal dik it-talba fis-6 ta’ Awwissu 2019. |
2. DESKRIZZJONI TAŻ-ŻEWĠ SELFIET MILL-ISTAT U TAL-FATTI PERTINENTI
2.1. Iż-żewġ selfiet mill-Istat mogħtijin mill-Istat Taljan
|
(15) |
Fit-23 ta’ April 2018, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward taż-żewġ selfiet mill-Istat (“il-miżura”). |
|
(16) |
Is-self inizjali kien previst fl-Ordni Amministrattiv Nru 55 tat-2 ta’ Mejju 2017 dwar “Miżuri urġenti sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz ipprovdut minn Alitalia S.p.A.” (6) (“l-Ordni Amministrattiv 55/2017”). Fit-2 ta’ Mejju 2017, Alitalia S.p.A tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja (ara l-premessa 41). |
|
(17) |
L-Artikolu 1 tal-Ordni Amministrattiv 55/2017 stabbilixxa li “sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tas-servizz ipprovdut minn Alitalia — Società Aerea Italiana — S.p.A. taħt amministrazzjoni straordinarja, għal konnessjonijiet ta’ titjiriet domestiċi u internazzjonali, inklużi dawk b’obbligi ta’ servizz pubbliku skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni Ewropea kurrenti, fid-dawl tad-diffikultajiet soċjali u tal-inkonvenjent serju għall-utenti li jkun ikkawżat minn interruzzjoni bħal din, il-finanzjament ta’ sitt mitt miljun euro li għandu jitħallas lura huwa b’dan previst għal perjodu ta’ sitt xhur (…) favur Alitalia — Società Aerea Italiana — S.p.A. taħt amministrazzjoni straordinarja, li għandu jintuża għall-ħtiġijiet immedjati ta’ ġestjoni tal-istess kumpanija u ta’ kumpaniji oħrajn tal-grupp soġġetti għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja (…)”. Għalkemm il-leġiżlazzjoni tal-għoti tirreferi għall-miżura bħala “finanzjament” u l-Italja u Alitalia ma daħlux fi ftehim ta’ self, il-Kummissjoni tuża t-terminu “self” sabiex tirreferi għall-miżura peress li l-finanzjament kellu jitħallas lura bl-imgħax. |
|
(18) |
L-Istat ta s-self inizjali b’rata Euribor ta’ sitt xhur flimkien ma’ 1 000 punt bażi, u dan kellu jitħallas lura fi żmien sitt xhur mill-ewwel żborż tas-self, jiġifieri sal-5 ta’ Novembru 2017. Is-self inizjali kellu prijorità fuq ir-ripagament ta’ kwalunkwe dejn ieħor iġġenerat minn Alitalia matul il-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. |
|
(19) |
L-Italja inizjalment tawlet id-data ta’ maturità tas-self inizjali għal sitt xhur, sal-5 ta’ Mejju 2018, bl-Ordni Amministrattiv 148/2017; sussegwentement bil-Liġi Nru 172 tal-4 ta’ Diċembru 2017 (7) (“il-Liġi 172/2017”), hija estendiet id-data ta’ maturità sat-30 ta’ Settembru 2018. Estensjoni oħra tas-self inizjali sal-15 ta’ Diċembru 2018 ġiet stabbilita bl-Ordni Amministrattiv 38/2018 tas-27 ta’ April 2018. Dik id-data ta’ maturità ġiet sussegwentement immodifikata diversi drabi (ara t-taqsima 2.2.1). |
|
(20) |
Is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ingħata mill-Italja permezz tal-Ordni Amministrattiv 148/2017 bir-riżultat li l-finanzjament mill-Istat żdied sa EUR 900 miljun. L-Artikolu 12(2) tal-Ordni Amministrattiv 148/2017 stabbilixxa li “sabiex jiġi ggarantit it-twettiq tal-obbligi tat-trasport assunti mill-amministrazzjoni straordinarja sad-data tal-iżvestiment tan-negozju mingħajr ma tiġi interrotta l-kontinwità tas-servizz tat-trasport bl-ajru, sabiex jiġi żgurat il-forniment regolari ta’ konnessjonijiet tat-titjiriet domestiċi u internazzjonali mwettqin mill-impriżi msemmijin fil-paragrafu 1 sakemm titlesta l-proċedura ta’ żvestiment tan-negozju li għandha tiġi ddefinita u implimentata, l-ammont ta’ finanzjament …. għandu jiżdied bi EUR 300 miljun li għandhom jingħataw fl-2018”. Peress li s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ingħata bħala żieda fuq l-ammont tas-self inizjali, ġew applikati l-istess termini u kundizzjonijiet, inkluża r-rata tal-imgħax, fir-rigward tas-self inizjali, ħlief fir-rigward tal-maturità tas-self. Il-maturitajiet taż-żewġ selfiet ġew issinkronizzati aktar tard (ara t-taqsima 2.2.1). |
|
(21) |
Skont l-Ordni Amministrattiv 148/2017, is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun kellu jitħallas mill-Istat lil Alitalia fl-2018 u kellu jiġi rrimborżat sal-31 ta’ Diċembru 2018. Dak l-Ordni Amministrattiv estenda wkoll l-iskadenza għat-tlestija tal-proċedura ta’ offerti (ara t-taqsima 2.6) sat-30 ta’ April 2018 sabiex jippermetti d-disponiment tal-kumpless kummerċjali ta’ Alitalia. |
2.2. Skeda ta’ żmien tal-iżborżi taż-żewġ selfiet mill-Istat
|
(22) |
Is-self inizjali u s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ingħataw permezz ta’ atti leġiżlattivi u kellhom jitħallsu wara l-adozzjoni ta’ Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi. Skont dawk l-atti leġiżlattivi, iż-żewġ selfiet mill-Istat ġew iffinanzjati mill-baġit allokat lill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku. |
|
(23) |
Skont l-Ordni Amministrattiv 55/2017, is-self inizjali ngħata sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni kemm tat-titjiriet internazzjonali kif ukoll ta’ dawk domestiċi ta’ Alitalia filwaqt li kienet taħt amministrazzjoni straordinarja, inklużi t-titjiriet li jaqgħu taħt l-Obbligi ta’ Servizz Pubbliku (“OSP”) ta’ Alitalia, fid-dawl tad-diffikultajiet soċjali serji u tal-inkonvenjent serju għall-utenti li kienet tikkawża interruzzjoni tat-titjiriet ta’ Alitalia. |
|
(24) |
Is-self inizjali kellu jingħata b’Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi fi żmien ħamest ijiem minn meta Alitalia titqiegħed taħt amministrazzjoni straordinarja, u kellu jintuża għal ħtiġijiet operazzjonali urġenti tal-istess kumpanija u ta’ kumpaniji oħrajn tal-grupp soġġetti għall-proċedura amministrattiva straordinarja. Il-ħtiġijiet operazzjonali urġenti kienu jinkludu wkoll dawk relatati mas-sistemi internazzjonali użati sabiex jiġu solvuti r-relazzjonijiet ekonomiċi mat-trasportaturi. |
|
(25) |
Fl-4 ta’ Mejju 2017, il-kummissarji straordinarji ta’ Alitalia talbu ġbid ta’ kreditu urġenti bil-quddiem ta’ EUR 240 miljun mis-self ta’ EUR 600 miljun. Skont l-awtoritajiet Taljani, dan sar primarjament sabiex (i) jiġi evitat l-eżawriment tal-flus meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet tan-negozju ta’ Alitalia fil-jiem li jaħbtu eżatt wara l-bidu tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja, u (ii) sabiex Alitalia tkun tista’ tħallas il-kapparra mitluba mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (“IATA”). Mingħajr il-ħlas tal-kapparra, Alitalia kienet tirriskja li tiġi sospiża mis-sistemi (8) ġestiti mill-IATA, li huma essenzjali għall-kontinwità tal-operat. Dik il-kapparra tħallset f’Mejju 2017. |
|
(26) |
F’Ottubru 2017, it-tieni ħlas parzjali tas-self inizjali li jammonta għal EUR 360 miljun ġie rrilaxxat lil Alitalia. Skont l-awtoritajiet Taljani, ġie pprovdut fuq talba tal-kummissarji straordinarji sabiex Alitalia tiġi pprovduta bil-finanzjament neċessarju sabiex iżżomm it-titjiriet regolari sakemm jitlesta l-iżvestiment tal-attivitajiet kummerċjali rilevanti. |
|
(27) |
Skont l-Ordni Amministrattiv 148/2017, li ta s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun, is-self ġie ppromulgat sabiex jiġi żgurat li Alitalia u kumpaniji oħrajn tal-grupp ikunu setgħu jissodisfaw l-obbligi tat-titjiriet tagħhom mingħajr interruzzjoni sad-disponiment tal-attivitajiet kummerċjali ta’ Alitalia. |
|
(28) |
L-Ordni Amministrattiv 148/2017 ġie kkonvertit f’liġi bil-Liġi 172/2017. Dik il-liġi indikat li l-estensjoni tas-self kienet neċessarja sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-obbligi tat-trasport ta’ Alitalia. |
|
(29) |
Is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ġie żborżat lil Alitalia fil-15 ta’ Jannar 2018. |
2.2.1. Sinkronizzazzjoni tal-maturità taż-żewġ selfiet mill-Istat
|
(30) |
Fis-27 ta’ April 2018, l-Ordni Amministrattiv 38/2018 ippreveda estensjoni oħra tas-self inizjali sal-15 ta’ Diċembru 2018. Dak l-Ordni Amministrattiv stabbilixxa wkoll l-istess data bħall-iskadenza l-ġdida għar-ripagament tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun, u b’hekk issinkronizza l-maturità tas-self inizjali u tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun. |
|
(31) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2018, l-Ordni Amministrattiv 135/2018 stabbilixxa d-data ta’ maturità għar-rimborż taż-żewġ selfiet mill-Istat minn tletin jum mid-dħul fis-seħħ tal-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia jew, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2019. |
2.2.2. Dispożizzjonijiet tal-Ordni Amministrattiv dwar it-Tkabbir
|
(32) |
Fit-30 ta’ April 2019, l-Italja adottat l-Ordni Amministrattiv Nru 34 dwar “Miżuri urġenti għat-tkabbir ekonomiku u għar-riżoluzzjoni ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ kriżi” (9) (“l-Ordni Amministrattiv dwar it-Tkabbir”), li ppreveda:
|
|
(33) |
Bħala riżultat tal-Ordni Amministrattiv dwar it-Tkabbir, l-imgħax fuq iż-żewġ selfiet mill-Istat ma baqax jakkumula mill-31 ta’ Mejju 2019. |
|
(34) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2019, l-Ordni Amministrattiv dwar it-Tkabbir ġie emendat bl-Ordni Amministrattiv Nru 137 “Miżuri urġenti sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz offrut minn Alitalia — Società Aerea Italiana S.p.A. u Alitalia CityLiner S.p.A. taħt amministrazzjoni straordinarja” (10), li ssinkronizza l-maturità tal-imgħax dovut ma’ dik tal-kapital, hekk kif kien jipprevedi l-estensjoni tal-ħlas tal-kapital u tal-imgħax, sakemm l-assi ta’ Alitalia nbiegħu mill-amministrazzjoni straordinarja. |
|
(35) |
Il-valutazzjoni taż-żewġ selfiet mill-Istat bħala miżura waħda hija stabbilita fit-taqsima 5.1.4.1.1. |
2.3. Il-benefiċjarju
|
(36) |
Il-benefiċjarju tal-miżura huwa Alitalia –Società Aerea Italiana –S.p.A in amministrazione straordinaria (“Alitalia”) flimkien mas-sussidjarji li huma direttament u indirettament proprjetà tagħha. |
|
(37) |
Kemm l-Ordni Amministrattiv 55/2017, il-bażi ġuridika għas-self inizjali, kif ukoll l-Ordni Amministrattiv 148/2017, il-bażi ġuridika tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun, jipprevedu li ż-żewġ selfiet mill-Istat jingħataw favur Alitalia. L-Ordni Amministrattiv 55/2017 jagħti “finanzjament b’self ta’ EUR 600 miljun li għandu jitħallas lura … favur Alitalia — Società Aerea Italiana — S.p.A.” (ara l-premessa 17); l-Ordni Amministrattiv 148/2017 jirreferi għall-finanzjament mogħti mill-Ordni Amministrattiv 55/2017, li jipprevedi self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun favur Alitalia. |
|
(38) |
Alitalia hija kumpanija bil-kwartieri ġenerali tagħha fi Fiumicino, Ruma, li topera fis-settur tat-trasport bl-ajru. In-numru totali ta’ membri tal-persunal ta’ Alitalia kien ta’ 11 377 fil-31 ta’ Diċembru 2017 (11). L-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ Alitalia u l-istruttura tal-Grupp Alitalia huma murijin fiċ-ċart 1 (12) u l-azzjonisti ta’ Compagnia Aerea Italiana S.p.A. (“CAI”) (13) f’Mejju 2019 fit-Tabella 1. Ċart 1 Struttura tas-sjieda ta’ Alitalia u struttura tal-Grupp Alitalia fit-23 ta’ Jannar 2018
Tabella 1 Azzjonisti ta’ CAI f’Mejju 2019. (Sa fejn taf il-Kummissjoni, l-istruttura tal-azzjonisti baqgħet l-istess.)
|
|
(39) |
Meta tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja, Alitalia kienet il-proprjetarju uniku tal-kapital tal-ishma ta’ Alitalia CityLiner S.p.A. (“Cityliner”) u ta’ Challey Ltd. Cityliner, linja tal-ajru reġjonali li kollha kemm hi hija proprjetà ta’ Alitalia (14), topera bħala l-fornitur tal-kapaċità tat-trasport ta’ Alitalia (15) li tkopri parti min-network ta’ rotot fuq distanza qasira. Challey Ltd hija subholding ibbażata l-Irlanda, li, hija stess, tikkontrolla kumpaniji oħrajn, ibbażati wkoll l-Irlanda (“sussidjarji Irlandiżi”), li huma s-sid tal-flotta kollha ta’ inġenji tal-ajru użati minn Alitalia u minn CityLiner u rreġistrati l-Irlanda, kif ukoll interessi minoritarji f’kumpaniji oħrajn bi sjieda parzjali. Challey Ltd u s-sussidjarji Irlandiżi ma humiex taħt amministrazzjoni straordinarja. Għaldaqstant, Alitalia flimkien mas-sussidjarji tagħha jifformaw il-Grupp Alitalia (16) (“il-Grupp Alitalia”). Peress li Alitalia hija responsabbli għall-maġġoranza l-kbira tal-attivitajiet tal-Grupp Alitalia u timpjega 97 % tal-għadd totali ta’ persunal tal-Grupp Alitalia (17), kwalunkwe evalwazzjoni li tappartjeni għall-grupp tkopri mutatis mutandis lil Alitalia. |
|
(40) |
Alitalia hija 49 % proprjetà ta’ Etihad Investment Holding Company LLC u 51 % proprjetà ta’ MIDCO S.p.A., li, hija stess, hija 100 % proprjetà ta’ CAI S.p.A. Fil-perjodu sa mill-akkwiżizzjoni tagħha minn CAI S.p.A. fl-2008, Alitalia għamlet it-telf kontinwament. Hija ppruvat ittejjeb il-pożizzjoni tagħha fil-bidu tal-2017 bi pjan ambizzjuż għat-tnaqqis tal-kostijiet li jinvolvi aktar minn EUR 1 biljun fi tnaqqis tal-kostijiet, li kellu jwitti t-triq għal finanzjament addizzjonali (EUR 2 biljun inklużi EUR 900 miljun fi flus ġodda), prinċipalment mislufin mill-azzjonist tagħha Etihad (il-“Pjan ta’ Bidla”, ara t-taqsima 4.2.1.1). Il-Pjan ta’ Bidla kellu jiġi stabbilit permezz ta’ proċedura ta’ qabel l-insolvenza (18). Dik il-proċedura (19) kienet teħtieġ il-qbil tal-forza tax-xogħol (20) peress li miżuri kbar ta’ tnaqqis tal-kostijiet kienu jaffettwawha. Madankollu, il-ftehim ġie miċħud fir-referendum tal-ħaddiema li sar fl-24 ta’ April 2017 minħabba l-miżuri ppjanati għat-tnaqqis tal-kostijiet lavorattivi, li kienu jipprevedu, fost l-oħrajn, tnaqqis medju ta’ 33 % fil-pagi. Peress li l-Pjan ta’ Bidla ma setax jiġi implimentat, u l-azzjonisti ma pprovdewx finanzjament addizzjonali, Alitalia tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja. |
2.4. Il-proċedura amministrattiva straordinarja
|
(41) |
Fuq it-talba tal-bord tad-diretturi ta’ Alitalia, Alitalia tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja (21) bl-Ordni tal-Ministeru Taljan tal-Iżvilupp Ekonomiku datat it-2 ta’ Mejju 2017. Dak l-Ordni ħatar ukoll tliet kummissarji straordinarji għall-ġestjoni ta’ Alitalia. Imbagħad, permezz tas-sentenza tal-Qorti ta’ Civitavecchia tal-11 ta’ Mejju 2017 Alitalia ġiet iddikjarata insolventi. Wara, fit-12 ta’ Mejju 2017, anki Cityliner (22) tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja permezz ta’ ordni tal-Ministeru Taljan tal-Iżvilupp Ekonomiku. Imbagħad, Cityliner ġiet iddikjarata insolventi permezz tas-sentenza tal-Qorti ta’ Civitavecchia tas-26 ta’ Mejju 2017. |
|
(42) |
Fis-sottomissjoni tagħhom tal-20 ta’ Marzu 2019, l-awtoritajiet Taljani indikaw li, minħabba l-ammissjoni ta’ Alitalia għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja, l-azzjonisti privati kienu ġew imċaħħdin mis-setgħat kollha ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni ta’ Alitalia. Minflokhom, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-amministrazzjoni straordinarja, il-kummissarji straordinarji ġew inkarigati bil-ġestjoni tal-kumpanija sakemm ġie awtorizzat programm ta’ amministrazzjoni straordinarja (“il-programm ta’ EA”) mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku. Mal-adozzjoni tal-programm tal-EA, dawn ikunu awtorizzati jbigħu l-assi ta’ Alitalia taħt is-superviżjoni tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku. |
|
(43) |
Fis-26 ta’ Jannar 2018, il-kummissarji straordinarji ta’ Alitalia pprovdew lill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku programm bl-għan li jinbiegħu l-assi ta’ Alitalia li kienu qed joperaw (23) fi żmien sena, li kien awtorizzat b’ordni Ministerjali tat-23 ta’ Marzu 2018. Fis-7 ta’ Mejju 2019, id-data ta’ maturità inizjali tat-tlestija tal-programm tal-bejgħ ġiet posposta sat-23 ta’ Marzu 2020. |
|
(44) |
Il-proċedura ta’ bejgħ stabbilita mill-programm tal-EA awtorizzat kopriet l-assi relatati man-negozju ta’ Alitalia u ta’ Cityliner, il-kumpaniji taħt amministrazzjoni straordinarja. |
2.4.1. Amministrazzjoni straordinarja (Digriet Leġiżlattiv Nru 270/1999, il-Liġi Prodi-bis)
|
(45) |
L-amministrazzjoni straordinarja hija proċedura ta’ insolvenza stabbilita fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 270 tat-8 ta’ Lulju 1999 (24) (“il-Liġi Prodi-bis”) għall-insolvenza ta’ kumpaniji kbar bl-għan li jiġu salvati, filwaqt li jiġi ppreservat il-valur tagħhom permezz tal-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tagħhom sar-ristrutturar jew sal-bejgħ tal-assi. Il-kumpaniji jiġu ammessi għal amministrazzjoni straordinarja biss jekk ir-ritorn tagħhom għall-ekwilibriju ekonomiku jkun jidher possibbli. |
|
(46) |
Taħt l-amministrazzjoni straordinarja, l-azzjonist preċedenti jiċċaħħad mis-setgħat tiegħu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li l-kumpanija tkompli topera. Il-ġestjoni tan-negozju u l-amministrazzjoni tal-assi tal-kumpanija jittieħdu taħt ir-responsabbiltà tal-kummissarji straordinarji. Huma jinħatru mill-Qorti, li tiddikjara l-kumpanija insolventi. Il-kummissarji straordinarji jaġixxu f’konformità mal-programm tal-EA (ristrutturar jew bejgħ ta’ assi) awtorizzat mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku. |
|
(47) |
Meta tidħol fis-seħħ il-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja, id-djun imġarrbin qabel il-proċedura jiġu ffriżati u jsiru subordinati għad-djun imġarrbin matul l-amministrazzjoni straordinarja bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-operat tan-negozju. L-istatus ta’ dawk id-djun imġarrbin matul l-amministrazzjoni straordinarja bħala “super privileġġjati” huwa pprovdut minn dispożizzjoni espliċita tal-liġi. |
2.4.2. Amministrazzjoni straordinarja għal kumpaniji kbar b’tal-anqas 500 ħaddiem u EUR 300 miljun f’dejn (l-Ordni Amministrattiv Nru 347/2003, il-Liġi Marzano)
|
(48) |
Għal kumpaniji kbar b’tal-anqas 500 ħaddiem u b’tal-anqas EUR 300 miljun f’dejn japplikaw regoli speċjali addizzjonali skont l-Ordni Amministrattiv Nru 347 tat-23 ta’ Diċembru 2003 (25) (“il-Liġi Marzano”). Alitalia taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi Marzano peress li, kif stabbilit fis-sentenza li tiddikjara lil Alitalia insolventi, Alitalia għandha “aktar minn ħames mitt impjegat subordinat għal tal-anqas sena u djun li jammontaw għal aktar minn tliet mitt miljun euro” (26). |
|
(49) |
Skont il-liġi Marzano, il-kumpaniji jistgħu jissottomettu t-talba tagħhom sabiex jitqiegħdu taħt amministrazzjoni straordinarja kif previst minn dik il-liġi direttament mal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku, anki qabel ma l-Qorti tiddeċiedi dwar is-solvenza tagħhom. Il-kummissarji straordinarji jinħatru mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku u mhux mill-Qorti. Joperaw taħt is-superviżjoni tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku. Id-durata inizjali tal-amministrazzjoni straordinarja hija ta’ 12-il xahar mill-awtorizzazzjoni tal-programm tal-EA mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku, iżda tista’ tiġi estiża ulterjorment b’36 xahar (massimu) addizzjonali b’Ordni tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku. Fil-każ ta’ grupp ta’ kumpaniji, il-proċedura tista’ tiġi estiża għall-kumpaniji l-oħrajn tal-grupp flimkien mal-kumpanija omm (kif ġara għal Cityliner). |
|
(50) |
Barra minn hekk, għall-kumpaniji li joperaw servizzi pubbliċi essenzjali, il-Liġi Marzano tipprovdi dan li ġej:
|
2.5. Dikjarazzjonijiet pubbliċi minn membri tal-gvern Taljan
|
(51) |
Dak iż-żmien, fil-25 ta’ April 2017, wara r-rifjut tal-Pjan ta’ Bidla mill-ħaddiema, il-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku, li l-portafoll tiegħu kien jinkludi d-dossier ta’ Alitalia, ġie intervistat mill-gazzetta Taljana Corriere della Sera. Il-Ministru eskluda n-nazzjonalizzazzjoni jew li l-Istat kien se jħallas id-djun ta’ Alitalia. Madankollu, bi tweġiba għal mistoqsija dwar selfa tranżizzjonali possibbli lil Alitalia, il-Ministru ddikjara li l-gvern kien se jipprovdi “l-minimu assolut sabiex jitlesta l-proċess [il-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia mill-kummissarji straordinarji]. Iż-żamma tal-ajruplani l-art mhuwiex konċepibbli minħabba li l-konnessjonijiet ikunu kompromessi u jbatu l-vjaġġaturi, li jwassal f’riperkussjonijiet diretti u indiretti pjuttost sinifikanti” (27). |
|
(52) |
Fit-30 ta’ April 2017, il-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku ġie mistoqsi f’intervista mal-media għaliex Alitalia ma setgħetx titħalla tfalli. Il-Ministru spjega li l-falliment ta’ Alitalia “jkun xokk għall-prodott domestiku gross, akbar mix-xenarju ta’ perjodu ta’ sitt xhur kopert mis-self mill-gvern sabiex jinstab xerrej … Ma nistgħux [inħalluha] tfalli mil-lum għall-għada minħabba li ma jifdlilniex konnessjonijiet minn naħa waħda tal-pajjiż għall-oħra. Ma jkunx hemm kumpaniji oħrajn li lesti joffru l-konnessjonijiet, għal perjodu dawn ma jibqgħux moqdijin” (28). |
|
(53) |
Fit-2 ta’ Mejju 2017, gazzetta finanzjarja Taljana rrapportat li l-Prim Ministru dak iż-żmien iddikjara li l-Gvern “intervjena mhux biss fuq talba espliċita tal-laqgħa tal-azzjonisti, iżda min-naħa tagħna huwa att ta’ responsabbiltà minn dawk li jridu jiżguraw ċerti servizzi fundamentali” (29). Fl-istess artiklu, il-Ministru għall-Koeżjoni Territorjali u għan-Nofsinhar iddikjara li “bid-deċiżjonijiet [tal-Kunsill tal-Ministri] dwar Alitalia, l-amministrazzjoni straordinarja u s-selfa tranżizzjonali ta’ sitt xhur, salvajna r-rotot kollha. Għalhekk, il-konnessjonijiet bl-ajru man-Nofsinhar huma garantiti”. |
|
(54) |
Skont artiklu fl-istampa Taljana fit-3 ta’ Mejju 2017, il-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku dak iż-żmien iddikjara li “l-istrateġija tal-gvern minn dejjem kienet li jimminimizza l-impatt fuq il-kontijiet pubbliċi” u li l-gvern “ipprova jevita” li jagħti s-selfa tranżizzjonali ta’ EUR 600 miljun, iżda kienet “neċessità u inevitabbli“minħabba li “ż-żamma tal-ajruplani l-art minn filgħodu sa filgħaxija tkun tiswa ħafna aktar lill-kontribwenti Taljani”. Skont dak l-artiklu, il-Ministru mbagħad fakkar li kien hemm “4,9 miljun prenotazzjoni ta’ biljetti mħallsin diġà ma’ Alitalia” u li l-waqfien ta’ kollox ikun jikkawża ħsara lill-“PDG [u lill-immaġni [tal-Italja], u mbagħad … jintilfu l-konnessjonijiet għall-pajjiż għal ċertu numru ta’ jiem jew ta’ ġimgħat, u dan huwa impossibbli”. Is-self inizjali, skont il-Ministru, “għalhekk iservi sabiex tiġi evitata sitwazzjoni agħar minn perspettiva ekonomika” (30). |
|
(55) |
F’intervista ppubblikata fil-15 ta’ Ottubru 2017, il-Ministru tal-Infrastrutturi u tat-Trasport ta’ dak iż-żmien iddikjara li s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun kien qed jagħti lill-kummissarji straordinarji “serħan il-moħħ. “ma rridux inbigħu lil Alitalia bil-loqom, iżda nbigħuha. Naraw x’ġara lil Air Berlin, li nxtrat minn Lufthansa: naqqsu l-ajruplani u l-persunal bin-nofs. Iżda meta titkisser attività ċentrali, kulħadd jitlef”. Din hija r-raġuni għaliex għal Alitalia qegħdin pjuttost inħarsu lejn il-mudell ta’ Meridiana: is-sejba ta’ sieħeb xieraq li jista’ jtejjibha”. Meta ġie mistoqsi jekk kienx ikun f’idejn il-gvern li jmiss li jittratta l-kwistjoni ta’ Alitalia, il-Ministru wieġeb “Mhux bilfors. Il-kumpanija hemm qiegħda u hemm se tibqa’. Għada jagħlqu l-offerti, issa naraw x’se jgħidulna l-kummissarji. Bejn issa u l-Milied se jkollna ċarezza dwar il-futur ta’ Alitalia. Iżda dan il-gvern ma jridx jieħu deċiżjonijiet ta’ malajr” (31) |
|
(56) |
Fuq l-istess nota, wara ċ-ċaħda mill-gvern tal-offerta ta’ Lufthansa (ara n-nota f’qiegħ il-paġna fil-premessa 61), il-Ministru tal-Infrastrutturi u tat-Trasport ta’ dak iż-żmien iddikjara, f’intervista ppubblikata fl-24 ta’ Novembru 2017, li l-offerta ta’ Lufthansa “ma kinitx xierqa għal pajjiż kbir bħall-Italja u għal kumpanija bħal Alitalia b’eluf ta’ ħaddiema u wħud mill-aktar konnessjonijiet importanti fil-pajjiż. Se nistennew sakemm jiġi ppreżentat lilna pjan ta’ żvilupp industrijali kif imiss, u mhux wieħed li sempliċiment jimponi tbatija fuq il-ħaddiema. Għandna sa tmiem il-mandat tal-gvern; qed nippruvaw niksbu l-aħjar kundizzjonijiet. Infakkar li l-kriżi ta’ Alitalia hija dovuta għal żbalji maniġerjali, mhux għas-suq, li fil-fatt qiegħed jespandi malajr” (32) |
2.6. Il-proċess tal-bejgħ ta’ Alitalia u l-estensjonijiet tiegħu
|
(57) |
L-Artikolu 1 tal-Ordni Amministrattiv 55/2017, li ta s-self inizjali, stabbilixxa li, sabiex jitfassal il-programm tal-EA, il-kummissarji straordinarji kellhom jippubblikaw, sas-17 ta’ Mejju 2017, sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għax-xiri jew għar-ristrutturar tal-kumpless kummerċjali ta’ Alitalia. Il-proċess wara dik is-sejħa għal interess, li għandu jitwettaq fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-ewwel finanzjament, kien li jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-prinċipji tat-trasparenza, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni. |
|
(58) |
Fis-17 ta’ Mejju 2017, f’konformità mal-Artikolu 1 tal-Ordni Amministrattiv 55/2017, il-kummissarji straordinarji nedew sejħa għal espressjoni ta’ interess bl-għan li jiġi deċiż jekk Alitalia setgħetx tiġi rristrutturata jew jekk l-assi tagħha kellhomx jinbiegħu, jew bħala unitajiet operatorji jew bħala oġġetti u kuntratti operatorji. |
|
(59) |
Il-perjodu li fih kellhom isiru l-espressjonijiet ta’ interess intemm fil-21 ta’ Lulju 2017. Fl-1 ta’ Awwissu 2017, il-kummissarji straordinarji, kif awtorizzati mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku, organizzaw proċess ta’ sejħa għall-offerti sabiex ibigħu l-assi tal-kumpaniji taħt amministrazzjoni straordinarja (Alitalia u Cityliner) bħala unitajiet operatorji bi skadenza fis-16 ta’ Ottubru 2017 għall-preżentazzjoni tal-offerti, u bi skadenza tal-5 ta’ Novembru 2017 għall-finalizzazzjoni tal-proċess tal-bejgħ. |
|
(60) |
Għas-sejħa għall-offerti, il-maġġoranza tal-assi tal-kumpaniji taħt amministrazzjoni straordinarja (Alitalia u Cityliner) inqasmu f’unitajiet operatorji separati, li jikkonsistu speċifikament f’dawn: (a) l-attivitajiet tan-negozju fis-sħuħija tagħhom (“Lott Sħiħ” jew “Lott Uniku”); jew inkella (b) l-attivitajiet tal-avjazzjoni (“Lott tal-Avjazzjoni”); u (c) l-attivitajiet ta’ mmaniġġjar (“Lott ta’ Mmaniġġjar”). Il-Lott tal-Avjazzjoni kien jinkludi l-assi u r-relazzjonijiet legali marbutin mal-attivitajiet tat-trasport bl-ajru mwettqin mill-kumpaniji taħt amministrazzjoni straordinarja, inklużi l-flotta, is-slots, il-marka, l-inġenji tal-ajru tas-sussidjarji Irlandiżi u l-kuntratti ta’ lokazzjoni u ta’ manutenzjoni. Il-Lott ta’ Mmaniġġjar kien jinkludi l-assi u r-relazzjonijiet legali tal-kumpaniji taħt amministrazzjoni straordinarja marbutin mas-servizzi mwettqa fl-ajruporti għall-assistenza fuq l-art favur partijiet terzi. Il-Lott Sħiħ kien jinkludi l-assi u r-relazzjonijiet legali tal-Lott tal-Avjazzjoni u tal-Lott ta’ Mmaniġġjar. L-offerent kien liberu li jiddefinixxi l-perimetru tal-offerta ta’ xiri. |
|
(61) |
L-Ordni Amministrattiv 148/2017, li ta s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun, estenda l-iskadenza inizjali tal-5 ta’ Novembru 2017 għat-tlestija tal-proċess tal-bejgħ sat-30 ta’ April 2018. Imbagħad, wara li s-sejħa għall-offerti ma rnexxietx (33) fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-kummissarji straordinarji fetħu proċedura nnegozjata ġdida (34) għall-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia. |
|
(62) |
Il-proċedura nnegozjata kellha skadenza oriġinali fl-10 ta’ April 2018, li sussegwentement ġiet estiża għall-31 ta’ Ottubru 2018. Fi tmiem il-proċedura nnegozjata fis-31 ta’ Ottubru 2018, waslu erba’ proposti (35). Hija biss l-offerta tal-kumpanija ferrovjarja Taljana Ferrovie dello Stato (“FS”), li kienet appoġġata minn bond tal-offerta ta’ EUR 17,5 miljun, li tqies validu mill-kummissarji straordinarji. Peress li l-offerta ta’ FS kienet kundizzjonali, FS ingħatat skadenza ġdida sabiex tissottometti l-offerta vinkolanti tagħha. L-iskadenza sabiex tiġi sottomessa l-offerta vinkolanti ġiet posposta diversi drabi, l-aktar reċenti fil-21 ta’ Novembru 2019. |
|
(63) |
FS naqset milli tissottometti offerta vinkolanti finali sa dik id-data. Minħabba dak in-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ offerta, il-Kummissjoni tifhem li l-proċess tal-bejgħ tqies li falla (36). |
2.7. Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ
|
(64) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ż-żewġ selfiet mill-Istat kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(65) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li ż-żewġ selfiet mill-Istat taw vantaġġ ekonomiku lil Alitalia għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-affermazzjoni li, meta tat lil Alitalia ż-żewġ selfiet mill-Istat, l-Italja kienet aġixxiet bħala operatur f’ekonomija tas-suq ma kinitx issostanzjata b’evidenza. |
|
(66) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, il-Kummissjoni qieset li Alitalia kienet impriża f’diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u waslet għall-konklużjoni provviżorja li kien hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà taż-żewġ selfiet mill-Istat mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(67) |
B’mod partikolari, l-Italja kienet argumentat li ż-żewġ selfiet mill-Istat kienu meħtieġa sabiex jiġu evitati ħruġ f’daqqa mis-suq, u l-konsegwenzi negattivi assoċjati, ta’ kumpanija li għandha rwol sistemiku importanti fir-rigward tas-settur kollu tat-trasport bl-ajru tal-Italja. Il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni sabiex tintlaħaq il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni għal objettiv ta’ interess komuni. |
|
(68) |
Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk kienx ġie ssodisfat il-kriterju ta’ adegwatezza taż-żewġ selfiet mill-Istat, peress li ż-żewġ selfiet mill-Istat ma ġewx irrimborżati fi żmien sitt xhur wara l-ewwel żborż tagħhom lil Alitalia. Barra minn hekk, ma kienx ċar meta sseħħ il-likwidazzjoni u jekk din kinitx se tiġi ffinalizzata fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli kif meħtieġ mil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Għalhekk, l-għajnuna dehret li ppermettiet li jissoktaw l-operazzjonijiet ta’ Alitalia bejn Mejju 2017 u tal-inqas Ottubru 2019, hekk kif żammet negozju li, altrimenti, ma jkunx vijabbli fis-suq għal perjodu ferm itwal minn perjodu temporanju ta’ sitt xhur. |
|
(69) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk kienx ġie ssodisfat il-kriterju ta’ proporzjonalità taż-żewġ selfiet mill-Istat. Il-pjan ta’ likwidità pprovdut mill-Italja kien jinkludi riżervi ta’ likwidità sostanzjali (EUR 796 miljun fi tmiem l-ewwel trimestru tal-2018, li gradwalment naqsu għal EUR 546 miljun fi tmiem l-2018). Madankollu, l-Italja ma spjegatx għaliex dik il-likwidità eċċessiva kienet strettament neċessarja sabiex Alitalia tibqa’ topera għal sitt xhur. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-ammont tal-għajnuna kienx limitat għall-minimu neċessarju. |
|
(70) |
Fl-aħħar nett, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Italja, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li Alitalia ma kienet ibbenefikat mill-ebda għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ għar-ristrutturar temporanju fl-aħħar 10 snin qabel l-għoti taż-żewġ selfiet mill-Istat u li l-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba”, stabbilit fil-punti 70 u 71 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, kien ġie rrispettat. Il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda kontinwità ekonomika bejn CAI u Alitalia Linee Aeree SpA, li partijiet mill-assi tagħha ġew akkwistati minn CAI u ntużaw sabiex tinħoloq l-Alitalia preżenti (37). Fil-passat, Alitalia Linee Aeree SpA kienet irċiviet self ta’ EUR 300 miljun, li l-Kummissjoni kkonkludiet li kien għajnuna (38) skont il-verżjoni preċedenti tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (39). Li kieku kien hemm kontinwità, Alitalia ma kinitx tkun eliġibbli għall-għajnuna skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(71) |
Tliet partijiet interessati (jiġifieri Ryanair, il-parti anonima kkonċernata, Aegean) issottomettew il-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE. |
3.1. Ryanair
|
(72) |
Dwar l-eżistenza ta’ għajnuna, Ryanair targumenta li l-Prinċipju tal-Operatur f’Ekonomija tas-Suq mhuwiex applikabbli la (i) għas-self inizjali, peress li l-Italja tatha bħala awtorità pubblika li ssegwi l-objettivi ta’ interess ġenerali relatati mal-utenti tas-servizz tat-trasport ta’ Alitalia u mal-ħaddiema tagħha u mal-kontinwità territorjali tar-Repubblika Taljana; u lanqas (ii) għall-finanzjament addizzjonali ta’ EUR 300 miljun, li ma jistax jiġi ġġustifikat bix-xieraq mill-iskopertura preċedenti tal-Istat għal Alitalia. |
|
(73) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, Ryanair targumenta li l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà ma humiex issodisfati. Fir-rigward tal-kriterju ta’ interess komuni, li kieku l-flotta ta’ Alitalia nżammet l-art, il-linji tal-ajru kompetituri bi prezzijiet baxxi kienu jkunu jistgħu jissostitwixxu kwalunkwe servizz mitluf — inklużi l-OSP —, kif muri mir-rivitalizzazzjoni tat-traffiku tal-ajru fl-ajruporti ta’ Budapest u ta’ Barċellona wara l-kollass ta’ Malév u ta’ Spanair rispettivament. Minflok ma tgħin fl-effiċjenza tas-suq Taljan tat-trasport bl-ajru, l-għajnuna fil-fatt tfixklu u tagħmel ħsara lill-interess komuni. L-għajnuna tintuża għal kompetizzjoni inġusta fuq rotot profittabbli, anki fir-rigward ta’ servizzi u ta’ inizjattivi ġodda (jiġifieri l-lounge l-ġdida “Casa Italia” fl-ajruport ta’ Ruma (40)) miftuħa minn Alitalia. Fir-rigward tar-ritorn għall-kundizzjoni ta’ vijabbiltà fit-tul, Ryanair tinnota li, fin-nuqqas ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, iż-żewġ selfiet mill-Istat joħolqu riżerva ta’ flus mhux ġustifikata għal Alitalia. Ryanair tissottometti wkoll li minbarra li l-assi ta’ Alitalia ma humiex biżżejjed sabiex jirrimborżaw is-self, hija għadha tagħmel it-telf, u titlef EUR 1,75 miljun kuljum b’EBIDTA negattiv ta’ EUR 0,7 miljun kuljum. |
3.2. Il-parti interessata anonima
|
(74) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, il-parti interessata anonima targumenta li, għall-kuntrarju tar-rekwiżit li l-għajnuna għas-salvataġġ jenħtieġ li tkun ta’ natura urġenti u temporanja, peress li għandha l-għan li twieġeb għal kriżi akuta fil-likwidità, l-għajnuna tiffavorixxi lil Alitalia fuq linji tal-ajru oħrajn. Dan minħabba li l-għajnuna ttejjeb b’mod artifiċjali s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia, peress li l-problemi ta’ Alitalia ma humiex kwistjonijiet ġodda iżda pjuttost dejjiema, li ilhom jiżdiedu b’mod drammatiku u kontinwu matul l-aħħar snin. |
|
(75) |
Il-parti interessata anonima targumenta wkoll li mezzi oħrajn, li joħolqu anqas distorsjoni għas-suq, kienu jkunu disponibbli għal Alitalia sabiex tiżgura operazzjonijiet kontinwi matul l-amministrazzjoni straordinarja ta’ Alitalia. |
3.3. Aegean
|
(76) |
Aegean tindika li fuq il-bażi tal-għarfien tagħha dwar is-suq, it-termini tas-self inizjali u tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament li x’aktarx kienu disponibbli fis-suq għal linja tal-ajru f’diffikultà bħal Alitalia. Aegean tinnota wkoll li l-objettiv iddikjarat tas-self inizjali u tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun kien li jiġi żgurat li l-kumpanija tibqa’ negozju avvjat. Fid-dawl ta’ dan, huwa ċar li fl-ilħuq ta’ dak l-objettiv, l-Italja ma setgħetx tkun iggwidata minn prinċipji ekonomiċi iżda minn kunsiderazzjonijiet pjuttost politiċi bħaż-żamma tal-impjiegi u l-evitar tal-inkwiet soċjali. |
|
(77) |
B’referenza għall-kompatibbiltà tal-għajnuna, Aegean targumenta b’mod partikolari li:
|
4. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ITALJA
4.1. Kummenti mill-Italja
4.1.1. Kunsiderazzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi
|
(78) |
Skont l-Italja, is-self inizjali kien maħsub sabiex jindirizza l-ħtiġijiet urġenti ta’ ġestjoni ta’ Alitalia u ta’ kumpaniji oħrajn tal-grupp imqegħdin taħt amministrazzjoni straordinarja, jiġifieri Cityliner (ara l-premessa 41). Dawk il-ħtiġijiet kienu jinkludu l-iżgurar li Alitalia setgħet tkompli tipparteċipa fis-sistemi regolatorji internazzjonali li jirregolaw il-linji tal-ajru, bħall-IATA, sakemm tittieħed id-deċiżjoni għar-ristrutturar ta’ Alitalia jew għall-bejgħ tal-assi tagħha (ara l-premessa 17). |
|
(79) |
L-awtoritajiet Taljani żiedu wkoll li s-self inizjali ġie pprovdut minħabba l-ħtieġa li tiġi evitata l-interruzzjoni tas-servizz, filwaqt li titqies it-tbatija soċjali u l-inkonvenjent serju għall-utenti li tali interruzzjoni tkun tinvolvi, bi ksur, fost l-oħrajn, tad-dritt għall-kontinwità territorjali fi ħdan ir-Repubblika tal-Italja ggarantit mill-Kostituzzjoni Taljana. |
|
(80) |
L-Italja ġġustifikat l-affermazzjoni tagħha li l-ħruġ ta’ Alitalia jkun iwassal għal tfixkil serju fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru u fis-soċjetà billi pprovdiet id-data li ġejja: fl-1 ta’ Mejju 2017, in-numru totali ta’ passiġġieri li kienu pprenotaw għall-perjodu minn Mejju 2017 sa Marzu 2018 kien jammonta għal EUR 4 935 210 (jew b’biljett maħruġ diġà jew b’biljett li kien għadu jrid jinħareġ), li minnhom madwar EUR 1,3 miljun f’Mejju u aktar minn nofs miljun matul l-ewwel 15-il jum tax-xahar. Il-valur totali tal-biljetti maħruġin għall-perjodu minn Mejju 2017 sa Marzu 2018 kien ta’ EUR 429 miljun (li minnhom EUR 125 miljun kienu relatati max-xahar ta’ Mejju 2017 biss), filwaqt li l-kostijiet ta’ kumpens li kellhom jitħallsu lill-passiġġieri rreġistrati fl-ewwel 15-il jum ta’ Mejju 2017 skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) kienu jkunu ta’ madwar EUR 268,5 miljun. |
|
(81) |
L-awtoritajiet Taljani spjegaw li ladarba Alitalia daħlet taħt l-amministrazzjoni straordinarja, il-finanzjament ingħata sakemm jitħejja u jiġi implimentat programm tal-EA. |
|
(82) |
L-awtoritajiet Taljani affermaw li mingħajr iż-żewġ selfiet mill-Istat kien ikun diffiċli li jitwettaq il-proċess tas-sejħa għall-offerti għall-iżvestiment ta’ Alitalia f’konformità mal-ogħla standards ta’ trasparenza, ta’ nonkondizzjonalità u ta’ kompetittività. Dan kien jikkostitwixxi l-prekundizzjoni għall-kisba tal-aħjar valur possibbli mill-assi li kellhom jinbiegħu, jiġifieri l-iżvestiment tan-negozji ta’ Alitalia fl-aħjar kundizzjonijiet tas-suq li jistgħu jinkisbu permezz ta’ proċedura kompetittiva. Fil-kummenti supplimentari tagħha sottomessi fil-25 ta’ Settembru 2018, l-Italja enfasizzat li l-loġika ekonomika taż-żewġ selfiet mill-Istat kienet li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ Alitalia billi tiġi ffaċilitata t-tlestija b’suċċess, f’perjodu ta’ żmien iddeterminat minn qabel, tal-proċedura ta’ offerti kompetittiva għall-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia. Dik kellha l-għan, essenzjalment, li tippreserva l-valur massimu ta’ dawk l-assi sakemm jitlesta t-tali bejgħ. |
4.1.2. Fir-rigward tal-valutazzjoni taż-żewġ selfiet mill-Istat qabel l-għoti
|
(83) |
L-Italja ma ssottomettiet l-ebda evidenza li kienet wettqet valutazzjoni ex ante tal-profittabilità taż-żewġ selfiet mill-Istat qabel ma tathom. Meta l-Kummissjoni talbitha tipprovdi kwalunkwe evidenza bħal din, l-Italja sempliċiment iddikjarat li l-kombinazzjoni tar-rata tal-imgħax li kienet tapplika għaż-żewġ selfiet mill-Istat flimkien mar-rekwiżiti vinkolanti stretti dwar ir-ripagament tagħhom tiżgura riżultat pożittiv għas-sellief. Għalhekk, skont l-Italja, il-bilanċ tal-intervent finanzjarju ċertament ikun pożittiv għall-mutwanti, peress li r-riskju meħud minn dan tal-aħħar ikun limitat u, fi kwalunkwe każ, remunerat skont it-termini tas-suq. |
4.1.2.1.
|
(84) |
L-awtoritajiet Taljani affermaw li s-self inizjali kien allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq u, għalhekk, kien jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, peress li ma kienx jikkostitwixxi għajnuna. |
|
(85) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, is-self inizjali huwa allinjat mal-imġiba tas-suq minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi marbutin miegħu, jiġifieri: (i) rata EURIBOR ta’ sitt xhur, flimkien ma’ 1 000 punt bażi f’konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta’ Referenza (42); (ii) il-ħlas lura obbligatorju fi żmien sitt xhur mill-ħlas, b’(iii) ripagament ta’ prijorità fuq kwalunkwe dejn ieħor taħt l-amministrazzjoni straordinarja ta’ Alitalia. Il-kost tal-imgħax impost allegatament ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet u tal-parametri tas-suq, filwaqt li tqiesu bis-sħiħ iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ Alitalia. Peress li ġew applikati l-kundizzjonijiet tas-suq, is-self ma ta l-ebda vantaġġ iffinanzjat mill-Istat lil Alitalia u, għalhekk, ma jistax jikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna. |
|
(86) |
L-awtoritajiet Taljani argumentaw li r-riskju meħud mill-Istat bħala sellief — remunerat bil-kundizzjonijiet tas-suq — prattikament ma jeżistix fid-dawl tal-benefiċċju rikonoxxut tar-ripagament prijoritarju fuq kwalunkwe dejn ieħor taħt l-amministrazzjoni straordinarja ta’ Alitalia. L-awtoritajiet Taljani jaffermaw li kien raġonevoli li wieħed jassumi li, fi kwalunkwe każ, l-assi ta’ Alitalia jistgħu jkopru d-djun li jirriżultaw mis-self inizjali, ikun xi jkun l-eżitu tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. |
|
(87) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, il-kombinazzjoni tal-livell tal-imgħax mitlub u t-termini stretti ta’ ripagament tfisser li l-eżitu għas-sellief, jiġifieri l-bilanċ finali tal-intervent finanzjarju, ċertament se jkun pożittiv. Għalhekk, is-self kien kompletament konformi mal-prinċipju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq u ma kien hemm l-ebda obbligu proċedurali li l-Kummissjoni tingħata notifika minn qabel skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE. |
|
(88) |
L-awtoritajiet Taljani argumentaw ukoll li l-azzjonisti privati, inkluż, b’mod partikolari, Etihad, kienu wkoll lesti li jipprovdu finanzjament lil Alitalia fil-qafas tal-Pjan ta’ Bidla. B’mod aktar speċifiku, fit-22 ta’ Diċembru 2016, (i) Alitalia laħqet ftehim mal-kredituri finanzjarji tagħha stess għal moratorju, (ii) l-azzjonisti ta’ Alitalia ddiskutew il-ħruġ ta’ strumenti azzjonarji parteċipi li jiswew USD 231 miljun; (iii) [wieħed mill-azzjonisti ta’ Alitalia daħal fi ftehimiet dwar l-impenji ekonomiċi fir-relazzjoni bejn l-azzjonisti ta’ Alitalia]. Fis-27 ta’ Diċembru 2016, Etihad tat ukoll self subordinat mill-azzjonisti ta’ EUR 100 miljun lil Alitalia. F’nota datata l-25 ta’ Marzu 2019, l-awtoritajiet Taljani affermaw ukoll li ż-żewġ selfiet mill-Istat huma allinjati mal-ammont tal-finanzjament il-ġdid previst fil-Pjan ta’ Bidla ta’ Alitalia. |
4.1.2.2.
|
(89) |
L-awtoritajiet Taljani jiddikjaraw li l-argumenti tagħhom fir-rigward tas-self inizjali japplikaw bl-istess mod għall-finanzjament addizzjonali ta’ EUR 300 miljun, li ġie pprovdut taħt l-istess termini u kundizzjonijiet bħas-self inizjali, filwaqt li titqies bis-sħiħ is-sitwazzjoni speċifika ta’ Alitalia. |
|
(90) |
L-awtoritajiet Taljani jargumentaw ukoll li s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun u l-estensjonijiet tar-ripagament tal-finanzjament ta’ EUR 600 miljun f’Ottubru 2017 kienu neċessarji sabiex tiġi organizzata s-sejħa għall-offerti u jiġi żgurat il-bejgħ ta’ Alitalia bl-aħjar kundizzjonijiet tas-suq li jistgħu jinkisbu. Il-falliment ta’ tali sejħa għall-offerti kien ikollu effetti punittivi fuq il-prospetti tan-negozju tal-kumpanija u kien jikkawża dannu serju lill-partijiet ikkonċernati kollha. Għalhekk, iż-żewġ selfiet mill-Istat kienu relatati mill-qrib mal-għan li tinkiseb il-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija. |
4.1.3. Dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ
|
(91) |
Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Italja tiddikjara li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni (43) tal-valur tal-assi ta’ Alitalia saret qabel id-dħul tal-kumpanija taħt amministrazzjoni straordinarja, u għalhekk ma kinitx aġġornata fiż-żmien tar-rispons tal-Italja (il-25 ta’ Mejju 2018). L-Italja targumenta, f’dak ir-rigward, li l-bidliet implimentati mill-maniġment il-ġdid ta’ Alitalia wasslu għal azzjonijiet sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dħul, sabiex jiġu limitati l-kostijiet u sabiex tiżdied l-effiċjenza. F’dak ir-rigward, l-Italja l-ewwel issostni li l-kummissarji straordinarji indirizzaw il-problemi finanzjarji u maniġerjali ta’ Alitalia, billi ssimplifikaw l-operazzjonijiet u nnegozjaw il-kuntratti mill-ġdid, eż. kisbu tnaqqis notevoli fil-kostijiet tal-lokazzjoni (kostijiet tal-lokazzjoni stmati ta’ EUR [210-250] miljun fl-2018 meta mqabblin ma’ EUR [260-340] miljun fl-2017). L-Italja tenfasizza li, meta wieħed iqis dak l-iffrankar u l-fatt li l-proċedura ta’ bejgħ kienet avvjata, l-assi ta’ Alitalia kienu sottovalutati. |
|
(92) |
Barra minn hekk, bħala parti mis-setgħat speċjali mogħtijin lilhom bil-liġi, il-kummissarji straordinarji ngħataw is-setgħa, pereżempju, li jieħdu passi sabiex jirkupraw il-flus dovuti lil Alitalia u jinnegozjaw is-saldu tal-pretensjonijiet ma’ partijiet oħrajn. Għalhekk, il-valur tal-assi ta’ Alitalia jkollu jiġi rrivedut fid-dawl tad-dħul miksub u tat-tnaqqis fil-kostijiet magħmulin mill-kummissarji straordinarji. L-Italja tafferma wkoll li l-valwazzjoni fil-komunikazzjoni mhux vinkolanti sottomessa minn Lufthansa ma setgħetx tirrifletti l-valur tal-assi ta’ Alitalia peress li l-offerta kienet għal parti biss mill-assi offruti u tista’ tirrifletti ċerti interessi soġġettivi mill-parti offerenti. Għaldaqstant, il-valwazzjoni għal parti mill-assi ma setgħetx tintuża bħala indikatur għad-determinazzjoni tal-valur tal-assi kollha. |
|
(93) |
L-Italja tikkontesta l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li ftit li xejn kien hemm evidenza li turi li l-Italja kellha x’titlef l-aktar fix-xenarju kontrofattwali li fih ma jiġux ipprovduti ż-żewġ selfiet mill-Istat. L-Italja targumenta li, peress li Alitalia tinsab fi proċedura ta’ insolvenza ġestita minn kummissarji straordinarji maħturin mill-gvern, dawk il-kummissarji qegħdin jaġixxu bi skop pubbliku. L-Italja targumenta li, għalkemm Alitalia ma hijiex proprjetà tal-Istat iżda l-kummissarji straordinarji qegħdin jaġixxu bi skop pubbliku, l-Italja tista’, għaldaqstant, tqis it-telf li kien iġarrab l-Istat li kieku Alitalia ma baqgħetx topera u ġiet illikwidata meta ddeċieda jekk jintervjenix bħala sellief tas-suq. |
|
(94) |
L-Italja lanqas ma taqbel mal-osservazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 64 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li, peress li l-Istat kien biss azzjonist minoritarju indirett, ma setax jibbenefika minn prezz tal-bejgħ aħjar bl-istess mod bħall-azzjonisti li kellhom maġġoranza. L-Italja tikkontesta li, peress li r-rikavat mill-bejgħ tal-assi huwa ddestinat għall-kredituri, l-interess ta’ numru usa’ ta’ partijiet ikkonċernati, bħal kredituri, klijenti, ħaddiema u fornituri, jeħtieġ li jitqies meta jiġi vvalutat jekk iż-żewġ selfiet mill-Istat sarux skont il-kundizzjonijiet tas-suq. |
4.1.4. Fir-rigward tax-xenarju kontrofattwali għall-għoti tal-għajnuna
|
(95) |
Fil-kummenti supplimentari tagħha sottomessi fil-25 ta’ Settembru 2018, l-Italja stabbiliet, f’aktar dettall, il-konsegwenzi fix-xenarju kontrofattwali tal-likwidazzjoni ta’ Alitalia fil-31 ta’ Diċembru 2017 u ddikjarat dan li ġej:
|
|
(96) |
L-Italja affermat li r-raġunament tagħha kien kompletament konformi mal-punt 107 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (44), fejn huwa ddikjarat li “fil-każ ta’ intervent ta’ debitu jew ekwità i f’impriża pubblika f’diffikultà, ir-redditu mistenni fuq investiment bħal dan għandu jitqabbel mar-redditu mistenni fix-xenarju kontrafattwali tal-likwidazzjoni tal-kumpanija. Fil-każ li l-likwidazzjoni tipprovdi aktar qligħ jew anqas telf, operatur f’ekonomija tas-suq prudenti kieku jagħżel din l-opzjoni”. |
|
(97) |
L-Italja affermat li, li kieku Alitalia għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-impjegati ta’ Alitalia kienu jkunu eliġibbli jitolbu l-benefiċċji mill-fond ġenerali tal-qgħad (“NASpI”) u mill-fond speċifiku ta’ solidarjetà għall-impjegati tat-trasport bl-ajru (“FSTA”). L-Italja tafferma li l-kost stmat tal-pagamenti tal-qgħad li l-Istat kien ikun responsabbli jħallas lill-persunal tal-kumpanija f’każ ta’ għeluq/stralċ kien ikun jammonta għal EUR [350-800] miljun, inkluż l-FSTA, għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2018 u għal EUR [500-900] miljun fil-każ tal-estensjoni tal-FSTA sal-31 ta’ Diċembru 2019. L-Italja affermat li l-kostijiet tal-qgħad kienu jkunu simili li kieku Alitalia ngħalqet fl-1 ta’ Mejju 2017, jum qabel ma l-kumpanija ġiet ammessa għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. |
|
(98) |
L-Italja semmiet ukoll li l-fornituri ta’ Alitalia jkunu affettwati b’mod negattiv mil-likwidazzjoni ta’ Alitalia. Huma jipprovdu servizzi, bħall-immaniġġjar, iċ-ċentri tas-servizzi/tal-assistenza għall-klijenti, it-tindif, l-akkomodazzjoni f’lukandi, il-loġistika u l-catering, b’valur annwali medju totali ta’ EUR [100-300] miljun. |
|
(99) |
Barra minn hekk, l-Italja targumenta li, peress li Alitalia tinsab taħt amministrazzjoni straordinarja, u b’hekk hija ġestita minn awtorità pubblika, li l-mandat tagħha huwa li tirrestawra, tbigħ jew tillikwida l-assi u tqassam ir-rikavati lill-kredituri, il-kummissarji straordinarji kienu qegħdin jaġixxu fl-interess pubbliku; l-eżekuzzjoni tal-mandat tagħhom tippermettilhom jipproteġu biss id-drittijiet tal-kredituri u mhux dawk tal-azzjonisti. |
|
(100) |
Barra minn hekk, l-Italja tirrikonoxxi l-konstatazzjoni tal-Qorti fis-sentenza Land Burgenland. Fil-punt 52 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti ddikjarat li “għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwistjoni ta’ jekk l-istess miżura tkunx ġiet adottata fil-kundizzjonijiet normali tas-suq minn bejjiegħ privat li jinsab f’sitwazzjoni li hija l-eqreb possibbli għal dik tal-Istat, huma biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mas-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar bħala azzjonist, bl-esklużjoni ta’ dawk marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni” (45). |
|
(101) |
Madankollu, l-Italja ssostni li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma jistgħux jiġu applikati b’mod li jipprekludi lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri li huma anqas għaljin mill-alternattivi possibbli, sempliċiment minħabba li tali miżuri jistgħu jkunu inseparabbli mill-eżerċizzju mill-Istat tal-prerogattiva pubblika tiegħu. Dak l-approċċ jispiċċa jkun ekonomikament irrazzjonali. |
4.1.5. Rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(102) |
Qabel id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Taljani argumentaw li, li kieku ż-żewġ selfiet mill-Istat kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna għas-salvataġġ. Alitalia hija ditta f’diffikultà fid-dawl tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja li għaddejja (li tikkorrispondi għal proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar). Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li, peress li s-self inizjali ma tħallasx lura sitt xhur wara li ngħata, is-self inizjali ma jistax jitqies kompatibbli bħala għajnuna għas-salvataġġ, iżda jista’ jitqies biss bħala għajnuna għar-ristrutturar. Madankollu, l-Italja ma ssottomettiet l-ebda argument sabiex tafferma li ż-żewġ selfiet mill-Istat ikunu għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli. |
|
(103) |
Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Italja affermat li ż-żewġ selfiet mill-Istat kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna għas-salvataġġ. Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-kriterju ta’ adegwatezza (il-punt 55 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar), l-Italja argumentat li n-nuqqas ta’ ħlas lura tas-self inizjali fi żmien sitt xhur ma jmurx kontra l-kundizzjoni ta’ adegwatezza tal-għajnuna għas-salvataġġ peress li dawk il-linji gwida jeżentaw l-għajnuna milli titħallas lura fi ħdan dak il-perjodu ta’ żmien jekk ikun hemm pjan ta’ likwidazzjoni jew pjan ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, l-Italja argumentat li s-self inizjali u s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun iridu jiġu ttrattati bħala intervent wieħed, li jfisser li l-perjodu ta’ sitt xhur jibda jiddekorri biss mill-iżborż tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun. |
|
(104) |
It-tieni, fir-rigward tal-proporzjonalità (il-punt 60 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar), l-Italja argumentat li ż-żewġ selfiet mill-Istat kienu proporzjonali, peress li kellhom l-għan li jkopru l-ħtiġijiet finanzjarji ta’ Alitalia sal-għeluq tal-proċedura tal-bejgħ u li l-ammont meħtieġ kien jirrifletti l-approċċ kawt tal-kummissarji straordinarji sabiex jiġi żgurat li l-assi ta’ Alitalia jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti u ma jxekklux il-kundizzjonijiet għar-ripagament taż-żewġ selfiet mill-Istat. L-Italja pprovdiet ukoll pjan ta’ likwidità aġġornat skont it-tifsira tal-punt 60 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, li fil-fehma tagħha, kien jirrifletti l-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ Alitalia, filwaqt li tqiesu diversi fatturi, inklużi l-fluss tal-flus ta’ Alitalia mill-operazzjonijiet, l-investimenti netti totali tagħha, il-karatteristiċi tan-negozju tagħha u r-riskji li jirriżultaw miċ-ċaqliq ekonomiku speċifiku għal Alitalia. |
|
(105) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kriterju dwar l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (skont it-Taqsima 3.6 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar), l-Italja argumentat li minn meta tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja, Alitalia rreġistrat tnaqqis fin-numru ta’ passiġġieri u ta’ titjiriet, waqqfet l-operazzjonijiet fuq ċerti rotot fuq distanzi twal li kienu jagħmlu t-telf, żiedet il-fattur ta’ tagħbija tal-passiġġieri tal-flotta u kisbet iffrankar sinifikanti fil-kostijiet lavorattivi. L-Italja tagħmel referenza wkoll għall-fatt li, li kieku Alitalia twaqqaf l-operazzjonijiet f’daqqa waħda, dan ikun jirriżulta f’konsegwenzi negattivi minħabba r-rwol essenzjali li għandha Alitalia fis-settur tat-trasport bl-ajru fl-Italja. Iż-żewġ selfiet mill-Istat kienu limitati għall-minimu sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet u ma jippermettux l-espansjoni ta’ Alitalia lil hinn minn kif permess mil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
4.2. Rapporti u studji pprovduti mill-Italja dwar Alitalia
|
(106) |
Għalkemm l-Italja ma ppreżentat l-ebda valutazzjoni ekonomika ex ante taż-żewġ selfiet mill-Istat imħejjija minnha qabel ma ngħataw, l-Italja pprovdiet diversi dokumenti mħejjijin minn esperti u minn entitajiet oħrajn dwar is-sitwazzjoni ekonomika u l-operat tan-negozju ta’ Alitalia. Din it-taqsima tiddeskrivi d-dokumenti ewlenin ipprovduti mill-Italja rigward Alitalia. Xi wħud mid-dokumenti tħejjew qabel ma Alitalia daħlet taħt amministrazzjoni straordinarja, u għalhekk qabel ma ngħataw (ex ante) iż-żewġ selfiet mill-Istat, filwaqt li oħrajn saru wara (ex post). |
4.2.1. Studji/dokumenti ex ante
4.2.1.1.
|
(107) |
Il-Pjan ta’ Bidla tħejja f’Diċembru 2016, f’konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 67 tal-Liġi Taljana dwar il-Falliment, meta kien ċar għal Etihad li Alitalia kienet waslet sabiex tfalli. Il-Pjan ta’ Bidla kien jinkludi pjan finanzjarju u industrijali li jkopri perjodu mill-2017 sal-2021 kif meħtieġ mil-Liġi Taljana dwar il-Falliment. Kellu l-għan li sal-2021 jerġa’ jistabbilixxi l-vijabbiltà ta’ Alitalia bħala riżultat ta’: (i) tfassil mill-ġdid tan-network u żieda fid-dħul b’madwar EUR 900 miljun fis-sena (46) (b’mod partikolari permezz ta’ titjib tal-fattur ta’ tagħbija, l-iżvilupp tad-dħul mit-traffiku fuq distanzi twal u tad-dħul anċillari); u (ii) tnaqqis tal-kostijiet ta’ Alitalia b’madwar EUR 400 miljun fis-sena (miżuri ta’ kosteffiċjenza u tnaqqis tan-numru ta’ membri tal-persunal ta’ Alitalia (47) b’[X XXX] u tas-salarji sa [20-40] %). Minbarra l-miżuri għat-tnaqqis tal-kostijiet, il-Pjan ta’ Bidla stima ħtieġa ta’ kontribuzzjoni ta’ ekwità ta’ madwar EUR 1,4 biljun, parzjalment minn oġġetti mhux flus bħal konverżjonijiet tad-dejn iżda wkoll parzjalment minn żieda ta’ kapital ġdid, sabiex Alitalia tiġi rristrutturata u jiġi implimentat pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ġdid. Skont il-Pjan ta’ bidla, li kieku ġie segwit dak il-perkors, Alitalia kienet tilħaq affidabbiltà kreditizja mill-2019 ’il quddiem. |
|
(108) |
Il-pjan ikkalkola li r-riżultat nett ta’ Alitalia kien jiżdied minn EUR — 458 miljun fl-2016 (ċifri ta’ qabel l-għeluq) għal EUR + 168 miljun fl-2021, filwaqt li l-EBITDA ta’ Alitalia kien jiżdied minn EUR — 176 miljun fl-2016 għal EUR + 441 miljun fl-2021. |
|
(109) |
L-implimentazzjoni tal-pjan kienet teħtieġ l-approvazzjoni tat-trade unions minħabba t-tnaqqis fil-kostijiet li kien jaffettwa l-forza tax-xogħol. Madankollu, il-Pjan ta’ Bidla ġie rrifjutat f’referendum mit-trade unions f’April 2017, li pprevjena l-implimentazzjoni ta’ tnaqqis sinifikanti fil-kostijiet lavorattivi. Kien ir-rifjut ta’ dak il-pjan li rriżulta fit-tqegħid ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja f’Mejju 2017. |
4.2.1.2.
|
(110) |
Fil-bidu tal-2017, qabel ir-referendum, il-Pjan ta’ Bidla ġie rrieżaminat minn żewġ esperti indipendenti tan-negozju, jiġifieri minn Roland Berger (fis-7 ta’ Frar 2017) u minn KPMG (fil-15 ta’ Marzu 2017) fuq il-bażi tan-negozjar storiku u ċ-ċifri mbassrin tal-2016. Dawn l-esperti ġew ikkummissjonati minn Alitalia speċifikament fuq il-bażi tal-ambitu miftiehem sabiex jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-azzjonisti u tal-maniġment ta’ Alitalia. Ronald Berger kienet responsabbli għar-rieżami tal-pjan industrijali inkluż fil-Pjan ta’ Bidla u KPMG għall-pjan finanzjarju. |
|
(111) |
It-tnejn iddeskrivew il-Pjan ta’ Bidla bħala “ambizzjuż […] fid-dawl tal-istorja riċenti ta’ Alitalia” u indikaw li kien kruċjali li l-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari t-trade unions, ikunu impenjati bis-sħiħ għal dak il-pjan. |
|
(112) |
Ir-rieżami ta’ KPMG jenfasizza l-finanzjament sinifikanti meħtieġ sabiex jiġi sostnut il-pjan matul perjodu ta’ diversi snin, il-ħtieġa għal dipendenza sħiħa fuq ir-realizzazzjoni tas-suppożizzjonijiet dwar l-iffrankar tal-ispejjeż u l-ġenerazzjoni tad-dħul, u l-ħtieġa li l-partijiet ikkonċernati kollha (inklużi l-ħaddiema) ikunu impenjati favur il-pjan. Barra minn hekk, KPMG enfasizzat is-sensittività tal-pjan fir-rigward tas-suppożizzjoni finanzjarja relatata mal-evoluzzjoni tad-dħul/tal-fluss tal-flus permezz tal-bejgħ ta’ biljetti mħallsin minn qabel. |
4.2.1.3.
|
(113) |
Skont il-Liġi Taljana dwar il-Falliment, il-veraċità taċ-ċifri pprovduti minn Alitalia (affidabbiltà) u l-fattibbiltà tal-Pjan ta’ Bidla kellhom jiġu vverifikati u ċċertifikati minn espert indipendenti. L-iskop ta’ rieżami bħal dan huwa li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-pjan tnaqqas id-dejn ta’ Alitalia u ddawwar is-sitwazzjoni tal-finanzi tagħha bħala riżultat tal-miżuri finanzjarji proposti. Dik iċ-ċertifikazzjoni twettqet minn Dr Riccardo Ranalli, kontabilist kwalifikat (48). |
|
(114) |
Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni ta’ Dr Ranalli (“ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni”) jelenka l-kawżi tal-kriżi ta’ Alitalia msemmijin fil-Pjan ta’ Bidla (49):
|
|
(115) |
Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni (datat it-28 ta’ April 2017) u ittra ta’ konfort (il-15 ta’ Marzu 2017) iċċertifika l-Pjan ta’ Bidla b’mod pożittiv. |
4.2.1.4.
|
(116) |
F’Jannar 2017, Alitalia, l-azzjonist ewlieni tagħha Etihad Investment Holding Company LLC u l-kredituri finanzjarji ta’ Alitalia qablu dwar Ftehim ta’ Sospensjoni kondizzjonali. Skont dak il-ftehim, “sakemm jiġu ffinalizzati l-pjan industrijali aġġornat u ċ-ċertifikazzjoni rilevanti minn espert indipendenti f’konformità mal-punt (d) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 76 tal-Liġi Taljana dwar il-Falliment (…), il-Kumpanija [Alitalia] teħtieġ iż-żmien sabiex tidentifika, fost l-oħrajn, l-attivitajiet dettaljati li għandhom jitwettqu skont il-Pjan industrijali għat-titjib tal-kundizzjoni tal-ekwità, finanzjarja u kummerċjali tagħha u għall-implimentazzjoni tat-termini ewlenin tal-Pjan Finanzjarju”. Il-Ftehim ta’ Sospensjoni, fost l-oħrajn, kien jeħtieġ l-għoti ta’ EUR 100 miljun f’self subordinat mill-azzjonisti ta’ Etihad, li tħallas fis-27 ta’ Diċembru 2016. |
|
(117) |
Matul il-finalizzazzjoni tal-Pjan ta’ Bidla, Alitalia avviċinat lill-kredituri finanzjarji tagħha u talbet moratorju sabiex tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Sospensjoni. Il-Ftehim ta’ Sospensjoni dam sal-31 ta’ Marzu 2017 u kien jinkludi pjan ta’ likwidità ta’ kull ġimgħa sal-istess data, li juri li, b’riżultat tal-Ftehim ta’ Sospensjoni u tal-azzjonijiet inklużi fih, il-likwidità ta’ Alitalia ġiet żgurata sal-31 ta’ Marzu 2017. |
4.2.2. Studji/dokumenti ex post
4.2.2.1.
|
(118) |
Il-kummissarji straordinarji qabbdu konsulent indipendenti, Leonardo & Co, sabiex jistma l-valur tal-bejgħ mistenni tal-unitajiet operatorji ta’ Alitalia kif deskritt fil-premessa 60. Huma fittxew li dik l-istima peress li l-kummissarji straordinarji huma marbutin bil-liġi li ma jbigħux lil Alitalia taħt parametru referenzjarju tas-suq. L-istudju ġie kkummissjonat fl-14 ta’ Settembru 2017. Fis-16 ta’ Ottubru 2017 Leonardo & Co bagħtet lit-tliet kummissarji straordinarji r-riżultati tal-istudju tagħha (l-“istudju ta’ Leonardo”). |
|
(119) |
L-istudju ta’ Leonardo datat is-16 ta’ Ottubru 2017 kellu l-għan li jistma l-valur tal-bejgħ tal-unitajiet operattivi ta’ Alitalia fl-1 ta’ Mejju 2017, jiġifieri l-bidu tal-amministrazzjoni straordinarja. L-istudju eżamina l-valur ta’ tliet lottijiet possibbli: (i) il-bejgħ tan-negozju tal-avjazzjoni (“Lotto Aviation”); (ii) il-bejgħ tan-negozju tas-servizzi fuq l-art (“Lotto Handling”) u (iii) il-bejgħ taż-żewġ lottijiet flimkien (“Lotto Unico” jew “Lott Uniku”). L-istima tal-valur tal-bejgħ tal-istudju ta’ Leonardo hija netta mill-obbligazzjonijiet marbuta tal-assi għall-bejgħ u teskludi l-obbligazzjonijiet qabel l-amministrazzjoni straordinarja. Il-metodu ta’ valwazzjoni użat minn Leonardo & Co jistma l-valur ta’ Alitalia b’metodu mħallat li jgħaqqad metodu bbażat fuq l-assi ma’ metodu bbażat fuq il-profitt. Leonardo & Co jqis li dak il-metodu huwa l-aktar wieħed xieraq sabiex jiġi stmat il-valur ta’ kumpanija f’diffikultà ekonomika bħal Alitalia. |
|
(120) |
Bħala punt tat-tluq, il-valur kontabilistiku tal-assi fl-istudju ta’ Leonardo jammonta għal madwar EUR 2,5 biljun, li jikkorrispondi għall-valur kontabilistiku tal-assi li għandhom jiġu ttrasferiti taħt il-Lott Uniku, jiġifieri EUR 2 552 miljun skont ir-rapport ta’ PriceWaterhouseCoopers (“PwC”). Imbagħad, il-valur ta’ dawk l-assi jiġi kkoreġut bl-obbligazzjonijiet marbutin mal-assi u mal-operat ta’ Alitalia (fil-parti l-kbira ammonti pagabbli lill-fornituri) u b’korrezzjoni tal-profitt. Dik il-korrezzjoni hija d-differenza bejn il-profittabilità mistennija tal-kumpanija matul l-ewwel sentejn tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u l-profittabilità medja ta’ linji tal-ajru komparabbli. Peress li Alitalia hija mistennija tagħmel it-telf fl-ewwel sentejn tal-operat, il-korrezzjoni tal-profitt hija negattiva, u b’hekk tkompli tnaqqas il-valur tal-bejgħ stmat. |
|
(121) |
Sabiex titqies l-inċertezza inerenti fl-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, l-istudju ta’ Leonardo jikkunsidra żewġ xenarji sabiex jiġi stmat il-valur tal-bejgħ possibbli tal-unitajiet operatorji ta’ Alitalia. Ix-“xenarju tal-inerzja” huwa mfassal mil-lat ta’ inerzja, konsistenti mas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-2017 ta’ Alitalia, u għalhekk fin-nuqqas ta’ objettivi ta’ tkabbir u ta’ strateġiji industrijali tipiċi. Ix-“xenarju ta’ rinaxximent” huwa bbażat fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju mfassal mill-perspettiva ta’ diskontinwità mis-sitwazzjoni tal-2017 ta’ Alitalia, u jipprovdi l-irkupru tal-ishma mis-suq u l-profittabilità fuq terminu qasir sa medju, bl-għan li l-kumpanija tkun tista’ terġa’ tikseb rwol ċentrali fis-suq ta’ referenza. |
|
(122) |
L-istudju ta’ Leonardo jistma l-prezz tal-bejgħ tal-Lott Uniku fix-xenarju tal-inerzja fil-medda ta’ EUR 280 sa EUR 411-il miljun; u fix-xenarju ta’ rinaxximent fil-medda ta’ EUR 495 sa EUR 626 miljun. Il-medja tal-ogħla u tal-anqas valwazzjoni hija ugwali għal EUR 453 miljun. |
4.2.2.2.
|
(123) |
Il-kummissarji straordinarji kkuntrattaw lil PwC sabiex tivverifika l-finanzi konsolidati tal-Grupp Alitalia u l-karti tal-bilanċ tal-konċessjoni tal-Lottijiet tal-Avjazzjoni, tas-Servizzi fuq l-Art u tal-Lott Uniku fl-1 ta’ Mejju 2017. Dawk il-karti tal-bilanċ tal-konċessjoni jiddeterminaw il-perimetri tal-assi li għandhom jiġu ttrasferiti fil-każ tal-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia u ddeterminaw liema entrati tal-karta tal-bilanċ jibqgħu għand Alitalia wara l-bejgħ. |
|
(124) |
Dawk il-finanzi vverifikati, kif esposti fl-abbozz tar-rapport ta’ verifika mfassal fil-21 ta’ Settembru 2017 minn PwC, imbagħad intużaw minn Leonardo & Co sabiex jiġi stmat il-prezz tal-bejgħ tal-lottijiet (51). |
|
(125) |
PwC lestiet u ddatat ir-rapport ta’ verifika tagħha fil-31 ta’ Ottubru 2017. |
4.2.2.3.
|
(126) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2017, numru ta’ kumpaniji ppreżentaw offerti għal parti min-negozju ta’ Alitalia bħala parti mill-proċess tas-sejħa għall-offerti (ara l-premessa 59), inklużi Airport Handling, EasyJet u Lufthansa. Din is-subtaqsima tiġbor fil-qosor il-karatteristiċi ewlenin tagħhom. |
|
(127) |
Airport Handling għamlet offerta vinkolanti għan-negozju tas-servizzi fuq l-art ta’ Alitalia u offriet EUR [XX.X] miljun b’pagament supplimentari sa EUR 6,5 miljun bil-kundizzjoni li jintlaħqu xi miri. |
|
(128) |
EasyJet għamlet offerta vinkolanti għal parti min-negozju tal-avjazzjoni ta’ Alitalia, esklużi s-servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija. L-offerta tkopri biss l-attività tar-rotot fuq distanzi qosra f’EUR [XXX-XXX] miljun. Fl-offerta tagħha, EasyJet issottomettiet li hija stmat b’mod preliminari n-negozju tar-rotot fuq distanzi twal għal EUR [XXX] miljun, li l-akkwiżizzjoni tiegħu kienet tiddependi fuq sieħeb ta’ konsorzju mhux identifikat. Għalhekk, kien hemm valur massimu totali ta’ EUR [XXX] miljun minn EasyJet. |
|
(129) |
L-offerta mhux vinkolanti magħmula minn Lufthansa qieset biss parti mill-Lott tal-Avjazzjoni (jiġifieri [XX] ajruplan minn [XXX] u […] biss mill-persunal) u ammontat għal EUR [XXX] miljun (netta minn lokazzjonijiet kapitalizzati). |
4.2.3. Ir-rapporti finanzjarji ta’ Alitalia
|
(130) |
Il-kontijiet statutorji ppubblikati reċentement tal-Grupp Alitalia jkopru sal-31 ta’ Diċembru 2015. Ma tħejja l-ebda rapport finanzjarju statutorju għall-2016 peress li Alitalia tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja qabel l-aċċettazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet statutorji tal-2016. Madankollu, kienu disponibbli l-finanzi ta’ qabel l-għeluq u proforma għas-sena 2016, kif ukoll ir-rapporti tal-esperti ewlenin li kienu qed iħejju r-rapporti ex ante jew ex post dwar Alitalia, jiġifieri KPMG, Roland Berger, Dr. Ranalli u PwC. Dawk l-esperti lkoll ibbażaw fuq iċ-ċifri tal-2016 għall-analiżi tagħhom. Barra minn hekk, kif meħtieġ mil-liġi Taljana dwar il-falliment, Alitalia ħejjiet rapport finanzjarju sat-28 ta’ Frar 2017. |
|
(131) |
Matul il-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja, ma ġie ppubblikat l-ebda rapport finanzjarju statutorju. Madankollu, is-sit web tal-amministrazzjoni straordinarja ta’ Alitalia ppubblika ċifri finanzjarji limitati, li jiffokaw l-aktar fuq l-EBITDA u fuq il-fluss tal-flus operatorji (l-ebda karta tal-bilanċ), b’intervalli irregolari (52). |
|
(132) |
Għalkemm jidher li, ħlief għall-2015, l-ebda wieħed minn dawk ir-rapporti finanzjarji ma ġie awditjat, ma hemm l-ebda indikazzjoni li ċ-ċifri jirrappreżentaw materjalment ħażin is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia. B’mod partikolari, iċ-ċifri tal-2016 ġew iċċertifikati minn Dr. Ranalli bħala parti mill-Pjan ta’ bidla. |
5. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(133) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(134) |
Minn dan isegwi li, sabiex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, iridu jkunu ssodisfati l-kriterji kumulattivi li ġejjin: (i) trid tingħata mill-Istat u permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lil impriża; (iii) trid tkun selettiva, jiġifieri tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti; u (iv) trid thedded jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.1. Il-kunċett ta’ impriża
|
(135) |
Alitalia hija kumpanija privata li topera fis-settur tat-trasport bl-ajru stabbilita fl-Italja. Hija impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE peress li twettaq attivitajiet ekonomiċi billi toffri servizzi f’suq (53). |
5.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
|
(136) |
Kif ġie ddikjarat mill-Qorti (54), sabiex il-miżuri jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, (a) iridu jkunu derivati mir-riżorsi tal-Istat, indirettament jew direttament minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi bis-saħħa tas-setgħat mogħtijin lilu u (b) iridu jkunu imputabbli lill-Istat (55). |
|
(137) |
Peress li ż-żewġ selfiet mill-Istat jirriżultaw minn atti tal-Gvern Taljan u tal-Parlament, huma imputabbli b’mod ċar lill-Istat Taljan. Barra minn hekk, iż-żewġ selfiet mill-Istat ġew iffinanzjati mill-baġit tal-Istat u, għalhekk, ingħataw b’mod ċar permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
5.1.3. Selettività
|
(138) |
Sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun selettiva fis-sens li tiffavorixxi biss lil ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. |
|
(139) |
Iż-żewġ selfiet mill-Istat ingħataw lil kumpanija waħda, Alitalia. Għalhekk, ingħataw fuq bażi ad hoc lil kumpanija waħda u ma kinux disponibbli għal kumpaniji oħrajn attivi fis-settur tat-trasport bl-ajru Taljan li jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli, jew f’setturi oħrajn. L-ebda kumpanija komparabbli ma kienet eliġibbli għal miżuri simili għal dawk mogħtijin lil Alitalia u, għalhekk, l-ebda kumpanija bħal din ma rċiviet finanzjament komparabbli. Għalhekk, iż-żewġ selfiet mill-Istat huma selettivi. |
5.1.4. Vantaġġ
|
(140) |
Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (56). |
|
(141) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, it-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqin minn korpi pubbliċi ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti tagħhom, u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jekk jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq (57). Sabiex tiddetermina jekk tranżazzjoni tkunx twettqet taħt dawk il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tapplika t-test tal-Operatur f’Ekonomija tas-Suq (“it-test tal-MEO”). Dak it-test ġie żviluppat fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi differenti. Il-Kummissjoni l-ewwel teżamina jekk it-test tal-MEO huwiex applikabbli u, jekk iva, imbagħad tapplikah għaż-żewġ selfiet mill-Istat. |
5.1.4.1.
|
(142) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni trid teżamina jekk it-test tal-MEO huwiex applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina li t-test tal-MEO mhuwiex applikabbli għaż-żewġ selfiet mill-Istat, hija ma jkollhiex għalfejn tapplika dak it-test. Imbagħad, il-Kummissjoni tkun tista’ sempliċiment tikkonkludi li Alitalia kisbet benefiċċju ekonomiku li ma setgħetx tikseb taħt il-kundizzjonijiet tas-suq u, b’hekk, vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(143) |
Madankollu, qabel ma tivvaluta l-applikabbiltà, peress li hemm żewġ selfiet mill-Istat (is-self inizjali u s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun), il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk dak is-self huwiex separabbli għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikabbiltà jew jekk jikkostitwixxix intervent wieħed. Jekk ikunu separabbli, kull self ikollu jiġi vvalutat separatament, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikabbiltà tat-test tal-MEO. Jekk, għall-kuntrarju, jinstab li jikkostitwixxu miżura waħda, il-Kummissjoni teħtieġ li twettaq valutazzjoni waħda biss taż-żewġ selfiet mill-Istat f’dak ir-rigward. |
5.1.4.1.1. Iż-żewġ selfiet mill-Istat bħala miżura waħda
|
(144) |
F’konformità mal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni, serje ta’ interventi mill-Istat li jseħħu fir-rigward tal-istess impriża f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir, li huma marbutin ma’ xulxin, jew li kienu lkoll ippjanati jew prevedibbli fiż-żmien tal-ewwel intervent, jistgħu jiġu vvalutati bħala intervent wieħed. Min-naħa l-oħra, meta l-intervent aktar tard kien riżultat ta’ avvenimenti mhux previsti fiż-żmien tal-intervent preċedenti, normalment jenħtieġ li ż-żewġ miżuri jiġu vvalutati separatament (58). |
|
(145) |
Meta tivvaluta jekk iż-żewġ selfiet mill-Istat jikkostitwixxux intervent wieħed, il-Kummissjoni tqis (i) il-kronoloġija taż-żewġ selfiet mill-Istat inkwistjoni; (ii) l-iskop tagħhom; u (iii) is-sitwazzjoni (finanzjarja u ta’ riskju) tal-impriża fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni li jingħata kull wieħed miż-żewġ selfiet mill-Istat (59). |
|
(146) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, jenħtieġ li, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikabbiltà, is-self inizjali u s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun jitqiesu bħala miżura waħda. |
|
(147) |
L-ewwel nett, dwar il-kronoloġija tas-selfiet inkwistjoni, it-tnejn ingħataw f’suċċessjoni rapida: is-self inizjali ngħata fit-2 ta’ Mejju 2017 u mbagħad, anqas minn sitt xhur wara, is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ingħata fis-16 ta’ Ottubru 2017. Barra minn hekk, l-Italja biddlet id-dati tal-maturità ta’ dawk is-selfiet b’serje ta’ estensjonijiet qosra (ara l-premessi 19 u 30) qabel ma fl-aħħar issinkronizzathom u, de facto, għaqqdithom f’miżura waħda (ara l-premessi 31 u 32). |
|
(148) |
It-tieni, kif jidher ċar mill-premessi 17 u 19, iż-żewġ selfiet mill-Istat ingħataw bi skop speċifiku, jiġifieri l-garanzija tal-kontinwità tas-servizzi tat-trasport bl-ajru minn Alitalia sakemm il-kummissarji straordinarji jkunu jistgħu jlestu l-programm li ġew inkarigati bih mill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku, jiġifieri r-ristrutturar ta’ Alitalia jew il-bejgħ tal-assi tagħha. Ingħataw mill-Istat Taljan u ma kien hemm l-ebda tentattiv li jinkiseb finanzjament minn sorsi oħrajn. |
|
(149) |
L-Ordni Amministrattiv 148/2017 jiddikjara b’mod espliċitu li s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun kellu jingħata bħala żieda għas-self inizjali (ara l-premessa 19). Barra minn hekk, il-finanzjament ġie deskritt mill-awtoritajiet Taljani bħala miżura waħda fin-notifika lill-Kummissjoni, fejn huma spjegaw ukoll li l-għajnuna tħallset fi tliet ħlasijiet parzjali (60). Dik id-deskrizzjoni hija kkonfermata wkoll fis-sottomissjonijiet sussegwenti tal-awtoritajiet Taljani (61). |
|
(150) |
It-termini u l-kundizzjonijiet taż-żewġ selfiet mill-Istat huma identiċi minbarra l-ammont u d-durata inizjali; barra minn hekk, id-digriet tal-għoti tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun jirreferi għad-digriet tal-għoti tas-self inizjali, li jiddikjara li l-“finanzjament żdied”. Iż-żewġ selfiet mill-Istat, fil-fatt, ingħaqdu f’miżura waħda bħala riżultat tas-sinkronizzazzjoni tad-dati tal-maturità tagħhom (ara l-premessi 30, 31 u 32). |
|
(151) |
Fit-tielet post, fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-profil tar-riskju ta’ Alitalia fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni li tingħata kull waħda miż-żewġ selfiet mill-Istat, dawn kienu, essenzjalment, l-istess. Tqabbil tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-profil tar-riskju huwa stabbilit fid-dettall fit-taqsima 5.1.4.2. Madankollu, għall-fini ta’ kompletezza, il-Kummissjoni tosserva li s-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju ta’ Alitalia meta ngħataw iż-żewġ selfiet mill-Istat kienu kif ġej:
|
|
(152) |
Barra minn hekk, meta ngħata s-self inizjali, fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ likwidità mbassrin ta’ Alitalia meta din tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja, kien prevedibbli li jkun meħtieġ finanzjament ulterjuri jekk il-bejgħ jew ir-ristrutturar ma jseħħx fi żmien sitt xhur (ara l-premessi 246 sa 248). |
|
(153) |
Fil-fatt, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għan uniku tal-Italja kien li tipprovdi biżżejjed finanzjament sabiex iżżomm lil Alitalia miftuħa sakemm l-assi tagħha jkunu jistgħu jinbiegħu. Din il-fehma hija bbażata fuq l-elementi li ġejjin:
|
|
(154) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ selfiet mill-Istat jikkostitwixxu miżura waħda għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(155) |
Il-Kummissjoni se teżamina l-applikabbiltà fuq żewġ bażijiet, billi tivvaluta (i) jekk l-Italja ssottomettietx biżżejjed evidenza ex ante li turi li aġixxiet bħala operatur ekonomiku u (ii) jekk l-Istat aġixxiex bħala awtorità pubblika aktar milli bħala operatur ekonomiku meta ta ż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(156) |
Minkejja l-konklużjoni msemmija hawn fuq li ż-żewġ selfiet mill-Istat ma jistgħux jiġu sseparati, anke jekk iż-żewġ selfiet mill-Istat jiġu ttrattati bħala żewġ miżuri separati, l-analiżi tal-Kummissjoni tal-applikabbiltà stabbilita hawn taħt tkun tapplika mutatis mutandis. |
5.1.4.1.2. L-Italja aġixxiet bħala awtorità pubblika u mhux bħala operatur f’ekonomija tas-suq
|
(157) |
Il-Kummissjoni tqis li t-test tal-MEO mhuwiex applikabbli f’dan il-każ. Tabilħaqq, fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli, l-Italja aġixxiet b’mod kostanti fil-kapaċità tagħha bħala awtorità pubblika sabiex issalva lil Alitalia mill-falliment u sabiex iżżommha operazzjonali. |
|
(158) |
Bħala marka preliminari, il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti qieset li l-applikabbiltà tat-test tal-MEO fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq il-fatt li l-Istat ikun ikkonferixxa, fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist u mhux fil-kapaċità tiegħu ta’ awtorità pubblika, vantaġġ ekonomiku lil impriża li tappartjeni lill-Istat (62). L-interventi mill-Istat li huma maħsubin sabiex jirrispetta l-obbligi tiegħu bħala awtorità pubblika ma jistgħux jitqabblu ma’ dawk ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq (63). |
|
(159) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk iż-żewġ selfiet mill-Istat mogħtijin mill-Istat jirrappreżentawx l-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat jew jekk humiex il-konsegwenza tal-obbligi li l-Istat jrid jassumi bħala azzjonist, il-Kummissjoni se teżamina mhux biss il-forma ta’ dak is-self iżda wkoll (i) in-natura u s-suġġett tagħhom, (ii) il-kuntest li fih jittieħdu, (iii) l-objettiv segwit, u (iv) ir-regoli li għalihom huma soġġetti ż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(160) |
Jekk l-intervent tal-Istat, filwaqt li jqis in-natura u s-suġġett tiegħu u filwaqt li jitqies l-objettiv segwit, ma jkunx investiment li jista’ jsir minn investitur privat, ikun jikkostitwixxi intervent mill-Istat bħala awtorità pubblika, u b’hekk jipprekludi l-applikazzjoni tat-test tal-MEO (64). |
In-natura u s-suġġett tal-miżura
|
(161) |
Kif deskritt fit-taqsima 2.1, il-miżura inkwistjoni kienet tikkonsisti fiż-żewġ selfiet mill-Istat mogħtijin mill-Italja lil Alitalia fit-2 ta’ Mejju 2017 u fis-16 ta’ Ottubru 2017, rispettivament. |
Il-kuntest tal-miżura
|
(162) |
Mill-bidu nett, l-Istat aġixxa b’mod konsistenti u ċar fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità pubblika sabiex isalva lil Alitalia milli tiġi llikwidata, fatt rikonoxxut ukoll f’dikjarazzjonijiet pubbliċi minn diversi Ministri tal-gvern (ara t-taqsima 2.5), u mhux bħala azzjonist li jinvesti f’kumpanija jew bħala kreditur. |
|
(163) |
Fil-perjodu mill-akkwiżizzjoni minn CAI fl-2008, Alitalia kienet qed tagħmel it-telf b’mod kontinwu u qawwi. It-tentattivi tal-azzjonisti ta’ Alitalia sabiex jdawru l-perkors ta’ Alitalia permezz tal-Pjan ta’ Bidla fallew minħabba ċ-ċaħda tal-ħaddiema ta’ dak il-pjan fis-26 ta’ April 2017, li wasslet sabiex titqiegħed taħt amministrazzjoni straordinarja (ara l-premessa 41 et seq.). Alitalia kompliet titlef il-flus waqt li kienet taħt amministrazzjoni straordinarja. |
|
(164) |
Wara ċ-ċaħda tal-Pjan ta’ Bidla iżda qabel ma tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja, ma hemm l-ebda evidenza li kwalunkwe investitur kien lest li jidħol u jakkwista lil Alitalia bħala negozju avvjat, anke għal prezz nominali. Lanqas ma hemm evidenza li l-istituzzjonijiet finanzjarji kienu lesti jipprovdu faċilitajiet ta’ self sinifikanti sabiex jippermettu biżżejjed likwidità sabiex tibqa’ topera. |
|
(165) |
Meta ngħatat iż-żewġ selfiet mill-Istat, Alitalia kienet impriża f’diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar u ftit li xejn kellha prospetti li ssir profittabbli fuq terminu medju (ara l-premessi 41, 66 u 218 sa 229). |
L-objettiv segwit
|
(166) |
L-għan espliċitu li Alitalia titqiegħed taħt amministrazzjoni straordinarja kien sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tat-trasport ipprovduti minn Alitalia u jiġi ppreservat il-valur tal-assi tagħha. |
|
(167) |
Bħala kumpanija insolventi, fil-prinċipju Alitalia kienet imwaħħla barra mis-swieq ta’ kreditu u, minħabba l-problemi ta’ likwidità immedjati u fit-tul tagħha, kienet tiddependi mill-Istat Taljan, li pprovda ż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(168) |
Kif deskritt fid-dettall fit-taqsima 2, is-self inizjali ngħata bl-għan ewlieni li tiġi evitata l-interruzzjoni tas-servizz ipprovdut minn Alitalia, sabiex b’hekk setgħet iżżomm konnessjonijiet tat-titjiriet domestiċi u internazzjonali, u b’hekk jiġu evitati kemm diffikultajiet soċjali kif ukoll inkonvenjent serju għall-utenti. L-Italja affermat ukoll li tali interruzzjoni tkun tinvolvi ksur, fost l-oħrajn, tad-dritt għall-kontinwità territorjali fl-Italja garantit mill-Kostituzzjoni Taljana. Is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ingħata għall-istess raġuni, kif ukoll sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvestiment tal-assi tal-kumpanija. L-objettiv li Alitalia titqiegħed taħt amministrazzjoni straordinarja u l-objettiv taż-żewġ selfiet mill-Istat jidhru li ma humiex essenzjalment differenti. |
|
(169) |
Din il-valutazzjoni hija appoġġata wkoll mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Ministri tal-gvern li saru kemm qabel ma ngħata s-self inizjali kif ukoll qabel ma ngħata s-self ta’ EUR 300 miljun (ara t-taqsima 2.5), jiġifieri li t-tħassib ewlieni tal-gvern kien il-prevenzjoni tal-interruzzjoni f’daqqa tas-servizzi tat-trasport bl-ajru u r-riperkussjonijiet diretti u indiretti li jirriżultaw minn tali ħruġ. Jinkludu l-effett fuq l-ekonomija tal-Italja u l-għan allegat li jiġi evitat aktar telf għall-kontribwent. Skont dawk id-dikjarazzjonijiet, l-għan kien li l-kummissarji straordinarji jingħataw biżżejjed żmien sabiex isibu xerrej. Dak l-għan huwa rifless fil-leġiżlazzjoni rilevanti li tagħti ż-żewġ selfiet mill-Istat u fis-sottomissjonijiet proprji tal-Italja (ara l-premessa 78 et seq.), li skont dawn dawk is-selfiet kienu meħtieġa għall-ħtiġijiet ta’ ġestjoni ta’ Alitalia, sabiex jiġu evitati l-interruzzjoni tas-servizzi u t-tbatija soċjali u l-inkonvenjent konsegwenti. |
|
(170) |
Id-dikjarazzjonijiet kontemporanji minn membri tal-gvern Taljan fiż-żmien materjali (ara t-taqsima 2.5) jappoġġaw il-fehma li r-raġunijiet li għalihom l-Italja tat iż-żewġ selfiet mill-Istat ma kinux dawk ta’ operatur f’ekonomija tas-suq. Minflok, l-objettiv sottostanti għad-deċiżjoni li jingħata ż-żewġ selfiet mill-Istat kien li “ż-żamma tal-ajruplani l-art ma tkunx konċepibbli minħabba li l-konnessjonijiet ikunu kompromessi u jbatu l-vjaġġaturi” (65), li “Ma nistgħux [inħalluha] tfalli mil-lejl għan-nhar minħabba li ma jifdlilniex konnessjonijiet minn naħa waħda tal-pajjiż għall-oħra” (66) u “ż-żamma tal-ajruplani l-art minn filgħodu sa filgħaxija tkun tiswa ħafna aktar lill-kontribwenti Taljani” (67). |
|
(171) |
Kif stabbilit fit-taqsima 4.1, l-Italja spjegat fid-dettall it-tfixkil li jirriżulta jekk Alitalia toħroġ mis-suq, billi semmiet, f’dak ir-rigward, in-numru ta’ passiġġieri li kienu pprenotaw u n-numru ta’ biljetti li kienu nħarġu. |
|
(172) |
Wara li eżaminat l-elementi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għan ewlieni taż-żewġ selfiet mill-Istat kien li jiġi żgurat li Alitalia tibqa’ topera għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku aktar milli għall-interessi finanzjarji tal-Istat bħala operatur f’ekonomija tas-suq. Bħala tali, kwalunkwe prospett li l-Istat jagħmel profitt b’rabta maż-żewġ selfiet mill-Istat, anki fit-tul, jekk dan ikun jista’ jintwera, kien sempliċiment inċidentali għad-deċiżjoni li jingħata ż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(173) |
Barra minn hekk, il-Qorti ddikjarat li l-iżgurar tal-kontinwità tas-servizzi tat-trasport ipprovduti minn impriża huwa kunsiderazzjoni li investitur privat ma jqisx (68). |
|
(174) |
Barra minn hekk, id-dati ta’ maturità taż-żewġ selfiet mill-Istat ġew posposti b’mod regolari u, fl-istess ħin, l-Istat ippospona wkoll l-obbligu ta’ ħlas tal-imgħax minn Alitalia għal dawk id-dati ta’ maturità l-ġodda. Bħala riżultat tal-Ordni Amministrattiv dwar it-Tkabbir, l-imgħax ma baqax jakkumula fuq iż-żewġ selfiet mill-Istat mill-31 ta’ Mejju 2019. Barra minn hekk, dan juri li l-valur tar-rata Euribor ta’ sitt xhur ta’ + 10 % li l-Italja targumenta li juri li aġixxiet bħala MEO (ara l-premessa 95) huwa sempliċiment artifiċjali, peress li l-Istat — bħala sellief — qatt ma rċieva remunerazzjoni għall-kost tal-likwidità tiegħu jew għar-riskju ta’ kreditu relatat ma’ Alitalia li sellief f’ekonomija tas-suq kien ifittex li jkopri. Dan, flimkien man-nuqqas ta’ studju ex ante sottomess mill-Italja li juri li l-Istat kellu interess finanzjarju li jagħti dawk l-estensjonijiet u l-ħlas ta’ ħelsien mill-imgħax minflok ma mexa ’l quddiem bix-xenarju kontrofattwali, juru li l-Istat aġixxa fil-mandat tal-poter pubbliku tiegħu fir-rigward ta’ Alitalia. Dik l-imġiba, jiġifieri l-għoti ta’ dawk il-posponimenti mingħajr studju ex ante speċifiku, in-nuqqas ta’ talba tal-ħlas tal-imgħax, il-waqfien eventawli tal-akkumulazzjoni ta’ dak l-imgħax mill-31 ta’ Mejju 2019, ma hijiex konformi ma’ dik ta’ MEO iżda turi l-interess ta’ awtorità pubblika li żżomm il-kontinwità tas-servizz tat-trasport ipprovdut minn Alitalia. |
Ir-regoli li għalihom hija soġġetta l-miżura
|
(175) |
Iż-żewġ selfiet mill-Istat inkwistjoni huwa sui generis u ad hoc. Ġew adottati ordnijiet amministrattivi speċifiċi sabiex jipprovdu għall-għoti ta’ dawk is-selfiet u għall-estensjonijiet sussegwenti tagħhom u għall-fużjoni de facto f’miżura waħda. Iż-żewġ selfiet mill-Istat ġew iffinanzjati mill-baġit allokat lill-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku. Barra minn hekk, ordnijiet ministerjali speċifiċi pprovdew għall-iżborż ta’ dak is-self. |
|
(176) |
Għalhekk, il-flus għal dak is-self ġew mill-baġit ġenerali tal-Istat. |
Konklużjoni
|
(177) |
Bħala konklużjoni, ta’ min jinnota li l-miżura tippreżenta, fid-dawl tan-natura u tas-suġġett tagħha, il-kuntest li fih ittieħdet, l-objettiv tagħha u r-regoli li għalihom hija soġġetta, il-karatteristiċi ta’ att fil-prerogattivi tal-awtorità pubblika tal-Italja. Konsegwentement, it-test tal-investitur privat ma jistax jiġi applikat għaliha. |
5.1.4.1.3. Nuqqas ta’ test tal-MEO mill-Italja
|
(178) |
Il-Qorti kienet iddikjarat li “l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat jiddependi […] fuq il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat jagħti vantaġġ ekonomiku lil impriża proprjetà tiegħu fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist u mhux fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika” (69). |
|
(179) |
Meta Stat Membru jibbaża fuq it-test tal-MEO matul il-proċedura amministrattiva, dak l-Istat Membru “[j]istabbilixxi mingħajr ekwivoku u abbażi ta’ elementi oġġettivi, verifikabbli u kontemporanji li l-miżura implimentata kienet tirriżulta minħabba l-kapaċità [tiegħu] bħala azzjonist u li hija kienet ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi minn qabel skont kif meħtieġ” (70). Dik l-evidenza trid turi b’mod ċar li l-Istat Membru kkonċernat ħa d-deċiżjoni li jagħmel investiment qabel jew fl-istess ħin li jagħti l-vantaġġ ekonomiku fuq il-bażi ta’ valutazzjoni motivata li turi rata ta’ redditu tas-suq bħala riżultat tal-miżura fil-fatt implimentata. |
|
(180) |
Barra minn hekk, “għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk kinitx tiġi adottata l-istess miżura fil-kundizzjonijiet normali tas-suq minn investitur privat li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-Istat, huma biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mas-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar meta jaġixxi bħala azzjonist, bl-esklużjoni ta’ dawk li huma marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni” (71). Minn dan isegwi li r-rwoli tal-Istat bħala azzjonist ta’ impriża, minn naħa waħda, u tal-Istat li jaġixxi bħala awtorità pubblika, min-naħa l-oħra, iridu jiġu distinti. |
|
(181) |
F’dak ir-rigward, jista’ jkun neċessarju li tiġi prodotta evidenza li turi li d-deċiżjoni tkun ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi komparabbli għal dawk li, fiċ-ċirkostanzi, investitur privat razzjonali f’sitwazzjoni qrib kemm jista’ jkun għal dik tal-Istat Membru, kien iwettaq, qabel ma jagħmel l-investiment, sabiex jiddetermina l-profittabilità futura tiegħu. |
|
(182) |
Kif imfakkar mill-Qorti Ġenerali (72), “filwaqt li hija l-Kummissjoni li għandha tapplika l-kriterju tal-investitur privat u li titlob lill-Istat Membru kkonċernat li jipprovdilha għal dan l-għan l-informazzjoni kollha rilevanti, huwa dan l-Istat Membru, jew […] l-impriża pubblika kkonċernata, li għandu jew għandha tipprovdi l-elementi li juru li hija wettqet evalwazzjoni preliminari tal-profittabblità tal-miżura inkwistjoni, paragunabbli ma’ dik li kien jagħmel investitur privat f’sitwazzjoni simili”. |
|
(183) |
Il-Qorti ddikjarat ukoll li “evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ, il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat jew ġustifikazzjonijiet ulterjuri tal-għażla tal-proċess effettivament użat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta’ dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist” (73). |
|
(184) |
L-Italja naqset milli tissodisfa l-istandard evidenzjarju minimu sabiex turi li t-test tal-MEO huwa applikabbli f’dan il-każ. |
|
(185) |
Kif innotat fil-premessa 83, minkejja t-talbiet ripetuti tal-Kummissjoni, l-Italja naqset milli tissottometti kwalunkwe dokument ta’ sostenn li kienet wettqet valutazzjoni qabel ma tat iż-żewġ selfiet mill-Istat tar-redditu potenzjali fuq l-investiment ta’ dawk is-selfiet. Lanqas ma ssottomettiet il-valutazzjoni tagħha tal-probabbiltà ta’ ripagament flimkien mal-imgħax assoċjat mir-riżorsi proprji ta’ Alitalia jew mir-rikavat mill-bejgħ ta’ Alitalia stess, u tar-riskju ta’ nuqqas ta’ ripagament. Dan huwa minnu kemm fir-rigward tas-self inizjali kif ukoll tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun. |
|
(186) |
Għalkemm, kif indikat fit-taqsima 4.2, l-Italja ssottomettiet diversi rapporti u informazzjoni dwar Alitalia disponibbli qabel ma ngħataw iż-żewġ selfiet mill-Istat, imħejjija għal skopijiet oħrajn għajr il-valutazzjoni ekonomika qabel l-għoti taż-żewġ selfiet mill-Istat, dawk ir-rapporti u l-informazzjoni lanqas biss juru l-probabbiltà sempliċi ta’ ripagament, u lanqas ma jissodisfaw l-istandard stabbilit mill-Qrati tal-Unjoni ta’ evidenza aċċettabbli ta’ evalwazzjoni ex ante tal-profittabilità taż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(187) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani ma setgħux jagħtu prova tal-eżistenza ta’ dokument, imfassal qabel jew kontemporanjament mad-deċiżjoni li jingħata xi wieħed mis-selfiet, li jikkostitwixxi pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, valutazzjoni tal-profittabilità li tikkonsisti b’mod partikolari f’valutazzjoni ekonomika li tkopri l-probabbiltà ta’ ripagament u l-adegwatezza tal-ipprezzar taż-żewġ selfiet mill-Istat. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-amministrazzjoni, il-gvern jew il-membri tal-Parlament Taljani eżaminaw u ddiskutew pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew il-profittabilità taż-żewġ selfiet mill-Istat qabel ma adottaw id-dispożizzjonijiet amministrattivi u leġiżlattivi li jagħtu ż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(188) |
Għalhekk, l-Italja naqset milli tissodisfa l-istandard ta’ prova li jirrikjedi li l-Istat Membru juri, b’mod inekwivoku u fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva u verifikabbli stabbilita qabel jew fl-istess ħin bħad-deċiżjoni li jingħata l-vantaġġ ekonomiku, li l-miżura għandha tiġi attribwita lill-Istat li jaġixxi bħala operatur tas-suq u, b’hekk, li tirrilaxxa l-oneru tal-evidenza fuqu għat-test tal-MEO li għandu jkun applikabbli fir-rigward taż-żewġ selfiet mill-Istat. |
5.1.4.1.4. Valutazzjoni tal-applikabbiltà tas-self ta’ EUR 300 miljun.
|
(189) |
Kif iddikjarat fil-premessa 154, il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ selfiet mill-Istat jikkostitwixxu miżura waħda għall-valutazzjoni tal-applikabbiltà. Madankollu, li kieku s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun kellu jiġi eżaminat separatament, fil-fehma tal-Kummissjoni, it-test tal-MEO xorta ma jkunx applikabbli. |
|
(190) |
Is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ingħata bl-istess għan tas-self inizjali, bid-differenza ewlenija tkun li, sa dak iż-żmien, l-awtoritajiet Taljani kienu għażlu li jbigħu l-assi ta’ Alitalia minflok ma jirristrutturawha (ara l-premessa 59). |
|
(191) |
Skont l-Italja, ġie pprovdut, fost l-oħrajn, sabiex jippermetti t-tlestija b’suċċess tal-proċedura ta’ bejgħ. Kif stabbilit fil-premessa 20, jenħtieġ li jitfakkar li s-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun ingħata sabiex jiggarantixxi l-issodisfar tal-obbligi tat-trasport sakemm isir l-iżvestiment tal-assi. F’dan ir-rigward, id-dikjarazzjonijiet ministerjali kontemporanji juru wkoll li l-interessi primarji tal-Italja ma kinux dawk ta’ operatur f’ekonomija tas-suq, peress li l-Ministru tal-Infrastrutturi u tat-Trasport ta’ dak iż-żmien iddikjara: “ma rridux inbigħu lil Alitalia bil-loqom, iżda nbigħuha. Naraw x’ġara lil Air Berlin, li nxtrat minn Lufthansa: naqqsu n-numru tal-ajruplani u tal-persunal bin-nofs. Iżda meta titkisser attività ċentrali, kulħadd jitlef” (74). Kif jista’ jiġi dedott minn dik id-dikjarazzjoni, l-implikazzjonijiet tal-bejgħ imwettaq skont it-termini tas-suq, jiġifieri l-akkwiżizzjoni minn Lufthansa ta’ Air Berlin, kellhom konsegwenzi soċjali negattivi f’termini ta’ impjiegi, li l-ebda operatur f’ekonomija tas-suq ma jqis. Għaldaqstant, għalkemm l-iskop iddikjarat tas-self ta’ EUR 300 miljun kien li jippermetti t-tlestija tal-proċess ta’ bejgħ, id-deċiżjoni tal-gvern kienet influwenzata minn kunsiderazzjonijiet estranji għal dawk ta’ operatur f’ekonomija tas-suq. |
5.1.4.1.5. L-argumenti tal-Italja relatati mal-applikabbiltà tat-test tal-MEO u s-sejbiet tal-Kummissjoni
|
(192) |
Minn dak li ntqal hawn fuq jista’ jiġi dedott li l-għan prinċipali taż-żewġ selfiet mill-Istat kien li jiżguraw li Alitalia tkompli topera għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku aktar milli għall-interessi finanzjarji tal-Istat bħala operatur f’ekonomija tas-suq. Bħala tali, kwalunkwe prospett li l-Istat jagħmel profitt anki fit-tul, jekk dan ikun jista’ jintwera, kien sempliċiment inċidentali għad-deċiżjoni li jingħata ż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(193) |
L-Italja affermat li s-self inizjali kien li jindirizza l-ħtiġijiet urġenti ta’ ġestjoni ta’ Alitalia u li jevita interruzzjoni tas-servizz, li potenzjalment twassal għal problemi serji tas-soċjetà. Il-Kummissjoni tqis li dawn huma għal darb’oħra elementi li l-ebda sellief ma kien iqis. |
|
(194) |
F’dak ir-rigward, l-Italja targumenta li l-azzjonisti ta’ Alitalia tneħħielhom id-dritt tal-pussess ladarba din tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja u ġestita minn tliet kummissarji straordinarji, li ħadu f’idejhom, bħala uffiċjali pubbliċi, il-kontroll ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja. Bħala tali, l-Italja tafferma li l-interess tagħha fl-eżitu ta’ Alitalia huwa ekwivalenti għal dak ta’ azzjonist. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dak l-argument. Bit-tqegħid ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja, l-Italja aġixxiet fl-eżerċizzju tas-setgħat regolatorji tagħha bħala Stat sabiex tippreserva l-valur tal-assi ta’ impriża li kienet qiegħda tiffaċċja r-riskju ta’ falliment u mhux bħala operatur f’ekonomija tas-suq. Permezz ta’ dan, l-Italja b’mod unilaterali, permezz ta’ dispożizzjoni sui generis (ara l-Premessa 18), biddlet il-klassifikazzjoni ta’ prijorità tal-kredituri ta’ Alitalia, li hija azzjoni li ma tistax titqabbel ma’ azzjonijiet li jistgħu jieħdu persuni privati. Il-bidla fil-prijorità kienet tfisser li r-ripagament tas-self ħa prijorità fuq kwalunkwe dejn ieħor taħt l-amministrazzjoni straordinarja ta’ Alitalia. L-Istat biss għandu s-setgħa li jissubordina l-pretensjonijiet eżistenti kollha (inkluż id-dejn superjuri) għal dawk aktar ġodda, u tali setgħa ma hijiex disponibbli għal kredituri privati, jew għal persuni privati b’mod ġenerali. F’dak ir-rigward, l-azzjonijiet tal-Italja bħala awtorità pubblika huma indiżassoċjabbli mill-azzjonijiet tagħha bħala l-konċedent tas-self. L-Italja eżerċitat is-setgħa pubblika tagħha f’tentattiv sabiex toħloq sitwazzjoni ta’ investiment favorevoli immedjatament wara l-użu ta’ dik is-setgħa, setgħa li l-ebda operatur f’ekonomija tas-suq ma jgawdi (75). |
|
(196) |
It-tieni, l-Italja stess tikkonferma li l-interessi li l-kummissarji straordinarji jridu jqisu, bil-liġi, ikopru firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati bħall-kredituri, il-klijenti, il-ħaddiema u l-fornituri — aktar milli l-azzjonisti tagħha biss. |
|
(197) |
L-Italja tafferma li hija aġixxiet bħala investitur tas-suq meta tat iż-żewġ selfiet mill-Istat peress li, li kieku ma intervjenietx, l-Istat kien ikun responsabbli għal EUR 1,3 biljun minħabba (i) kostijiet marbutin mal-qgħad; (ii) kostijiet marbutin mal-likwidazzjoni ta’ Alitalia, inklużi l-kostijiet tal-ordni pubbliku marbutin mal-ġestjoni ta’ emerġenza fl-ajruporti u l-kumpens dovut lill-passiġġieri; u (iii) l-effetti kollaterali negattivi fuq il-fornituri. Barra minn hekk, l-Istat kien iġarrab telf minħabba taxxi mhux imħallsin. |
|
(198) |
Madankollu, dawk il-kunsiderazzjonijiet juru b’mod preċiż il-kontra tal-affermazzjoni tal-Italja, jiġifieri li l-objettiv tal-Italja kien li żżomm l-operat ta’ Alitalia, irrispettivament mill-kost, filwaqt li qieset primarjament elementi li operatur f’ekonomija tas-suq ma kienx iqis. |
|
(199) |
Kif iddikjarat il-Qorti, sabiex jiġi vvalutat jekk l-istess miżura kinitx tiġi adottata f’kundizzjonijiet normali tas-suq minn operatur privat f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun qrib dik tal-Istat, għandhom jitqiesu biss il-benefiċċji u l-obbligi marbutin mas-sitwazzjoni tal-Istat bħala operatur privat, bl-esklużjoni ta’ dawk marbutin mas-sitwazzjoni tiegħu bħala awtorità pubblika (76). |
|
(200) |
Fir-rigward tal-kostijiet marbutin mal-qgħad, f’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-kostijiet imġarrbin mill-Istat bħala riżultat ta’ sensji, ta’ benefiċċji tal-qgħad u ta’ għajnuna għar-ristrutturar tal-infrastruttura industrijali jenħtieġ li (77) ma jitqisux bħala rilevanti għal operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(201) |
Fir-rigward tat-taxxi mhux imħallsin, japplika l-istess prinċipju: meta jimponi t-taxxi, l-Istat jeżerċita prerogattiva pubblika. F’dak ir-rigward, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri meħudin mill-Istat jirrappreżentawx l-eżerċizzju ta’ awtorità tal-Istat jew jekk humiex il-konsegwenza tal-obbligi li l-Istat irid jassumi bħala azzjonist, huwa importanti li ma tiġix ikkunsidrata l-forma ta’ dawk il-miżuri, iżda n-natura tagħhom, is-suġġett tagħhom u r-regoli li għalihom ikunu soġġetti, filwaqt li jitqies l-objettiv segwit (78). F’dan il-każ, it-taxxi mhux imħallsin jikkostitwixxu telf li, fiċ-ċirkostanzi normali, l-Italja ġġarrab fil-kapaċità tagħha bħala Stat u mhux bħala azzjonist tal-kumpanija ta’ Alitalia. Għalhekk, il-prevenzjoni ta’ taxxi mhux imħallsin ma kinitx kunsiderazzjoni li l-Istat seta’ jagħmel bħala kreditur jew azzjonist ta’ Alitalia. |
|
(202) |
Fir-rigward tal-kostijiet marbutin mal-likwidazzjoni ta’ Alitalia, inklużi l-kostijiet tal-ordni pubbliku marbutin mal-ġestjoni ta’ emerġenza fl-ajruporti u l-kumpens dovut lill-passiġġieri li l-Italja tafferma li, kieku, jitħallsu mill-Istat, dawn huma kostijiet li l-Italja tassumi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità pubblika u, f’konformità mal-ġurisprudenza msemmija aktar ’il fuq, ma jistgħux jitqiesu meta tiġi vvalutata l-applikabbiltà tat-test tal-MEO. |
|
(203) |
Fl-aħħar nett, l-ebda investitur jew kreditur privat ma jqis l-effetti kollaterali negattivi fuq il-fornituri terzi ta’ impriża meta jiddeċiedi li jipprovdi finanzjament lil dik l-impriża. |
Konklużjoni dwar l-applikabbiltà tat-test tal-MEO
|
(204) |
Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li t-test tal-MEO mhuwiex applikabbli fir-rigward taż-żewġ selfiet mill-Istat peress li (i) billi pprovdiet iż-żewġ selfiet mill-Istat lil Alitalia, l-Italja kienet qed taġixxi b’mod ċar fil-kapaċità tagħha bħala awtorità pubblika u (ii), fi kwalunkwe każ, l-Italja naqset milli tirrilaxxa l-oneru tal-provi peress li ma wettqet l-ebda valutazzjoni ex ante tal-profittabilità mistennija taż-żewġ selfiet mill-Istat, u lanqas ma vvalutat jekk il-profittabilità mistennija kinitx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. |
5.1.4.2.
|
(205) |
Mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni fit-Taqsima 5.1.4.1, li fiha l-Kummissjoni tikkonkludi li t-test tal-MEO mhuwiex applikabbli, il-Kummissjoni tqis, permezz ta’ linja ta’ raġunament sussidjarja, li anki kieku t-test tal-MEO kien applikabbli, iż-żewġ selfiet mill-Istat taw vantaġġ ekonomiku lil Alitalia. |
5.1.4.2.1 Sorsi ta’ informazzjoni
|
(206) |
Kif innotat fil-premessa 106, għalkemm l-Italja ma wettqet l-ebda valutazzjoni ex ante dwar il-miżuri, kien hemm numru ta’ dokumenti u ta’ rapporti disponibbli għall-Italja, li setgħu jservu bħala l-bażi ta’ test tal-MEO taż-żewġ selfiet mill-Istat mogħtijin favur Alitalia. |
|
(207) |
It-Taqsima 4.2.1 telenka s-sorsi ex ante ewlenin ta’ informazzjoni pprovduti mill-Italja li, fl-opinjoni tagħha, kienu rilevanti għal valutazzjoni tal-MEO u kienu disponibbli qabel ma ngħata s-self inizjali. Kif diġà ġie spjegat fit-Taqsima 5.1.4.1, ma tħejja l-ebda wieħed minn dawk id-dokumenti għall-valutazzjoni tar-raġunament ekonomiku (il-profittabilità u r-riskju relatat mar-ripagament) tas-self inizjali jew tas-self sussegwenti ta’ EUR 300 miljun. Għalhekk, l-ebda wieħed minn dawk id-dokumenti ma jwettaq il-valutazzjoni ex ante meħtieġa li operatur tas-suq kien iwettaq qabel ma jagħti s-self (jiġifieri jivvaluta jekk iż-żewġ selfiet mill-Istat u l-kundizzjonijiet tagħhom jistgħux ikunu skont it-termini tas-suq sabiex operatur f’ekonomija tas-suq kien jagħtihom). Madankollu, l-informazzjoni li tinsab f’dawk id-dokumenti setgħet tintuża mill-Italja, fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali u tas-self sussegwenti, sabiex twettaq il-valutazzjoni ex ante tal-MEO tagħha. Il-Kummissjoni se tuża dawk id-dokumenti sabiex twettaq it-test tal-MEO tagħha għaż-żewġ selfiet mill-Istat. |
|
(208) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni, sabiex twettaq bis-sħiħ id-dmir investigattiv tagħha, se tqis u tivvaluta wkoll informazzjoni oħra li tista’ tintuża sabiex tivverifika jekk iż-żewġ selfiet mill-Istat tawx vantaġġ lil Alitalia. L-informazzjoni l-oħra li se tuża għal dak l-għan hija dawk ir-rapporti li saru disponibbli għall-Italja wara l-għoti tas-self inizjali (l-istudji “ex post” deskritti fit-Taqsima 4.2.2), l-informazzjoni sottomessa mid-diversi partijiet li intervjenew fl-investigazzjoni formali u l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni minn sorsi disponibbli għall-pubbliku. |
5.1.4.2.2 Ir-raġunament tat-test tal-MEO applikat għaż-żewġ selfiet mill-Istat
|
(209) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk iż-żewġ selfiet mill-Istat tawx vantaġġ ekonomiku lil Alitalia, il-Kummissjoni trid tivverifika jekk MEO ipotetiku (f’dan il-każ “sellief privat”) fl-istess sitwazzjoni kienx jagħti dak iż-żewġ selfiet bl-istess kundizzjonijiet (79). Dik il-valutazzjoni tinvolvi l-passi li ġejjin. L-ewwel nett, irid ikun hemm valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ Alitalia, jiġifieri valutazzjoni tal-kapaċità ta’ Alitalia li tħallas lura dak l-obbligu ta’ dejn. It-tieni nett, jekk Alitalia titqies li għandha affidabbiltà kreditizja, il-valutazzjoni trid tivverifika jekk il-kundizzjonijiet taż-żewġ selfiet mill-Istat humiex konformi mal-kundizzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet komparabbli fis-suq. Dik il-valutazzjoni tqabbel il-kundizzjonijiet taż-żewġ selfiet mill-Istat (rati tal-imgħax, kollateral, anzjanità, maturità, skeda ta’ ripagament) mal-kundizzjonijiet li sellief privat kien jagħti għal self komparabbli. |
|
(210) |
Barra minn hekk, il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi tal-MEO jistgħu jvarjaw skont jekk għandhomx xi skopertura eżistenti għall-kumpanija mutwanti. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-iskopertura preċedenti tal-Istat Taljan għal Alitalia. Kif se jintwera (ara l-premessa 239) li l-iskopertura preċedenti ma kinitx rilevanti għall-valutazzjoni tal-MEO taż-żewġ selfiet mill-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li valutazzjoni awtonoma taż-żewġ selfiet mill-Istat hija dik li operatur f’ekonomija tas-suq, jiġifieri sellief, kien isegwi fil-pożizzjoni tal-Istat Taljan. |
|
(211) |
Wara li ddeskriva s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia fil-mument tas-self inizjali, it-taqsimiet li ġejjin jistabbilixxu u japplikaw it-test tal-MEO fi tliet xenarji differenti, jiġifieri xenarju ta’ ristrutturar bl-issoktar tal-operat ta’ Alitalia; xenarju ta’ bejgħ li fih Alitalia jew l-assi operattivi tagħha jinbiegħu f’operazzjoni lil parti terza, u, sa fejn ikun possibbli, xenarju ta’ likwidazzjoni, li fih l-assi jinbiegħu f’likwidazzjoni. |
|
(212) |
Il-valutazzjoni tal-MEO tal-Kummissjoni tikkunsidra wkoll żewġ għażliet: iż-żewġ selfiet mill-Istat bħala miżuri separati u ż-żewġ selfiet mill-Istat bħala miżura waħda. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni tal-Kummissjoni, stabbilita fit-taqsima 5.1.4.1.1, li ż-żewġ selfiet mill-Istat jikkostitwixxu miżura waħda. |
5.1.4.2.3. Valutazzjoni tas-self inizjali
Introduzzjoni
|
(213) |
Sellief f’ekonomija tas-suq, fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali, kien iqabbel iż-żewġ ammonti li ġejjin:
|
|
(214) |
Kundizzjoni neċessarja sabiex is-self inizjali jkun allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq hija li l-ammont imsemmi l-aħħar (skont il-punt 2 aktar ’il fuq) ikun akbar mill-ammont imsemmi l-ewwel (skont il-punt 1 aktar ’il fuq). Fi kliem ieħor, jenħtieġ li jiġi vvalutat jekk sellief f’ekonomija tas-suq kienx jistenna li Alitalia tiġġenera biżżejjed flus sabiex tħallas lura s-self flimkien mal-imgħax fil-maturità ta’ sitt xhur (80). |
|
(215) |
Barra minn hekk, sellief f’ekonomija tas-suq kien jivvaluta wkoll ir-riskju tas-self inizjali, li jiddependi mill-karatteristiċi, bħall-anzjanità, il-maturità u l-kollateralizzazzjoni, kif ukoll mis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, sellief f’ekonomija tas-suq kien jiddeċiedi dwar ir-rata tal-imgħax tas-self li tirrifletti r-riskju tas-self. Għalhekk, kundizzjoni neċessarja oħra sabiex is-self ikun allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq hija li r-rata tal-imgħax ta’ 10 % jenħtieġ li tirrifletti r-riskju tas-self. |
|
(216) |
Barra minn hekk, fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali fit-2 ta’ Mejju 2017, sellief f’ekonomija tas-suq kien iqis li l-għażliet disponibbli għall-kummissarji straordinarji kienu dawn li ġejjin: 1) ir-ristrutturar ta’ Alitalia; jew 2) il-bejgħ ta’ Alitalia bħala negozju avvjat jew bħala bejgħ ta’ assi. Sellief f’ekonomija tas-suq kien jivvaluta wkoll l-elementi li ġejjin fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia: il-prestazzjoni finanzjarja tagħha fil-passat, l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus futuri mistennijin tagħha. |
|
(217) |
Fis-subtaqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni tibni mill-ġdid il-valutazzjoni li sellief f’ekonomija tas-suq kien iwettaq qabel ma jagħti s-self inizjali. L-ewwel, il-Kummissjoni tippreżenta s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia fiż-żmien tas-self inizjali u mbagħad, għal kull wieħed mit-tliet xenarji deskritti fil-premessa 211, tivvaluta jekk is-self inizjali kienx allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq billi tivverifika jekk il-kundizzjonijiet neċessarji deskritti fil-premessi 214 sa 216 humiex issodisfati. |
5.1.4.2.3.1. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia fiż-żmien tas-self inizjali
|
(218) |
Il-prestazzjoni finanzjarja storika ta’ Alitalia u s-sitwazzjoni tagħha fiż-żmien tal-bidu tal-amministrazzjoni straordinarja u tal-għoti tas-self inizjali, hija deskritta kif xieraq, mill-azzjonisti tagħha stess, fil-Pjan ta’ Bidla (deskritt fit-Taqsima 4.2.1.1) u mir-rapport finanzjarju tat-28 ta’ Frar 2017. Il-Pjan ta’ bidla tħejja mill-azzjonisti ta’ Alitalia f’Diċembru 2016 sabiex juru l-proposta tagħhom għal ristrutturar intern tal-kumpanija (ara l-Ppremessa 107 sa 109) u (minbarra l-pjan li Alitalia taqleb għal perkors tajjeb bejn Diċembru 2016 u 2021) fih analiżi dettaljata tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia fil-perjodu bejn l-2009 u l-2015. |
|
(219) |
Il-Pjan ta’ bidla juri li matul il-perjodu 2009-2012 taħt il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ CAI (il-konsorzju li xtara l-assi tal-kumpanija falluta Alitalia Linee Aeree Italiane fl-2008), Alitalia rrapportat telf kumulattiv ta’ EUR 800 miljun. Dak it-telf wassal għall-adozzjoni ta’ “Pjan Strateġiku” ġdid ta’ tliet snin (2013-2016) li kellu l-objettiv li jirkupra l-profittabilità. Madankollu, dak il-pjan ma kienx ta’ suċċess u Alitalia rreġistrat telf ta’ EUR 569 miljun fl-2013 u ta’ EUR 578 miljun fl-2014 (81). |
|
(220) |
Il-Pjan ta’ bidla jirrapporta li fil-perjodu 2009-2014 Alitalia rreġistrat kważi EUR [aktar minn biljun] f’telf inkluż fluss ta’ flus operatorju negattiv akkumulat ta’ kważi EUR [anqas minn biljun]. B’mod ġenerali, matul dak il-perjodu, Alitalia kienet teħtieġ injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 1,5 biljun u sottoskrizzjoni oħra tad-dejn ta’ EUR 1,2 biljun. Ta’ min jinnota li l-Pjan ta’ bidla jindika wkoll li, fil-perjodu 2010-2013, l-industrija tal-linji tal-ajru b’mod aggregat kienet qiegħda tikber u tirreġistra profitti pożittivi (82). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dawk ir-riżultati negattivi għal Alitalia jidhru li huma speċifiċi għall-kumpanija aktar milli r-riżultati ta’ żviluppi makroekonomiċi negattivi. |
|
(221) |
Il-Pjan ta’ bidla jindika wkoll li kienet is-sitwazzjoni insostenibbli li wasslet għat-tfittxija ta’ sieħeb industrijali u finanzjarju ġdid sabiex Alitalia terġa’ ssir vijabbli fit-tul. Dak is-sieħeb kien Etihad, li akkwiżiet 49 % ta’ Alitalia f’Jannar 2015. Minn Jannar 2015, bdiet topera l-kumpanija l-ġdida Alitalia-SAI. |
|
(222) |
Madankollu, dak it-tentattiv b’Etihad sabiex Alitalia tistabbilizza ma rnexxiex. F’Diċembru 2016, l-azzjonisti ta’ Alitalia-SAI kkonkludew li, wara d-dħul ta’ Etihad, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2016, il-kumpanija rrapportat telf nett kumulattiv ta’ EUR [500-800] miljun għas-sentejn (83). Dak it-telf akkumulat huwa ekwivalenti għal telf ta’ EUR [250-500] miljun fuq bażi annwali, valur allinjat mat-telf annwali rrapportat fil-perjodu 2009-2014. Madankollu, jekk ma jiġux ikkunsidrati l-entrati mhux rikorrenti (primarjament dħul ta’ darba), it-telf jammonta għal EUR [aktar minn biljun] (84). B’mod ġenerali, dan l-ammont konsiderevoli ta’ telf jindika wkoll il-falliment tal-impriża Alitalia-SAI bejn l-2015 u l-2016. Tabella 2 Ċifri magħżulin tal-Grupp Alitalia […] |
|
(223) |
Il-fallimenti ripetuti tat-tentattivi tal-passat għar-ristrutturar ta’ Alitalia huma miġburin ukoll fil-qosor fl-Illustrazzjoni 3.1.3.B tal-Pjan ta’ bidla riprodott hawn taħt bħala l-Graff 1. |
|
(224) |
Fil-Graff 1, il-linji ħodor b’ċirku jindikaw il-pjanijiet strateġiċi differenti li tħabbru matul il-perjodu 2009-2016 għar-ristrutturar ta’ Alitalia. Dawk il-pjanijiet kollha kienu pproġettaw tkabbir qawwi fid-dħul. Madankollu, il-linja l-ħamra bil-marki kwadri tirrapporta d-dħul attwali u turi kif il-projezzjonijiet tal-pjanijiet strateġiċi jvarjaw b’mod sinifikanti miċ-ċifri attwali. Barra minn hekk, iċ-ċifri attwali juru li d-dħul ta’ Alitalia baqa’ sejjer għall-agħar matul il-perjodu 2012-2016, mingħajr ebda sinjal ta’ rkupru. Graff 1 Tqabbil tal-profitt nett ta’ Alitalia skont il-pjanijiet strateġiċi (aħdar) vs attwali (aħmar) […] |
|
(225) |
B’mod ġenerali, iċ-ċifri fil-Graff 1 juru linja tal-ajru f’diffikultà serja u fit-tul (tal-anqas mill-2009), li ma tistax tiġġenera redditi pożittivi anke f’perjodi ta’ tkabbir aggregat tal-industrija tal-linji tal-ajru. Dik is-sitwazzjoni ta’ diffikultà finanzjarja fit-tul hija wkoll ikkorroborata mill-fallimenti ripetuti tat-tentattivi differenti għar-ristrutturar ta’ Alitalia. |
|
(226) |
Il-Pjan ta’ bidla, li ġie rrifjutat mit-trade unions f’April 2017, kien l-aħħar tentattiv ta’ ristrutturar mill-azzjonisti tagħha, li warajh daħlet taħt l-amministrazzjoni straordinarja u ġiet iddikjarata insolventi. |
|
(227) |
Fin-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ bidla, seta’ jkun mistenni li l-prestazzjoni u l-profittabilità ta’ Alitalia ma kinux se jinbidlu drastikament iżda, fl-aqwa xenarju, jirriflettu l-prestazzjoni storika tal-2015 u tal-2016. Anke li kieku l-Pjan ta’ bidla ġie implimentat, fuq it-terminu qasir ta’ sitt xhur, li kien il-maturità tas-self inizjali, jew anke għat-12-il xahar segwenti, ma setgħet tkun mistennija l-ebda bidla pożittiva reali fil-profittabilità u fil-kapaċità netta ta’ ġenerazzjoni ta’ fluss ta’ flus nett ta’ Alitalia. |
|
(228) |
It-Tabella 2 turi li fl-2015 u fl-2016, il-fluss ta’ flus ħieles ta’ Alitalia kien negattiv b’EUR [240-350] miljun u negattiv b’EUR [240-350] miljun, rispettivament. Il-Kummissjoni tinnota li Alitalia ma setgħetx tiġġenera flussi ta’ flus pożittivi sabiex tiffinanzja l-operat tagħha, inkluż a fortiori sabiex tħallas lura d-dejn tagħha, iżda kienet qed tiddependi fuq il-finanzjament estern (finanzjament bankarju u b’bonds, żieda fil-bilanċ ta’ biljetti mħallsin minn qabel u ta’ ammonti pagabbli tan-negozju lil partijiet terzi) sabiex tiffinanzja l-operat tagħha li kien qiegħed jagħmel it-telf. Barra minn hekk, f’Jannar u fi Frar 2017, f’xahrejn biss, Alitalia rrapportat telf ta’ EBIT ta’ EUR [100-300] miljun, u kellha fluss ta’ flus ħieles negattiv ta’ EUR [XXX] miljun. |
|
(229) |
Eventwalment, f’Mejju 2017, meta Alitalia ddikjarat l-insolvenza, kellha ekwità negattiva ta’ EUR –[XXX] miljun u obbligazzjonijiet totali ta’ EUR [X.X] biljun (85) (Ara t-Tabella 2). |
5.1.4.2.3.2. Skopertura minn qabel
Bħala azzjonist
|
(230) |
Il-Kummissjoni vverifikat li l-Istat Taljan kellu skopertura minn qabel għal Alitalia bħala azzjonist indirett. Dik l-iskopertura toriġina mill-kontroll mill-Istat Taljan ta’ Poste Italiane (86) li hija stess kellha 2 % ta’ CAI, li min-naħa tagħha kellha 51 % ta’ Alitalia. B’konsegwenza ta’ dan, l-Istat Taljan kien azzjonist indirett ta’ Alitalia, u kien proprjetarju ta’ madwar 1 % tagħha. F’Mejju 2017, l-Istat Taljan kien ukoll azzjonist tal-bank Monte dei Paschi di Siena S.p.A. li kellu madwar 10 % ta’ CAI (għalhekk, madwar 5 % ta’ Alitalia peress li CAI kellha 51 % tal-ishma ta’ Alitalia). B’mod ġenerali, l-iskopertura tal-Istat Taljan bħala azzjonist lejn Alitalia kienet tammonta għal madwar 6 %. |
|
(231) |
Il-Kummissjoni ssib li l-iskopertura indiretta u relattivament żgħira għal Alitalia ma setgħetx tiġġustifika l-azzjoni tal-Italja li ssir is-sellief ta’ Alitalia meta ddeċidiet li tagħti ż-żewġ selfiet. |
|
(232) |
L-ewwel nett, ir-riskji assoċjati mar-ripagament tas-self inizjali (ara l-premessi 151 u 214) kienu għoljin ħafna. Dawk ir-riskji għoljin sempliċiment jaggravaw l-iskopertura tal-Istat għal Alitalia permezz ta’ dejn riskjuż addizzjonali. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li l-ammont tad-djun finanzjarji ta’ qabel l-insolvenza kien ogħla minn EUR [X] biljun (Ara t-Tabella 2), ma kienx probabbli li l-azzjonisti ta’ Alitalia jirkupraw xi ħaġa, fil-każ ta’ bejgħ tal-assi. |
|
(233) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw ukoll li l-azzjonisti ta’ Alitalia tneħħielhom id-dritt ta’ pussess ladarba Alitalia tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja (ara l-premessa 194). Fuq dik il-bażi, huwa ċar li kwalunkwe skopertura preċedenti ma tkunx rilevanti fil-każ speċifiku peress li kwalunkwe skopertura preċedenti, fil-forma ta’ parteċipazzjoni azzjonarja, tneħħiet fil-mument li Alitalia ddikjarat l-insolvenza. |
|
(234) |
Dik is-sejba hija appoġġata wkoll min-nuqqas ta’ kwalunkwe self mogħti wara l-ammissjoni ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja minn azzjonisti oħrajn ta’ Alitalia ta’ dak iż-żmien bħall-bank Intesa jew Unicredit, jew atturi industrijali bħal Atlantia, Etihad jew Air France-KLM. Dawk l-entitajiet, anke dawk li kellhom skoperturi ogħla għal Alitalia, ma ffinanzjawx lil Alitalia matul l-amministrazzjoni straordinarja. Li kieku l-għoti ta’ self kien l-aħjar rispons minn perspettiva ekonomika sabiex tiġi difiża l-iskopertura preċedenti, il-Kummissjoni kienet tistenna li ssib appoġġ privat għal Alitalia wkoll. Madankollu, huwa biss l-Istat li aġixxa bħala sellief għal Alitalia wara l-bidu tal-amministrazzjoni straordinarja. |
Bħala kreditur
|
(235) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Sospensjoni tal-2016, l-Istat Taljan kien ukoll indirettament skopert għal Alitalia bħala kreditur ta’ qabel l-insolvenza lil hinn mill-iskopertura indiretta tiegħu bħala azzjonist ta’ Banca Monte dei Paschi di Siena S.p.A. Dan għaliex l-Istat kien azzjonist ta’ dak il-bank, b’sehem li żdied minn 4,0 % f’Diċembru 2016 għal 52 % f’Awwissu 2017. |
|
(236) |
Fuq il-bażi tal-anness tal-Ftehim ta’ Sospensjoni tal-2016, l-iskopertura ta’ Banca Monte dei Paschi di Siena S.p.A. għal Alitalia kienet tammonta għal EUR [10-20] miljun f’obbligazzjonijiet b’terminu qasir u għal EUR [15-25] miljun f’linji ta’ kreditu. |
|
(237) |
Il-Kummissjoni tqis li l-iskopertura hija ta’ rilevanza limitata minħabba d-daqs relattivament żgħir tagħha fi proporzjon mal-obbligazzjonijiet ġenerali tal-linja tal-ajru skont il-Ftehim ta’ Sospensjoni: Alitalia kellha EUR [120-160] miljun f’obbligazzjonijiet għal terminu qasir, EUR [120-160] miljun f’linji ta’ kreditu, EUR [450-650] miljun f’bonds, EUR [X,X] biljun f’lokazzjonijiet operatorji, u obbligazzjonijiet totali ta’ EUR [aktar minn 2,5] biljun. Barra minn hekk, l-iskopertura tal-Istat Taljan permezz ta’ Banca Monte dei Paschi kienet ukoll relattivament żgħira meta mqabbla mal-finanzjament addizzjonali pprovdut mill-Istat Taljan bis-self inizjali (87). |
|
(238) |
Il-Kummissjoni tqis li tali skopertura żgħira ma kinitx tbiddel il-valutazzjoni ta’ MEO li jikkunsidra jekk għandux jiffinanzja lil Alitalia b’somma ta’ EUR 600 miljun (is-self inizjali) segwit mis-self addizzjonali li ammonta għal EUR 300 miljun. |
|
(239) |
Bħala konklużjoni, operatur f’ekonomija tas-suq fis-sitwazzjoni tal-Istat Taljan ma kienx jikkunsidra l-iskopertura indiretta tiegħu bħal kreditur ta’ qabel l-insolvenza ta’ Alitalia, kif ukoll l-iskopertura indiretta tiegħu bħala azzjonist indirett minoritarju ta’ Alitalia, meta jiddeċiedi jekk jagħtix xi self lil Alitalia. |
5.1.4.2.3.3. Valutazzjoni tal-MEO tas-self inizjali mill-Istat f’xenarju ta’ ristrutturar
|
(240) |
Is-self inizjali ngħata fit-2 ta’ Mejju 2017, il-jum li fih Alitalia tqiegħdet taħt amministrazzjoni straordinarja (ara l-premessa 16). F’dak iż-żmien, il-programm tal-amministrazzjoni straordinarja kien għadu ma ġiex deċiż u mbagħad kien hemm għażla ta’ ristrutturar ta’ Alitalia (ara l-premessi 58 u 59). |
|
(241) |
F’dak ix-xenarju, l-MEO jħares lejn il-potenzjal ta’ ġenerazzjoni tad-dħul ta’ Alitalia u jivvaluta jekk fil-maturità kienx probabbli li Alitalia setgħet tħallas lura s-self u l-imgħax relatat. |
|
(242) |
Minħabba li l-maturità inizjali tas-self kienet ta’ sitt xhur, MEO kien jivverifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli qabel ma jagħti s-self inizjali f’Mejju 2017, x’kienet tkun il-pożizzjoni tal-likwidità mistennija ta’ Alitalia sal-aħħar ta’ Ottubru 2017. |
|
(243) |
L-awtoritajiet Taljani ma ppreżentaw l-ebda studju jew valutazzjoni mwettqa qabel l-għoti tas-self inizjali, anki jekk MEO kien ifassal evalwazzjoni bħal din. Madankollu, għalkemm ex post, għadu possibbli li ssir simulazzjoni tar-riżultat tal-valutazzjoni li l-Italja missha wettqet qabel ma tat is-self inizjali li kieku l-Italja aġixxiet bħala MEO, li kieku l-Italja għamlet valutazzjoni bħal din bl-użu tal-informazzjoni disponibbli ex ante. |
|
(244) |
Minkejja li l-MEO huwa test li juża informazzjoni li tħares ’il quddiem, l-Italja setgħet eżaminat id-data finanzjarja storika ta’ Alitalia u nnotat il-konsum tal-fluss ta’ flus ħieles ta’ Alitalia fil-perjodu 2015-2016. Kif muri fil-premessa 228, kemm fl-2015 kif ukoll fl-2016, Alitalia rreġistrat fluss ta’ flus ħieles negattiv, u f’Jannar u fi Frar 2017 il-ħruġ ta’ flus kien saħansitra ogħla proporzjonalment. Barra minn hekk, minħabba li Alitalia daħlet taħt amministrazzjoni straordinarja, seta’ jiġi previst li l-flussi ta’ flus ta’ Alitalia jkunu saħansitra agħar bħala riżultat tar-riskji u tal-inċertezzi previsti speċifikati fil-premessa 247. Dawk l-elementi kienu jissuġġerixxu lill-awtoritajiet Taljani li, anki mingħajr kostijiet ta’ ristrutturar, bejn Mejju u Ottubru 2017, Alitalia kienet tkun probabbli li tuża s-self inizjali sabiex tiffinanzja n-nefqa operatorja tagħha u kien ikun improbabbli li tkun tista’ tħallas lura l-kapital u l-imgħax tas-self inizjali f’Ottubru 2017. |
|
(245) |
L-approċċ l-ieħor għall-valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-likwidità mistennija ta’ Alitalia fl-aħħar ta’ Ottubru 2017 kien ikun li tinkiseb il-previżjoni tal-fluss tal-flus ta’ Alitalia. Fl-4 ta’ Mejju 2017, il-kummissarji straordinarji applikaw għas-self inizjali (minn hawn ’il quddiem “applikazzjoni għas-self inizjali”). Dik l-applikazzjoni kienet tinkludi previżjoni tal-likwidità sal-aħħar ta’ Ottubru 2019, li hija bejn wieħed u ieħor il-maturità tas-self inizjali. |
|
(246) |
Hija pprevediet ħtieġa ta’ flus ta’ EUR 671 miljun għall-ewwel sitt xhur tal-amministrazzjoni straordinarja, minn Mejju sa Ottubru 2017, fuq il-bażi tal-pjan ta’ likwidità. Dak il-pjan ta’ likwidità assuma li, fit-2 ta’ Mejju 2017, ikun hemm bilanċ tal-flus inizjali ta’ EUR 74 miljun u, fl-aħħar ta’ Ottubru 2017, bilanċ ta’ flus finali ta’ negattiv EUR 597 miljun fin-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istat. Il-previżjoni dettaljata hija rrapportata fit-Tabella 3, li turi l-previżjoni tal-fluss tal-flus ta’ kull xahar. Tabella 3 Projezzjonijiet tal-flus sal-31 ta’ Ottubru 2017
Sors: L-Anness tal-Applikazzjoni għas-self inizjali tal-4 ta’ Mejju 2017. |
|
(247) |
Skont l-applikazzjoni għas-self inizjali, il-previżjoni tal-likwidità saret f’sitwazzjoni instabbli ħafna: setgħu jkunu mistennijin aktar strajks f’Alitalia; kien hemm ukoll riskju li l-kumpaniji tal-karti ta’ kreditu setgħu jirtiraw b’mod unilaterali l-biljetti mħallsin minn qabel, u l-fornituri setgħu jirrifjutaw li jipprovdu servizzi. Barra minn hekk, il-volatilità tal-prezzijiet tal-fjuwil ma kinitx magħrufa. Il-pjan lanqas ma ppreveda xi kost ta’ ristrutturar relatat mat-tnaqqis tal-impjegati u ppreveda biss implimentazzjoni parzjali tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. |
|
(248) |
Madankollu, l-applikazzjoni għas-self inizjali turi sitwazzjoni ċara li fiha Alitalia ma kinitx mistennija li se tkun tista’ tħallas lura s-self inizjali bil-fluss ta’ flus tagħha. Il-projezzjonijiet jindikaw li l-kummissarji straordinarji kienu qegħdin jistennew li jużaw bis-sħiħ l-ammont tas-self inizjali (minħabba li l-pożizzjoni tal-likwidità fl-aħħar ta’ Ottubru 2017 kellha tammonta għal negattiv EUR 597 miljun). Għalhekk, l-ebda kapital jew imgħax relatat mas-self inizjali ma seta’ jkun mistenni li jitħallas lura fuq il-bażi tal-fluss ta’ flus ta’ Alitalia. |
|
(249) |
Bħala konklużjoni, f’xenarju ta’ ristrutturar, MEO fis-sitwazzjoni tal-Istat Taljan kien jikkunsidra fil-valutazzjoni tiegħu l-pożizzjoni tal-fluss ta’ flus ta’ Alitalia li kienet jeżistu fil-passat u dik mistennija f’Mejju 2017. Fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni, kien jiġi konkluż li l-flussi ta’ flus mistennijin ta’ Alitalia bejn Mejju u Ottubru 2017 ma setgħux ikunu biżżejjed sabiex hija tħallas lura l-kapital tas-self inizjali u l-imgħaxijiet possibbli. Għalhekk, MEO ma kienx jagħti self bħal dan lil Alitalia. Minħabba li, qabel kollox, MEO ma kienx jagħti self bħal dan lil Alitalia, mhuwiex neċessarju li tittieħed pożizzjoni dwar ir-rata tal-imgħax stabbilita mill-Italja għas-self inizjali. |
|
(250) |
Fit-taqsima li ġejja, il-Kummissjoni tivvaluta jekk is-self inizjali setax jitqies allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq fix-xenarju ta’ bejgħ u, fil-premessa 332, turi kif dik il-valutazzjoni tipprovdi appoġġ ulterjuri għall-konklużjoni dwar ix-xenarju ta’ ristrutturar. |
5.1.4.2.3.4. Valutazzjoni tal-MEO f’xenarju ta’ bejgħ
|
(251) |
F’xenarju ta’ bejgħ, sellief f’ekonomija tas-suq jistenna li l-ammont ta’ flus disponibbli fil-maturità tas-self inizjali jiddependi mill-fatturi li ġejjin:
|
|
(252) |
Qabel ma jagħti s-self inizjali, sellief f’ekonomija tas-suq kien jivvaluta dawk it-tliet fatturi u kien jifforma aspettattiva fuq kull wieħed minnhom. Imbagħad, fuq il-bażi ta’ dawk l-aspettattivi, is-sellief f’ekonomija tas-suq jiddeċiedi jekk jagħtix self. Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ tali proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Istat Taljan, il-Kummissjoni bniet mill-ġdid proċess bħal dan u vvalutat il-fatturi rilevanti, billi bbażat fuq l-informazzjoni disponibbli qabel id-data tal-għoti tas-self inizjali. |
5.1.4.2.3.4.1. Bidla fil-bilanċ tal-flus
|
(253) |
Kif indikat fil-premessa 246, il-kummissarji straordinarji stennew li Alitalia tikkonsma EUR 671 miljun fi flus fil-perjodu mill-5 ta’ Mejju sal-30 ta’ Ottubru 2017. Fin-nuqqas tas-self inizjali, il-bilanċ tal-flus ta’ Alitalia kien ikun ta’ negattiv EUR 597 miljun. |
|
(254) |
Konsegwentement, fid-data ta’ maturità tas-self inizjali (il-5 ta’ Novembru 2017), ma kellux jifdal aktar minn EUR 3 miljun mis-self inizjali. |
|
(255) |
Fuq il-bażi tal-flussi ta’ flus storiċi u tal-projezzjonijiet finanzjarji tal-applikazzjoni għas-self inizjali, sellief f’ekonomija tas-suq kien jikkonkludi li r-ripagament tas-self inizjali fil-maturità kien jiddependi fuq il-bejgħ ta’ Alitalia qabel il-5 ta’ Novembru 2017 bi prezz għoli biżżejjed. B’mod aktar preċiż, il-prezz tal-bejgħ kellu jkun tal-anqas EUR 627 miljun, jiġifieri r-ripagament tad-dejn ta’ EUR 630 miljun nett mill-bilanċ tal-flus mistenni ta’ EUR 3 miljun fil-maturità. |
5.1.4.2.3.4.2. Maturità tas-self u l-perjodu ta’ żmien tal-bejgħ
|
(256) |
Minħabba l-konklużjoni fil-premessa 255, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fiż-żmien tal-għoti tas-self, sellief f’ekonomija tas-suq kienx jistenna li l-proċess tal-bejgħ jintemm fi żmien sitt xhur. |
|
(257) |
Il-Kummissjoni tqis li ma kienx ikun realistiku li wieħed jistenna li l-bejgħ ta’ Alitalia permezz ta’ proċedura tal-offerti jista’ jitwettaq u jingħalaq fi ħdan il-perjodu ta’ żmien mistenni tal-maturità inizjali tas-self mogħti (jiġifieri sitt xhur). B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li, bħala medja, il-bejgħ ta’ kumpaniji taħt amministrazzjoni straordinarja jeħtieġ perjodu itwal li jqis il-kumplessità tal-kwistjoni u n-numru ta’ partijiet ikkonċernati u l-interessi involuti. Dik il-fehma hija allinjata ma’ studju reċenti tal-Fond Monetarju Internazzjonali li jistma ż-żmien medju meħtieġ għat-twettiq tal-programm ta’ bejgħ taħt il-qafas tal-Amministrazzjoni Straordinarja tal-Italja (88). Dak l-istudju jistma li normalment, bħala medja, il-programm ta’ bejgħ jiġi konkluż fi ħdan perjodu ta’ sentejn u ta’ tliet snin, rispettivament, għall-amministrazzjoni straordinarja relatata mal-Liġi Prodi-bis u mal-Liġi Marzano (din tal-aħħar hija dik applikabbli għal Alitalia). |
|
(258) |
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-argument tal-awtoritajiet Taljani li, fl-2008, il-programm ta’ bejgħ ta’ Alitalia — Linee Aeree Italiane taħt l-amministrazzjoni straordinarja ta’ dak iż-żmien ġie konkluż fi żmien sitt xhur. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-preċedent mhuwiex rilevanti għall-każ preżenti. L-ewwel nett, is-sekwenza ta’ avvenimenti li wasslu għall-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia — Linee Aeree Italiane fl-2008 lill-grupp CAI kienet parti minn tentattiv usa’ tal-Istat Taljan sabiex ibigħ is-sehem tiegħu ta’ 49,9 % f’Alitalia — Linee Aeree Italiane. Dak it-tentattiv beda tal-anqas f’Ottubru 2006, kif deskritt fil-premessa 15 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6745 tat-12 ta’ Novembru 2008. Minn dan isegwi li l-perjodu ta’ żmien tal-proċess tal-bejgħ konkluż fl-2008 ma jistax jiġi identifikat b’mod ċar iżda x’aktarx li jkun ferm itwal mis-sitt xhur li jallegaw l-awtoritajiet Taljani. It-tieni, il-Kummissjoni tqis li jekk kellha tittieħed xi tagħlima mit-tentattiv ta’ bejgħ ta’ Alitalia — Linee Aeree Italiane fil-passat bejn l-2006 u l-2008, kif deskritt fit-taqsima 3.1 ta’ dik id-deċiżjoni, hija l-kumplessità involuta fil-bejgħ ta’ intrapriża tant kbira li diġà kienet ilha f’diffikultà għal ħafna snin. |
|
(259) |
It-tielet, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-iżviluppi bejn l-2008 u l-2017, taħt is-sjieda ta’ CAI u aktar tard taħt is-sħubija CAI-Etihad, ikunu biss inaqqsu l-attraenza ta’ investiment f’Alitalia u, b’hekk, iżidu l-kumplessità tal-bejgħ tagħha u l-iskeda ta’ żmien tat-tali bejgħ. Dan minħabba l-fallimenti ripetuti (ara l-premessi 218 sa 229) sabiex tittejjeb il-vijabbiltà finanzjarja ta’ Alitalia. |
|
(260) |
Ir-raba’, il-Kummissjoni tqis li l-attraenza baxxa tal-investiment f’Alitalia bħala kumpanija operazzjonali u l-ħtieġa probabbli ta’ ristrutturar sħiħ u kumpless tal-kumpanija bilfors kien itawwal l-iskeda ta’ żmien tal-bejgħ tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-programm tal-amministrazzjoni straordinarja jqis ukoll aspetti relatati mad-daqs tal-kumpanija, pereżempju dwar il-preservazzjoni tal-livelli ta’ impjiegi. Għal dik ir-raġuni, x’aktarx li jkun mistenni li l-proċess ta’ bejgħ jista’ jkun itwal mis-sitt xhur previsti. F’dak l-isfond, il-Kummissjoni tqis li sellief f’ekonomija tas-suq ma kienx iqis probabbli li fl-2017 il-bejgħ ta’ Alitalia seta’ jitlesta fi żmien sitt xhur. |
5.1.4.2.3.4.3. Ir-rikavati mill-bejgħ ta’ Alitalia
|
(261) |
Qabel ma jiġu stmati r-rikavati potenzjali mill-bejgħ ta’ Alitalia, il-Kummissjoni se tfakkar fil-qosor is-sitwazzjoni tal-assi ta’ Alitalia u l-obbligazzjonijiet relatati potenzjali fl-1 ta’ Mejju 2017. |
|
(262) |
Sal-1 ta’ Mejju 2017, il-Grupp Alitalia uża b’kollox 123 ajruplan (25 ta’ distanzi twal, 78 ta’ distanzi medji, u 20 reġjonali). Minnhom, Alitalia kienet sidt 41 ajruplan (34 ajruplan ta’ distanzi twal, 7 ta’ distanzi medji) u kienet tikri 77 ajruplan, li huma mirhuna għall-benefiċċju tal-lokaturi. Alitalia ma għandhiex proprjetà immobbli tagħha, iżda tikri l-ispazju fl-ajruporti fejn topera. Alitalia għandha wkoll assi intanġibbli sostanzjali relatati mal-marka Alitalia tagħha, mal-liċenzji tagħha u mal-avvjament. Ammonti sinifikanti, li jintwerew fil-karta tal-bilanċ bħala parti mill-assi fissi u kurrenti, huma relatati mal-ajrupjani meħudin b’lokazzjoni (eż. kostijiet ta’ manutenzjoni kapitalizzati). |
|
(263) |
Fl-1 ta’ Mejju 2017, il-valur kontabilistiku totali tal-assi fissi ta’ Alitalia, kif muri fit-Tabella 2, kien ta’ EUR [aktar minn żewġ] biljun, filwaqt li l-assi kurrenti kellhom valur ta’ EUR [anqas minn biljun] (89), li jgħoddu valur kontabilistiku tal-assi totali ta’ EUR [aktar minn tliet] biljun. Jenħtieġ li dak il-valur kontabilistiku tal-assi totali jitqies flimkien mad-dejn sinifikanti tal-karta tal-bilanċ ta’ Alitalia (EUR [aktar minn tliet] biljun) u mal-obbligazzjoni kontinġenti tagħha (ħlasijiet parzjali ta’ pagamenti futuri) relatata mal-lokazzjoni tal-ajruplani (EUR [X,X] biljun). Kif innotat fil-punt b) tal-premessa 264, il-karta tal-bilanċ ma tippermettix li jiġi identifikat kemm obbligazzjoni hija marbuta mal-assi operatorji, u x’inhu l-valur kontabilistiku nett tal-assi operatorji li ġew offruti għall-bejgħ. Dan għaliex l-assi tal-ogħla valur huma l-ajruplani, u 77 ajruplan huma meħudin b’lokazzjoni. |
|
(264) |
Fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali, ir-rikavati mill-bejgħ ta’ Alitalia ma kinux ċerti u diffiċli li jiġu previsti, minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(265) |
Fid-dawl ta’ dawk l-inċertezzi u d-diffikultajiet, il-Kummissjoni se tistma l-medda potenzjali tal-prezz tal-bejgħ ta’ Alitalia fuq il-bażi tal-evidenza sottomessa mill-Italja (it-taqsima 4.2) u ta’ informazzjoni oħra disponibbli għall-pubbliku disponibbli fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali. |
|
(266) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni se teżamina wkoll l-informazzjoni ex post: l-istudju ta’ valwazzjoni minn Leonardo & Co datat is-16 ta’ Ottubru 2017, li jibbaża tal-anqas parzjalment fuq l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali (it-taqsima 4.2.2.1); u l-offerti li l-kummissarji straordinarji rċivew wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti għall-assi ta’ Alitalia (it-taqsima 2.6). Minkejja li sellief f’ekonomija tas-suq ma setax jibbaża fuq evidenza ex post fil-valutazzjoni tiegħu, dawk l-offerti jirrappreżentaw parametru referenzjarju ex post għall-evidenza ex ante. |
5.1.4.2.3.4.3.1 Evidenza ex ante
5.1.4.2.3.4.3.1.1 Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni ta’ Dr Ranalli (“ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni”)
|
(267) |
L-Italja tafferma (90) li hija ddeċidiet li tagħti s-self inizjali fuq il-bażi tal-Pjan ta’ bidla. Dak il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju kien oriġinarjament abbozzat mill-maniġment tal-kumpanija qabel l-amministrazzjoni straordinarja u sussegwentement ġie rrivedut minn KPMG, minn Roland Berger u minn Dr. Ranalli (it-taqsima 4.2.1.2). |
|
(268) |
Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni fih stima tal-valur ta’ Alitalia li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ mudell tal-fluss tal-flus skontat (“DCF”) għall-Pjan ta’ bidla rivedut. Wieħed mill-objettivi tar-rapport huwa li juri li l-valur tal-intrapriża ta’ Alitalia kien ogħla mill-kapital investit fil-31 ta’ Diċembru 2016. Kemm il-valur tal-intrapriża kif ukoll il-kapital investit ta’ Alitalia huma s-somma tal-valur tad-djun ta’ Alitalia u tal-ekwità tagħha. Madankollu, tal-ewwel (il-valur tal-intrapriża) jiġi kkalkolat bl-użu tal-valuri tas-suq tad-djun u tal-ekwità, filwaqt li tal-aħħar (il-kapital investit) jiġi kkalkolat bl-użu tal-valuri kontabilistiċi. Għalhekk, billi juri li l-valur tal-intrapriża huwa akbar mill-kapital investit ta’ Alitalia, ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni jikkonkludi li l-valuri kontabilistiċi tad-djun u tal-ekwità ta’ Alitalia ma humiex sopravvalutati. |
|
(269) |
Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni jindika li, sa Diċembru 2016, il-valur kontabilistiku ta’ EUR [X XXX] (91) miljun tad-dejn nett ta’ Alitalia u l-valur kontabilistiku ta’ EUR [XXX,X] miljun tal-ekwità huma rappreżentazzjoni korretta tal-valuri tas-suq rispettivi tagħhom. Għalhekk, il-valur tal-intrapriża ta’ Alitalia kien ta’ mill-inqas EUR [X XXX,X] miljun fil-31 ta’ Diċembru 2016, li huwa ugwali għall-valur kontabilistiku tal-kapital investit (92). |
|
(270) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport ta’ ċertifikazzjoni jistma li l-valur tal-intrapriża ta’ Alitalia jista’ jkun ta’ EUR [X XXX] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2019 bħala riżultat tar-ristrutturar previst fil-Pjan ta’ rkupru. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-istimi fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni jirreferu għall-valur tal-intrapriża, li mhuwiex l-istess bħal dak li xerrej potenzjali jew investitur ta’ ekwità jkun lest iħallas għal Alitalia, għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, il-valur tal-intrapriża jinkludi d-dejn, li jenħtieġ li jitħallas lill-kredituri. It-tieni, il-valur tal-intrapriża ħa f’kunsiderazzjoni l-operat mhux interrott u avvjat ta’ Alitalia, li ma kienx il-każ ladarba Alitalia daħlet taħt amministrazzjoni straordinarja. Sabiex jiġi kkalkolat il-valur li xerrej ikun qiegħed iħallas, huwa neċessarju li l-obbligazzjonijiet marbutin mal-assi għall-bejgħ jitnaqqsu mill-valur tal-intrapriża. |
|
(272) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, mir-rapport ta’ ċertifikazzjoni, sellief f’ekonomija tas-suq jista’ jiddeduċi li l-valur kontabilistiku tal-ekwità ta’ EUR [100-150] miljun jista’ jkun rappreżentazzjoni korretta tal-valur tas-suq tal-ekwità ta’ Alitalia. Għalhekk, sellief bħal dan jista’ jieħu l-valur kontabilistiku tal-ekwità bħala indikatur tal-prezz tal-bejgħ ta’ Alitalia fil-31 ta’ Diċembru 2016. Il-Kummissjoni tqis li dan tal-aħħar ikun indikatur mhux affidabbli fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali minħabba li l-biċċa l-kbira tal-obbligazzjonijiet ta’ Alitalia kif irrapportati fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni ġew iffriżati u, għalhekk, ma kinux għadhom rilevanti għall-bejgħ ta’ Alitalia fil-kuntest tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. B’hekk, il-valur tal-ekwità ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja seta’ kien ogħla minn dak ta’ Alitalia qabel l-amministrazzjoni straordinarja. |
|
(273) |
Madankollu, fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali, sellief f’ekonomija tas-suq ma kienx ikun jaf l-ammont tal-obbligazzjonijiet marbutin mal-kumpanija għall-bejgħ, peress li kienu għadhom ma humiex definiti. Dan huwa fattur kruċjali ta’ inċertezza, peress li l-prezz tal-bejgħ ta’ EUR [100-150] miljun, ikkalkolat fuq il-bażi tal-valur tal-ekwità ta’ Alitalia qabel l-amministrazzjoni straordinarja, huwa ferm anqas mis-EUR 627 miljun meħtieġa sabiex jitħallas lura s-self (il-premessa 255). |
|
(274) |
Il-Kummissjoni tqis li MEO kien ikollu tħassib addizzjonali dwar il-valwazzjoni fir-rapport dwar iċ-ċertifikazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ replikabbiltà tal-istudju u s-suppożizzjonijiet tiegħu. Fir-rigward tar-replikabbiltà, ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni ma fihx l-istima eżatta tal-valur tal-intrapriża u tal-ekwità ta’ Alitalia fl-2016. Dak il-valur ma jistax jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-data disponibbli fir-rapport minħabba li xi wħud mill-parametri neċessarji, b’mod partikolari r-rata ta’ skont (WACC, jiġifieri l-kost medju ponderat tal-kapital), ma humiex irrapportati. |
|
(275) |
Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani għal kjarifika dwar il-kalkolu tal-valur tal-intrapriża, b’mod partikolari għal tmiem l-2016, iżda l-Italja ma setgħet tipprovdi l-ebda spjegazzjoni. L-Italja ħadet ukoll impenn li titlob kjarifika mingħand Dr Ranalli stess dwar l-istimi (93), iżda l-Kummissjoni qatt ma rċiviet tweġiba dwar dak l-aspett. |
|
(276) |
Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet, il-valwazzjoni fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tiddependi fuq il-Pjan ta’ bidla rivedut oriġinarjament imħejji mill-maniġment ta’ Alitalia qabel il-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. Hemm numru ta’ raġunijiet għaliex dak il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ma jiġix ikkunsidrat bħala bażi għall-valur ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja. |
|
(277) |
L-ewwel nett, il-Pjan ta’ bidla ippreveda miżuri ambizzjużi għall-iffrankar tal-kostijiet u għall-ġenerazzjoni tad-dħul li, fuq il-bażi tal-kalkoli tal-Kummissjoni, ikunu jġibu r-redditu fuq il-kapital investit (“ROIC”) ta’ Alitalia għal 23,71 % fl-2021, l-aħħar sena tal-Pjan ta’ bidla (94). Dak l-ROIC huwa ferm ogħla mill-medja tal-industrija ta’ 6 % irrapportata fil-paġna 121 tal-Pjan ta’ bidla. MEO jkun jistenna li xerrej jew investitur ta’ ekwità potenzjali jkun xettiku minn dik il-mira ta’ profittabilità, minħabba li Alitalia kellha storja ta’ nuqqas ripetut ta’ lħuq tal-miri fil-pjanijiet preċedenti (ara l-premessi 221 sa 225). Barra minn hekk, l-ilħuq ta’ mira ta’ profitt tant ambizzjuża jiddependi fuq ristrutturar b’suċċess ta’ Alitalia, li MEO ma kienx jagħmlu fatta, fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija kienet f’diffikultà fiż-żmien tal-għoti tas-self u tal-fallimenti ripetuti fil-passat fl-implimentazzjoni ta’ ristrutturar vijabbli tal-kumpanija. |
|
(278) |
It-tieni nett, MEO kien jivvaluta l-valwazzjoni ta’ Alitalia f’xenarji alternattivi u anqas ottimistiċi ta’ profittabilità wkoll. Il-Kummissjoni wettqet analiżi tas-sensittività li assumiet xenarju li fih Alitalia tilħaq ROIC ta’ 6 % fl-2021, li huwa l-profittabilità medja fl-industrija tal-linji tal-ajru kif irrapportat fil-Pjan ta’ bidla (ara l-premessa 277). Imbagħad, fuq il-bażi ta’ dik is-suppożizzjoni ta’ profittabilità, il-Kummissjoni kkalkolat il-flussi ta’ flus mistennijin tal-kumpanija billi użat il-parametri u s-suppożizzjonijiet l-oħrajn imsemmijin fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni. |
|
(279) |
Minbarra l-profittabilità fl-2021, is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni jikkonċernaw il-profittabilità ta’ Alitalia fil-bidu tal-perjodu ta’ ppjanar, il-valur terminali fi tmiem il-perjodu ta’ ppjanar, jiġifieri l-2021 u d-WACC, jiġifieri r-rata ta’ skont. Fir-rigward tas-suppożizzjoni tal-profittabilità, l-ewwel sena tal-pjan tassumi l-istess profittabilità (EBIT ugwali għal negattiv 336,7 miljun) bħal dik ta’ Alitalia qabel l-amministrazzjoni straordinarja fl-2016. Fir-rigward tas-suppożizzjoni tal-valur terminali, l-istudju ta’ ċertifikazzjoni jiddependi fuq il-formula tat-tkabbir ta’ Gordon sabiex jistma l-valur terminali. Dak l-approċċ jassumi rata ta’ tkabbir kostanti u perpetwa tal-flussi ta’ flus tad-ditta kkunsidrata fl-aħħar sena tal-pjan. Ir-rapport ta’ ċertifikazzjoni jassumi rata ta’ tkabbir ta’ 1 %. Barra minn hekk, tagħmel l-aġġustamenti li ġejjin għall-fluss ta’ flus fl-aħħar sena tal-pjan: il-varjazzjoni tal-kapital operatorju nett ugwali għal żero u nefqiet kapitali ugwali għad-deprezzament. |
|
(280) |
Fir-rigward tas-suppożizzjoni tar-rata ta’ skont, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport ta’ ċertifikazzjoni ma jsemmix il-valur tad-WACC, jiġifieri r-rata li biha l-flussi ta’ flus futuri jiġu skontati sabiex wieħed tinkiseb stima tal-valur tal-intrapriża ta’ Alitalia. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tagħmel inġinerija inversa tad-WACC. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni bbażat fuq is-suppożizzjonijiet u fuq il-parametri tal-valwazzjoni disponibbli fir-rapport (95) u fuq suppożizzjoni konservattiva dwar il-livell fi stat fiss ta’ investiment (96). Bl-użu ta’ dawk is-suppożizzjonijiet, flimkien mal-istima tal-valur tal-intrapriża ta’ EUR [X XXX] miljun fil-31 ta’ Diċembru 2019 (ara l-premessa 270), jista’ jiġi stabbilit l-uniku parametru mhux magħruf li jifdal, jiġifieri d-WACC. Dak l-approċċ wassal għal WACC ta’ 9,61 %. Dak il-valur jidher plawżibbli, peress li huwa kemxejn anqas mill-10,8 % supponut fl-istudju ta’ Leonardo (ara l-premessa 284 et seq.) u fil-valwazzjoni tal-Kummissjoni stess (ara l-premessa 303 et seq.). |
|
(281) |
Il-Kummissjoni użat dak id-WACC ta’ 9,61 % sabiex jiġu skontati l-flussi ta’ flus riveduti ta’ Alitalia, sabiex jinkiseb valur tal-intrapriża ta’ EUR [XXX] miljun fil-31 ta’ Diċembru 2016. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll is-sensittività ta’ dik l-istima għaż-żewġ suppożizzjonijiet alternattivi li ġejjin. L-ewwel nett, jekk wieħed jassumi rata ta’ tkabbir perpetwu ta’ 1,7 % (97) minflok ta’ 1 %, il-valur tal-intrapriża jsir ta’ EUR [XXX,X] miljun. It-tieni, bl-iskontar tal-flussi ta’ flus b’WACC ta’ 10,8 % minflok ta’ 9,61 %, l-istima tal-valur tal-intrapriża ssir ta’ EUR [XXX,X] miljun. Filwaqt li dak il-valur jista’ ma jkunx stima akkurata tal-valur tal-intrapriża ta’ Alitalia peress li jirriżulta minn analiżi tas-sensittività aktar milli minn pjan ta’ direzzjoni tan-negozju komplut, huwa ferm anqas mill-istima ta’ mill-inqas EUR [X XXX,X] miljun, li tista’ tiġi inferita mir-rapport ta’ ċertifikazzjoni (ara l-premessa 269). |
|
(282) |
Għal dawk ir-raġunijiet kollha, u filwaqt li jitqies li ċertu ammont ta’ obbligazzjonijiet jiġi ttrasferit lill-kumpanija taħt amministrazzjoni straordinarja (u b’hekk iwassal għal valur ta’ ekwità aktar baxx), il-Kummissjoni tqis li MEO kien jivvaluta lil Alitalia ferm anqas minn EUR 627 miljun li kienu meħtieġa sabiex jitħallas lura s-self inizjali (il-premessa 255). |
|
(283) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Pjan ta’ bidla, li kien jinkludi tnaqqis importanti fil-kostijiet tas-salarji (ara l-premessa 40), ġie rrifjutat f’April 2017 mir-referendum tal-ħaddiema ta’ Alitalia. Għal dik ir-raġuni, ikun improbabbli ħafna li valwazzjoni ta’ Alitalia setgħet tkun ibbażata fuq pjan li kien għadu kemm ġie rrifjutat u li r-rifjut tiegħu daħħal lil Alitalia f’amministrazzjoni straordinarja. |
5.1.4.2.3.4.3.2 Evidenza ex post
5.1.4.2.3.4.3.2.1 L-istudju ta’ Leonardo & Co
|
(284) |
L-istudju ta’ Leonardo huwa datat is-16 ta’ Ottubru 2017, wara d-data tal-għoti tas-self inizjali. Minkejja li tħejja wara l-għoti tas-self inizjali, il-Kummissjoni temmen li hemm diversi raġunijiet għalfejn l-istudju ta’ Leonardo għall-valutazzjoni tal-MEO għandu jitqies bħala argument supplimentari. |
|
(285) |
L-ewwel nett, l-istudju ta’ Leonardo għandu l-għan li jistma b’mod preċiż il-valur tal-bejgħ mistenni ta’ Alitalia, li huwa l-valur meħtieġ sabiex jiġi applikat it-test tal-MEO kif deskritt fil-premessa 251. Dak l-istudju ntalab mill-Amministrazzjoni Straordinarja preċiżament minħabba li skont il-qafas legali Taljan, il-kummissarji straordinarji huma marbutin sabiex ma jbigħux il-kumpanija taħt l-amministrazzjoni tagħhom bi prezz aktar baxx mill-valur tas-suq tagħha. |
|
(286) |
It-tieni, peress li l-kummissarji straordinarji rċivew il-mandat sabiex ibigħu l-kumpanija fl-1 ta’ Awwissu 2017, l-istudju ta’ Leonardo preżumibbilment tħejja fil-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2017 sas-16 ta’ Ottubru 2017. Għalhekk, il-perjodu bejn l-għoti tas-self inizjali u ż-żmien meta saru disponibbli r-riżultati tal-valwazzjoni fl-istudju ta’ Leonardo huwa biss bejn tliet xhur u sitt xhur. Il-Kummissjoni tqis li dan il-perjodu ta’ żmien huwa aċċettabbli, peress li l-valur ta’ Alitalia ma setax jinbidel sostanzjalment f’dan il-perjodu. |
|
(287) |
It-tielet, il-valwazzjoni minn Leonardo & Co tirreferi għall-aktar parti (jew partijiet) għall-bejgħ rilevanti ta’ Alitalia. Dik il-valwazzjoni tagħti l-valur kontabilistiku tal-obbligazzjonijiet li xerrej inaqqas mill-valur tal-intrapriża sabiex jiddetermina prezz tal-bejgħ potenzjali. Kif innotat il-Kummissjoni fil-premessa 264, dik l-informazzjoni bbażata fuq l-evidenza ex ante ma kinitx disponibbli, li ħoloq inċertezzi dwar kemm xerrej jew investitur ta’ ekwità potenzjali jkun lest li jħallas għal Alitalia. Madankollu, dik l-informazzjoni setgħet tiġi kkalkolata minn investitur. |
|
(288) |
Ir-raba’, filwaqt li l-istima tal-valur tal-bejgħ u d-definizzjoni tal-perimetru tal-bejgħ isiru ex post, l-assi u l-obbligazzjonijiet soġġetti għall-valwazzjoni huma dawk li jirriżultaw mill-kotba ta’ Alitalia ta’ Alitalia fl-1 ta’ Mejju 2017, qabel l-għoti tas-self inizjali. |
|
(289) |
Fl-aħħar nett, il-perimetru tal-valwazzjoni fl-istudju ta’ Leonardo, kif iddefinit mill-kapital nett investit tal-Lott Uniku ta’ Alitalia (EUR [X XXX] miljun), huwa qrib dak iddefinit fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni ta’ Dr Ranalli (EUR [X XXX,X] miljun fil-31 ta’ Diċembru 2016). Għalhekk, il-valwazzjonijiet fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni u fl-istudju ta’ Leonardo jirreferu għal perimetru ta’ daqs simili f’żewġ punti ta’ żmien qrib xulxin, li jagħmilhom komparabbli. |
|
(290) |
Il-valwazzjoni minn Leonardo & Co tibbaża fuq żewġ pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għas-snin 2017-2022: wieħed huwa x-xenarju inerzjali u l-ieħor huwa x-xenarju ta’ rinaxximent. Tal-ewwel huwa xenarju pessimist li fih il-prestazzjoni mistennija ta’ Alitalia hija allinjata max-xejra tal-passat tagħha. B’kuntrast ma’ dan, ix-xenarju ta’ rinaxximent jipprevedi titjib fil-profittabilità u żieda fis-sehem mis-suq tal-kumpanija. Filwaqt li l-ġestjoni ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja kkummissjonat dawk iż-żewġ pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju wara l-għoti tas-self inizjali, MEO seta’ għamel projezzjonijiet simili ex ante. Barra minn hekk, iż-żewġ pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju jieħdu s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia fl-1 ta’ Mejju 2017 bħala punt tat-tluq. B’hekk, il-Kummissjoni tqis li l-istudju ta’ Leonardo jista’ jitqies bħala rikostruzzjoni ex post tal-valur ta’ Alitalia fuq il-bażi ta’ informazzjoni ex ante. |
|
(291) |
L-istudju ta’ Leonardo jistma l-valur ta’ Alitalia billi juża metodu mħallat ma’ komponent kemm ta’ assi kif ukoll ta’ profitt. |
|
(292) |
L-istudju ta’ Leonardo għażel dak il-metodu wkoll minħabba li kien metodu li diġà ntuża sabiex Alitalia tiġi valwata f’operazzjonijiet straordinarji preċedenti u minħabba li huwa metodu applikat b’mod komuni fil-qafas legali tal-liġi tal-Italja dwar l-amministrazzjoni straordinarja (98). Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tqis li, f’Mejju 2017, MEO seta’ japplika metodu simili sabiex jivvaluta l-valur tal-bejgħ mistenni ta’ Alitalia. |
|
(293) |
Il-metodu użat mill-istudju ta’ Leonardo jibda mill-komponent tal-assi, jiġifieri l-kapital nett investit, u mbagħad iżid il-komponent tal-profitt, jiġifieri l-avvjament (il-badwill), sabiex jiġi kkalkolat il-valur tal-intrapriża. L-istima tal-komponent tal-avvjament tikkonsisti fid-differenza bejn l-introjtu operatorju nett ta’ Alitalia u tal-pari ta’ Alitalia, fuq il-bażi tal-ewwel sentejn ta’ wieħed miż-żewġ pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju. |
|
(294) |
Il-metodu ta’ valwazzjoni tal-istudju ta’ Leonardo jintuża b’mod mifrux sabiex jiġu valwati kumpaniji f’diffikultà ekonomika bħal Alitalia (99). Ta’ min jinnota wkoll li dak il-metodu jwassal għal korrezzjoni negattiva tal-profitt, minħabba li Alitalia hija mistennija jkollha prestazzjoni agħar minn tal-pari tagħha fl-ewwel sentejn tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Imbagħad, xerrej ta’ Alitalia jnaqqas dan it-telf mill-offerta tiegħu minħabba li kieku kellu jinvesti f’xi pari oħrajn, ma jsostnix dan it-telf. Peress li xenarju bħal dan mhuwiex probabbli għal kumpaniji f’diffikultà, il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tal-istudju ta’ Leonardo tidher plawżibbli. |
|
(295) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel sentejn biss ta’ prestazzjoni batuta huma skontati fl-istudju ta’ Leonardo, meta kemm ix-xenarju inerzjali kif ukoll dak ta’ rinaxximent jipproġettaw li tali prestazzjoni ddum aktar. Li kieku dan ġie kkunsidrat, il-valur tal-bejgħ stmat ta’ Alitalia jkun saħansitra aktar baxx. |
|
(296) |
L-istima fl-istudju ta’ Leonardo tal-prezz tal-bejgħ tal-Lott Uniku ta’ Alitalia, jiġifieri l-valur tal-intrapriża tagħha nett mill-obbligazzjonijiet finanzjarji, tvarja bejn EUR [XXX] u EUR [XXX] miljun fix-xenarju inerzjali u bejn EUR [XXX] u [XXX] fix-xenarju ta’ rinaxximent. Il-medja tal-ogħla u tal-anqas valwazzjoni hija ugwali għal EUR [XXX] miljun. Il-Kummissjoni tqis li l-valwazzjonijiet ogħla mill-medja ta’ EUR [XXX] miljun ma humiex realistiċi, peress li jiddependu fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li huwa aktar ottimistiku mill-Pjan ta’ bidla rivedut, li l-Kummissjoni ma qisitx li kien realistiku (ara l-premessi 276-278) (100). |
|
(297) |
Minkejja li l-istudju ta’ Leonardo huwa datat is-16 ta’ Ottubru 2017, MEO seta’ jagħmel valwazzjoni simili bbażata fuq l-istess pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u informazzjoni disponibbli qabel l-għoti tas-self inizjali. Għalhekk, MEO kien jirrealizza li l-prezz tal-bejgħ potenzjali ta’ Alitalia kien aktar baxx mill-prezz minimu tal-bejgħ sabiex tħallas lura s-self, jiġifieri EUR 627 miljun (il-premessa 255). |
5.1.4.2.3.4.3.2.2 L-offerti ta’ Easyjet u ta’ Lufthansa
|
(298) |
Il-Kummissjoni analizzat l-offerti għall-akkwiżizzjoni ta’ partijiet minn Alitalia li Lufthansa u EasyJet issottomettew fis-16 ta’ Ottubru 2017 (ara t-taqsima 4.2.2.3 dwar l-offerti). Anke jekk jirrappreżentaw evidenza ex post, dawk l-offerti jistgħu potenzjalment jipprovdu parametru referenzjarju għall-valwazzjonijiet ex ante ta’ Alitalia. |
|
(299) |
L-offerta ta’ Lufthansa ma kinitx vinkolanti u kienet tikkonċerna biss ċerti partijiet tal-Lott tal-Avjazzjoni ([XX] ajruplan minn [XXX] u […] mill-persunal). Lufthansa vvalutat għal EUR 167 miljun il-25 ajruplan akkwistati mill-kumpanija Irlandiża ta’ Alitalia, Challey Ltd, skont kuntratt ta’ lokazzjoni u vvalutat il-bqija tan-negozju (inklużi s-slots u s-46 ajruplan l-oħrajn, 38 minnhom meħudin b’lokazzjoni) għal EUR 1. |
|
(300) |
EasyJet, fl-offerta mhux vinkolanti tagħha, ivvalutat in-negozju fuq distanzi qosra (minn Ruma u minn Milan) għal bejn EUR [XXX]-[XXX] miljun u n-negozju fuq distanzi twal sa EUR [XXX] miljun. Iż-żewġ offerti kienu marbutin bil-kundizzjoni li jinstab sieħeb sabiex jiġi fformat konsorzju ma’ sieħeb wieħed jew aktar. Bħala tali, minbarra li ma kinitx vinkolanti, l-offerta ta’ EasyJet kienet għadha ma hijiex finalizzata, minħabba li l-valwazzjoni finali tkun tiddependi fuq sieħeb li kien għadu mhux magħruf. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-offerta ta’ Easyjet assumiet akkwiżizzjoni mingħajr flus u mingħajr dejn u, għalhekk, ladarba jitqiesu l-obbligazzjonijiet marbutin mal-assi, l-offerta fi flus korrispondenti tkun ferm aktar baxxa. |
|
(301) |
Ġiet riċevuta wkoll offerta vinkolanti waħda għal-Lott ta’ Mmaniġġjar minn Airport Handling. F’dik l-offerta, il-parti tal-immaniġġjar ġiet ivvalutata b’offerta fi flus ta’ EUR [XX,X] miljun li setgħet tiżdied b’EUR [X,X] miljun oħrajn jekk jintlaħqu xi riżultati pożittivi fil-mira tliet snin wara l-għeluq. |
|
(302) |
B’mod ġenerali, l-offerti għax-xiri tan-negozju tal-avjazzjoni u tal-immaniġġjar ta’ Alitalia bħala negozju avvjat ivarjaw bejn EUR [XXX,X] miljun, jiġifieri l-valur fix-xenarju li fih EasyJet takkwista biss in-negozju tad-distanzi qosra għal EUR [XXX] miljun u Airport Handling tixtri l-lott tal-immaniġġjar għall-prezz minimu fil-premessa 301, għal EUR [XXX,X] miljun, jiġifieri x-xenarju tal-aħjar każ li fih EasyJet u Airport Handling iħallsu EUR [XXX] miljun u EUR [XX,X] miljun għan-negozju kollu tal-avjazzjoni ta’ Alitalia (jiġifieri kemm ir-rotot ta’ distanzi qosra kif ukoll dawk ta’ distanzi twal) u l-lott tal-immaniġġjar, rispettivament. Minkejja li test tal-MEO ma jistax jiddependi fuq evidenza ex post, u dawk l-offerti kienu preliminari u mhux vinkolanti (ħlief għal-Lott tal-Immaniġġjar), il-Kummissjoni tosserva li l-medjan ta’ dik il-medda ta’ valwazzjoni, jiġifieri EUR [XXX,XX] huwa allinjat mal-valwazzjoni tal-istudju ta’ Leonardo u mal-evalwazzjoni proprja tal-Kummissjoni mwettqa fil-premessi 303 sa 321. |
5.1.4.2.3.4.3.3 L-istima indipendenti tal-Kummissjoni
|
(303) |
Minbarra l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni sottomessa mill-Italja, il-Kummissjoni wettqet ukoll stima indipendenti tal-valur ta’ Alitalia sabiex tistma r-rikavati potenzjali mill-bejgħ ta’ Alitalia bħala negozju avvjat (101). Il-valwazzjoni tal-Kummissjoni tieħu perspettiva ex ante u hija bbażata fuq informazzjoni jew fuq suppożizzjonijiet li setgħu jkunu disponibbli għall-awtoritajiet Taljani f’Mejju 2017, fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali. |
|
(304) |
Il-valwazzjoni tal-Kummissjoni hija applikazzjoni tal-hekk imsejjaħ “metodu tal-multipli”. Is-suppożizzjoni ċentrali ta’ dak il-metodu hija li kumpaniji simili jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod simili. Fuq dik il-bażi, jekk ikun possibbli li jiġi osservat il-valur tal-kumpaniji li jkunu komparabbli mal-kumpanija li qed tiġi studjata, allura jkun possibbli li tinkiseb valwazzjoni għall-kumpanija tal-aħħar. Normalment, kumpaniji komparabbli jkunu kumpaniji elenkati li għalihom ikun possibbli li jiġi stmat il-Valur tal-Intrapriża (“EV”). B’mod speċifiku, għal-linji tal-ajru, l-EV użat jinkiseb bħala s-somma tal-ekwità tagħhom (il-valur tas-suq tal-ekwità pprovdut mill-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-istokks) u l-obbligazzjonijiet (inklużi l-entrati tal-karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali — bħall-kera għall-inġenji tal-ajru). Imbagħad, EV bħal dan, imsejjaħ ukoll EV aġġustat, jiġi skalat b’metrika tal-introjtu sabiex jiġi kkalkolat moltiplikatur. Imbagħad, il-multiplikatur jiġi applikat għaċ-ċifra tal-introjtu tal-kumpanija li tkun qed tiġi vvalutata sabiex tinkiseb l-istima li tirriżulta għall-valur tal-intrapriża li aktar tard ikollu jiġi aġġustat billi jitneħħew l-obbligazzjonijiet fil-karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali sabiex tinkiseb stima tal-valur tal-ekwità (102). |
|
(305) |
Fl-industrija tal-linji tal-ajru, il-metrika tal-introjtu li tintuża tipikament hija l-EBITDAR (il-Qligħ qabel l-Imgħaxijiet, it-Taxxa, id-Deprezzament, l-Amortizzament u l-Kirjiet). Minħabba li l-linji tal-ajru jistgħu jiddeċiedu li jieħdu b’lokazzjoni parti sinifikanti mill-flotta tal-inġenji tal-ajru tagħhom, l-EBITDAR jitqies bħala metrika aħjar sabiex jiġi vvalutat il-potenzjal ta’ qligħ tal-linji tal-ajru u huwa wkoll newtrali fir-rigward tal-għażla tal-istruttura tal-kapital (103). |
|
(306) |
Fl-applikazzjoni tagħha tal-metodu tal-multipli, il-Kummissjoni qieset il-multipli tal-EBITDAR ikkalkolati fl-istudju ta’ Leonardo (104) għal seba’ linji tal-ajru tradizzjonali matul il-perjodu 2017-2019. L-istudju ta’ Leonardo jistma medjan tal-EV/EBITDAR li huwa ugwali għal 4x fl-2017, għal 4,2x fl-2018 u għal 3,6x fl-2019. Il-Kummissjoni użat il-medja ta’ dawk it-tliet valuri (3,93x) bħala l-multiplu tal-EV/EBITDA li għandu jintuża f’dan il-każ (105). |
|
(307) |
Fir-rigward tal-EBITDAR ta’ Alitalia, il-Kummissjoni kkunsidrat erba’ xenarji possibbli. L-ewwel xenarju jqis il-medja storika tal-EBITDAR iġġenerata minn Alitalia fil-perjodu 2013-2016. Dak il-valur jammonta għal EUR [XXX] miljun. It-tieni xenarju huwa meħud mill-projezzjonijiet tax-xenarju inerzjali ppreżentat fl-istudju ta’ Leonardo u jagħti ammont ta’ EUR [XXX] miljun fl-2022 għall-EBITDAR. Fit-tielet xenarju, il-valur tal-EBITDAR jammonta għal EUR [XXX] miljun, fl-2022, meħud mix-xenarju ta’ rinaxximent previst ikkunsidrat fl-istudju ta’ Leonardu. Fl-aħħar nett, fir-raba’ xenarju, is-suppożizzjoni tal-EBITDAR ikkunsidrata hija l-previżjoni (għas-sena 2021) li saret fil-kuntest tal-Pjan ta’ bidla ta’ tard fl-2016 u tammonta għal EUR [XXX] miljun. |
|
(308) |
Mill-multipli tal-EV/EBITDAR ta’ 3,93x u mis-suppożizzjonijiet tal-EBITDAR fil-premessa 307, imbagħad huwa possibbli li jiġi stmat l-EV ta’ Alitalia bħala negozju avvjat. Dak il-valur ivarja minn EUR [XXX] miljun għal EUR [X XXX] miljun (ara t-Tabella 4). |
|
(309) |
Il-valur stmat tal-intrapriża jinkludi kemm l-obbligazzjonijiet fil-karta bilanċjali kif ukoll l-obbligazzjonijiet barra l-karta bilanċjali relatati mal-kirjiet. Għalhekk, sabiex jiġi stmat il-valur tal-ekwità, il-valur li huwa rilevanti għall-istima tal-flus possibbli li għandhom jiġu riċevuti mill-bejgħ ta’ Alitalia bħala negozju avvjat, l-EV għandu jiġi aġġustat billi jitneħħew kemm l-obbligazzjonijiet barra l-karta bilanċjali kif ukoll l-obbligazzjonijiet fil-karta bilanċjali (106). |
|
(310) |
L-ewwel aġġustament jikkonsisti fit-tneħħija tal-komponent tal-obbligazzjonijiet barra l-karta bilanċjali relatati mal-kiri tal-inġenji tal-ajru. Dan huwa aġġustament tipiku għall-industriji li fihom il-valur tal-kirjiet huwa sinifikanti u l-assi mikrijin huma kruċjali sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tad-dħul ta’ kumpanija (l-industriji tipiċi huma l-lukandi, il-linji tal-ajru, il-merkanzija kummerċjali u t-trasportaturi tat-tbaħħir). Il-valur kapitalizzat tal-kirjiet tal-inġenji tal-ajru għal Alitalia huwa stmat billi jiġu mmoltiplikati b’fattur ta’ 7 il-kirjiet annwali tal-inġenji tal-ajru. (107) Dak japprossima l-medja tal-ammont futur kapitalizzat ta’ ħlasijiet parzjali tal-kera li se jkunu dovuti mill-kumpanija sabiex ikollha għad-dispożizzjoni tagħha l-flotta ta’ inġenji tal-ajru li hija l-bażi taċ-ċifra tal-EBITDAR użata. |
|
(311) |
Fid-dawl tad-daqs tal-kera, li jirrifletti d-dipendenza għolja ta’ Alitalia fuq inġenji tal-ajru mogħtijin b’lokazzjoni sabiex twettaq il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha, dik il-korrezzjoni timplika aġġustament ’l isfel li jvarja minn EUR [X XXX] miljun għal EUR [X XXX] miljun skont is-suppożizzjonijiet speċifiċi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju magħmulin fir-rigward tal-flotta mikrija (108). |
|
(312) |
It-tieni aġġustament jikkonċerna l-obbligazzjonijiet finanzjarji fil-karta bilanċjali. Għas-sitwazzjoni speċifika ta’ Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja, dawk l-obbligazzjonijiet huma limitati esklussivament għal-lokazzjonijiet finanzjarji rrapportati fil-karta tal-bilanċ f’Mejju 2017, li l-ammont tagħhom huwa stmat f’EUR [XXX] miljun mir-rapport ta’ PwC (109). |
|
(313) |
Fuq il-bażi ta’ dawk iż-żewġ korrezzjonijiet, il-Kummissjoni ssib li l-valur tal-ekwità ta’ Alitalia jkun negattiv ħafna skont iż-żewġ xenarji aktar konservattivi (jiġifieri, ix-xenarji li jassumu EBITDAR ugwali għall-valuri storiċi tal-2013-2016 jew għal EBITDAR fl-2022 kif indikat fix-xenarju inerzjali tal-istudju ta’ Leonardo (il-kolonni 3 u 4 tat-Table 4)). Il-valur stmat tal-ekwità negattiva f’dawk ix-xenarji kellu jkun mistenni, peress li fiż-żewġ każijiet Alitalia għandha tariffi annwali relattivament għoljin għall-kiri tal-inġenji tal-ajru li huma ogħla mill-EBITDAR annwali mistenni. Għalhekk, l-introjtu mill-operazzjonijiet (EBITDAR) f’dawk ix-xenarji lanqas biss huwa biżżejjed sabiex iħallas għall-kost tal-kiri tal-flotta li eventwalment iwassal għal valur negattiv għan-negozju kollu. Tabella 4 Valwazzjoni multipla tal-EBITDAR
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(314) |
B’kuntrast ma’ dan, il-valur tal-ekwità huwa pożittiv taħt is-suppożizzjoni tal-EBITDAR tax-xenarju ta’ rinaxximent (EUR [XXX] miljun) u taħt is-suppożizzjoni tal-EBITDAR tal-Pjan ta’ Bidla (EUR [XXX] miljun). |
|
(315) |
Dawk iż-żewġ valuri ta’ ekwità stmati msemmijin l-aħħar jistgħu jitqiesu bħala l-istima tal-livell superjuri tal-prezz fi flus li investitur seta’ potenzjalment joffri sabiex jixtri lil Alitalia (110). Għalhekk, l-awtoritajiet Taljani, li kieku kienu wettqu l-analiżi deskritta fil-premessi 304 sa 315, setgħu jistennew li l-amministrazzjoni straordinarja setgħet tbigħ lil Alitalia bħala negozju avvjat għal massimu ta’ EUR [XXX]-[XXX] miljun f’termini ta’ offerta fi flus. |
|
(316) |
Fuq dik il-bażi, l-awtoritajiet Taljani setgħu jivverifikaw li anke l-offerta massima mistennija fi flus ta’ EUR [XXX]-[XXX] miljun ma kinitx tkun biżżejjed sabiex jitħallsu lura l-kapital u l-imgħax tas-self inizjali. Kif deskritt fil-premessi 255 u 323, sabiex jitħallsu lura l-kapital u l-imgħaxijiet tas-self inizjali, il-bejgħ ta’ Alitalia kellu jiġġenera tal-anqas EUR [XXX] miljun. |
|
(317) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-istima ta’ EUR [XXX] miljun tista’ tirrappreżenta biss livell superjuri ta’ offerta possibbli fi flus. Barra minn hekk, dawk il-valwazzjonijiet pożittivi tal-ekwità jinkisbu biss fl-2021 jew fl-2022, rispettivament għall-Pjan ta’ bidla u għax-xenarju ta’ rinaxximent. Dan ifisser li kieku xerrej possibbli ta’ Alitalia kellu jivvaluta l-prezz tal-flus li kien lest iħallas fl-2017, kien neċessarjament japplika skont fuq dak il-valur futur (jiġifieri jieħu l-valur preżenti) fl-2017 u jqis ukoll it-telf interim mistenni (peress li l-profitti ma kinux probabbli) bejn l-2017 u l-2022. Il-punt tat-tluq ta’ Alitalia fl-2017 kien is-sitwazzjoni ta’ mudell ta’ negozju insostenibbli b’EBITDAR li lanqas biss kien biżżejjed sabiex iħallas il-kera tal-inġenji tal-ajru tagħha. Kwalunkwe valwazzjoni magħmula fid-dawl tal-valuri attwali tal-2017 ta’ Alitalia bilfors li kienet twassal għal valwazzjoni negattiva. Imbagħad, akkwirent potenzjali ta’ Alitalia kien jivvaluta l-akkwiżizzjoni tagħha filwaqt li jqis il-ġenerazzjoni potenzjali ta’ introjtu wara l-fażi ta’ ristrutturar. Għal dik ir-raġuni, il-valwazzjoni tikkunsidra l-miżura tal-introjtu (EBITDAR) miksuba fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar taħt ix-xenarji differenti iżda jkollha taġġusta dak il-valur filwaqt li tqis it-telf interim probabbli qabel ma jitwettaq ir-ristrutturar. Barra minn hekk, ikollha tqis ukoll il-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex jitwettaq ir-ristrutturar. |
|
(318) |
Fuq bażi konservattiva, il-profitt jew it-telf mistenni jista’ jiġi approssimat bl-EBIT mistenni (111). Konsegwentement, il-valutazzjoni tal-offerta fi flus mistennija għall-akkwiżizzjoni ta’ Alitalia f’Mejju 2017 tkun tqis l-EBIT futur mistenni mill-2018 sal-2022 għax-xenarju ta’ rinaxximent u mill-2017 sal-2021 għall-Pjan ta’ bidla (112). Billi jiġi preżunt fattur ta’ skont ugwali għal 11,80 %, (113) imbagħad ikun possibbli li jiġi applikat skont fuq dawk il-flussi tal-EBIT u l-valur tal-ekwità pożittiva li jistgħu jinkisbu fl-2021 jew fl-2022 skont ix-xenarju speċifiku. |
|
(319) |
It-Table 5 tippreżenta ħarsa ġenerali lejn dawk il-kalkoli:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(320) |
Fiż-żewġ każijiet, it-tnaqqis fil-valur tal-ekwità huwa xprunat mill-perjodu latenti meħtieġ sabiex tintlaħaq il-profittabilità stabbli li tenfasizza l-valur pożittiv tal-ekwità tas-sena finali 2022 u l-perjodi ta’ EBIT negattiv li huma neċessarji sabiex jiġu ffinanzjati l-ewwel snin ta’ attività. |
|
(321) |
Dawk l-aġġustamenti juru li, fuq il-bażi tax-xenarji possibbli ta’ Alitalia u b’kunsiderazzjoni tal-perjodu neċessarju ta’ ristrutturar sabiex Alitalia titreġġa’ lura għall-profittabilità, kien ikun plawżibbli li wieħed jistenna offerta fi flus mhux ogħla minn EUR [XXX]-[XXX] miljun għal Alitalia. Dik il-medda hija ferm anqas mis-soll meħtieġ sabiex jitħallas lura s-self inizjali u l-imgħax, jiġifieri EUR [XXX] miljun (il-premessa 255). Fuq il-bażi ta’ dik l-istima tal-offerta fi flus possibbli għall-bejgħ ta’ Alitalia, MEO ma kienx jagħti s-self inizjali minħabba li ma kien hemm l-ebda prospett li s-self inizjali jitħallas lura b’xi mod sinifikattiv. |
5.1.4.2.3.4.3.4 Konklużjonijiet dwar jekk is-self inizjali kienx ikun allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq f’xenarju ta’ bejgħ
|
(322) |
Kundizzjoni neċessarja sabiex is-self inizjali jkun allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq f’xenarju ta’ bejgħ hija li l-flus disponibbli għal Alitalia fil-maturità ta’ sitt xhur ikunu akbar mir-ripagament tad-dejn ta’ EUR 630 miljun, li huwa s-somma tas-self ta’ EUR 600 miljun u l-imgħax ta’ 10 % fil-maturità ta’ sitt xhur (il-premessa 18). |
|
(323) |
Fuq il-bażi tal-evidenza fl-applikazzjoni għas-self inizjali, il-kummissarji straordinarji stennew li Alitalia tikkonsma l-biċċa l-kbira tas-self inizjali u li tibqa’ bi EUR 3 miljun fi flus fil-maturità ta’ sitt xhur (ara l-premessi 246 sa 248). Għalhekk, sabiex is-self inizjali jkun allinjat mal-kundizzjonijiet tas-suq, il-prezz tal-bejgħ mistenni ta’ Alitalia jrid ikun akbar minn EUR 627 miljun, jiġifieri r-ripagament tad-dejn ta’ EUR 630 miljun nett mill-flus disponibbli mistennijin fil-maturità ta’ sitt xhur. |
|
(324) |
Il-Kummissjoni bniet mill-ġdid ir-rikavati potenzjali mill-bejgħ ta’ Alitalia bħala negozju avvjat fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli ppreżentata mill-Italja u tal-valwazzjoni tagħha stess. Ir-rikostruzzjoni tal-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni disponibbli għal sellief f’ekonomija tas-suq fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali (evidenza ex ante), kif ukoll fuq evidenza ex post bħala parametru referenzjarju. |
|
(325) |
Mill-evidenza ex ante li l-Italja ssottomettiet, jiġifieri r-rapport ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni kisbet stima tal-valur tal-intrapriża ta’ Alitalia ta’ mill-inqas EUR [X XXX,X] miljun fil-31 ta’ Diċembru 2016. Operatur f’ekonomija tas-suq ma kienx jieħu dak il-valur tal-intrapriża bħala prezz potenzjali tal-bejgħ, minħabba l-eżistenza ta’ obbligazzjonijiet marbutin mal-assi mal-bejgħ u l-ammont inċert tagħhom fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali. Operatur f’ekonomija tas-suq kien jivvaluta wkoll lil Alitalia b’aspettattivi ta’ profittabilità aktar realistiċi minn dawk fil-Pjan ta’ bidla. B’mod aktar speċifiku, fix-xenarju li fih Alitalia tista’ ssir profittabbli daqs il-pari tagħha sal-2021, MEO kien jistma lil Alitalia mhux aktar minn EUR [XXX,X] miljun (ara l-premessa 281). Barra minn hekk, sellief f’ekonomija tas-suq kien iqis li xi obbligazzjonijiet, jiġifieri dawk li jgħaddu lil Alitalia taħt amministrazzjoni straordinarja, ikollhom jitnaqqsu minn dak il-valur tal-intrapriża. |
|
(326) |
Fuq il-bażi ta’ evidenza ex ante addizzjonali, jiġifieri l-valwazzjoni ppreżentata fil-premessi 303 sa 321 bl-użu ta’ data disponibbli pubblikament ex ante, il-Kummissjoni stmat il-prezz tal-bejgħ ta’ Alitalia għal massimu ta’ EUR [XXX] miljun. Dik il-valwazzjoni tibbaża fuq previżjonijiet tal-profittabilità aktar realistiċi mir-rapport ta’ ċertifikazzjoni, tuża metodi ta’ valwazzjoni komuni fl-industrija tal-avjazzjoni u tqis l-obbligazzjonijiet marbutin mal-assi ta’ Alitalia. |
|
(327) |
Dik l-istima hija kkonfermata wkoll mill-valutazzjoni magħmula fl-istudju ta’ Leonardo (il-premessi 284 sa 297) u mill-offerti magħmulin għax-xiri ta’ partijiet ta’ Alitalia (il-premessi 298 sa 302). |
|
(328) |
B’mod ġenerali, fuq il-bażi tal-evidenza ex ante, il-prezz tal-bejgħ ta’ Alitalia bħala negozju avvjat huwa ferm anqas mill-valur ta’ EUR 627 miljun li jkun neċessarju għall-għoti tas-self inizjali sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (il-premessa 255). |
|
(329) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-valwazzjonijiet ex ante u l-istudju ta’ Leonardo jirreferu, rispettivament, għal Alitalia fis-sħuħija tagħha qabel l-amministrazzjoni straordinarja u l-akbar lott ta’ bejgħ (jiġifieri l-Lott Uniku). Madankollu, investitur privat jista’ jkun interessat f’perimetru ta’ assi iżgħar, li jirriżulta f’rikavati mill-bejgħ saħansitra aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw mill-valwazzjonijiet għan-negozju kollu. |
|
(330) |
Minbarra l-istimi kwantitattivi tal-prezz tal-bejgħ ta’ Alitalia, il-Kummissjoni tosserva li operatur f’ekonomija tas-suq kien x’aktarx jislef anqas minn 100 % tal-prezz tal-bejgħ previst, fid-dawl tal-inċertezzi sinifikanti fuq ir-rikavati mill-bejgħ jew mir-riorganizzazzjoni u tat-twaqqit tat-tlestija tal-proċeduri rispettivi. Fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, il-finalizzazzjoni ta’ bejgħ jew ta’ riorganizzazzjoni fi ħdan il-maturità tas-self ta’ sitt xhur kienet tkun għan ambizzjuż ħafna. Operatur f’ekonomija tas-suq kien iqis li, jekk dak l-għan ma jintlaħaqx, ir-ripagament jittardja, jakkumula imgħax addizzjonali u jista’ jkun neċessarju self addizzjonali, meta jitqies li Alitalia kienet tkompli bix-xejra tagħha li tagħmel it-telf (ara l-premessi 218 et seq.). Il-Kummissjoni tosserva li l-aħħar xenarju fil-fatt immaterjalizza meta l-Italja tat it-tieni self ta’ EUR 300 miljun, kif spjegat fit-taqsimiet 1.2 u 2 ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(331) |
Fuq il-bażi ta’ dik l-evidenza, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self inizjali mhuwiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq peress li r-rikavati mill-bejgħ mistennijin fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali, flimkien mal-flus disponibbli mistennijin, kienu anqas minn EUR 630 miljun, is-somma tal-kapital u tal-imgħax. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis ukoll li mhuwiex neċessarju li jiġi vvalutat jekk ir-rata tal-imgħax ta’ 10 % hijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, peress li sellief f’ekonomija tas-suq ma kienx jagħti s-self inizjali affattu. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ammont kollu tas-self inizjali ta vantaġġ lil Alitalia. |
|
(332) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-konklużjonijiet fix-xenarju ta’ bejgħ huma konsistenti ma’ dawk fix-xenarju tar-ristrutturar u jipprovdu aktar appoġġ għalihom. B’mod aktar speċifiku, hemm flussi tal-flus negattivi lill-kumpanija fl-ewwel sena tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju li fuqhom huma bbażati l-istimi tal-valur tal-intrapriża fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni (it-taqsima 4.2.1.3) u fl-istudju ta’ Leonardo (it-taqsima 4.2.2.1). Għalhekk, anki jekk il-kummissarji straordinarji setgħu jirristrutturaw lil Alitalia f’konformità ma’ dawk il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, is-self inizjali kien ikopri t-telf mistenni fl-ewwel sena tal-perjodu ta’ ppjanar. Konsegwentement, fid-data ta’ maturità tas-self inizjali (jiġifieri l-5 ta’ Novembru 2017), Alitalia ma kienx ikollha biżżejjed flus sabiex tħallas lura s-self inizjali flimkien mal-imgħax. |
5.1.4.2.3.4.3.5 Evidenza dwar il-valur ta’ Alitalia f’xenarju ta’ likwidazzjoni
|
(333) |
Fost l-għażliet differenti sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ Alitalia, il-maniġment ta’ Alitalia, f’Diċembru 2016, qabel il-preżentazzjoni għall-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja, ikkontempla l-istralċ tal-kumpanija barra mill-proċedimenti ta’ falliment bħala alternattiva għall-Pjan ta’ bidla (114). F’dak ix-xenarju, il-valur stmat tal-assi kien ikun ta’ EUR [anqas minn żewġ] biljun filwaqt li dak tal-obbligazzjonijiet kien ikun ta’ EUR [aktar minn tliet] biljun, li jirriżulta f’valur nett ta’ madwar negattiv EUR [1-2] biljun. Barra minn hekk, il-maniġment ikkalkola li ż-żieda ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti relatati ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni u mas-sensja tal-ħaddiema kienet twassal sabiex il-kost tal-istralċ ta’ Alitalia jkun ta’ EUR [aktar minn erba’] biljun. |
|
(334) |
L-istima tal-maniġment tal-valur tal-assi ta’ EUR [1-2] biljun deskritta bħala x-xenarju ta’ likwidazzjoni fil-Pjan ta’ bidla tirriżulta minn bejgħ frammentat ta’ kull assi fil-karta tal-bilanċ ta’ Alitalia, jekk wieħed jassumi prezz speċifiku għall-assi. Pereżempju, il-flotta bi sjieda ta’ Alitalia hija vvalutata skont il-valur fis-suq ta’ nofs il-ħajja attwali tagħha, bi tnaqqis ulterjuri ta’ 20 % tal-ispejjeż relatati tal-manutenzjoni u tat-tiġdid maġġuri. Il-valur stmat tal-flotta meħuda b’lokazzjoni huwa ta’ żero u hekk ukoll tal-assi intanġibbli, tal-ishma tal-ekwità u ta’ assi speċifiċi oħrajn (eż. krediti ta’ taxxa differita, flus ristretti, eċċ.). |
|
(335) |
Il-Kummissjoni tqis li MEO ma kienx jagħti s-self inizjali fuq il-bażi tal-valur tal-assi f’xenarju ta’ likwidazzjoni. |
|
(336) |
L-ewwel nett, il-maniġment ta’ Alitalia ddikjara li dik il-valwazzjoni kienet preliminari u tkun teħtieġ konferma b’valutazzjoni. It-tieni, filwaqt li l-amministrazzjoni straordinarja tiffriża l-obbligazzjonijiet finanzjarji ta’ kumpanija, mhuwiex ċar kemm jifdal mill-EUR [aktar minn tliet] biljun f’obbligazzjonijiet u fi pretensjonijiet ta’ kontinġenza addizzjonali. It-tielet, ir-rikavati mill-bejgħ frammentat tal-assi f’xenarju ta’ likwidazzjoni jinkisbu gradwalment u fuq perjodu twil, speċjalment meta jitqiesu d-drittijiet limitati tal-kredituri li jinfurzaw it-talbiet tagħhom kontra kumpanija taħt amministrazzjoni straordinarja (ara l-premessa 47). |
|
(337) |
L-awtoritajiet Taljani kkummissjonaw ukoll studju sabiex jistmaw il-valur ta’ likwidazzjoni ta’ Alitalia matul l-amministrazzjoni straordinarja. Dak l-istudju kellu jinqasam f’żewġ partijiet. L-ewwel Parti, li tlestiet u ġiet sottomessa lill-Kummissjoni, li fiha biss elementi kwalitattivi u t-tieni parti, li l-Kummissjoni ma rċivietx, li pprovdiet valwazzjoni kwantitattiva tal-valur ta’ likwidazzjoni. L-aħħar taqsima tal-ewwel parti tal-istudju ta’ likwidazzjoni tqabbel ir-rikavati mill-bejgħ ta’ Alitalia f’xenarju ta’ likwidazzjoni u ta’ negozju avvjat. Dak il-paragun huwa ta’ natura kwalitattiva, iżda jindika b’mod ċar li r-rikavati mill-bejgħ ta’ Alitalia jkun aktar baxx f’xenarju ta’ likwidazzjoni milli f’xenarju ta’ negozju avvjat. |
|
(338) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk, skont il-leġiżlazzjoni li tirregola l-amministrazzjoni straordinarja, MEO jistax jinforza l-ħlas, pereżempju billi jinforza l-likwidazzjoni ta’ Alitalia. Fl-ittra tagħhom tat-3 ta’ Ġunju 2019, l-awtoritajiet Taljani indikaw li l-leġiżlazzjoni Taljana ma tippermettix lill-kredituri jitolbu kwalunkwe konverżjoni tal-proċedimenti ta’ amministrazzjoni straordinarja għal falliment. Skont l-Artikoli 69 u 70 tad-Digriet Leġiżlattiv 270/99, il-konverżjoni f’falliment tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja tista’ tiġi ordnata mill-qorti kompetenti, li taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, jew fuq talba tal-kummissarji straordinarji. Minkejja li dik il-qorti tista’ taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, jibqa’ l-fatt li l-leġiżlazzjoni Taljana ma tipprevedix il-possibbiltà li kreditur jiskatta l-likwidazzjoni ta’ Alitalia. |
|
(339) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jitqies ukoll il-fatt li peress li t-test tal-MEO mhuwiex sodisfatt meta jitqiesu r-rikavati mistennijin minn bejgħ bħala negozju avvjat, il-Kummissjoni tqis li t-test tal-MEO lanqas ma jingħadda skont l-ipoteżi tal-likwidazzjoni frammentata tal-kumpanija. |
5.1.4.2.4. Valutazzjoni tas-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun
|
(340) |
Mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni fil-premessi 189 sa 191, f’din it-taqsima, il-Kummissjoni tapplika t-test tal-MEO għat-tieni self f’iżolament, jiġifieri bħala miżura awtonoma u indipendenti mis-self inizjali (115). Meta tapplika dak it-test tal-MEO, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatti addizzjonali li ġejjin ikunu magħrufin għal MEO fis-16 ta’ Ottubru 2017, jiġifieri ż-żmien tal-għoti tat-tieni self, meta mqabblin ma’ dawk il-fatti magħrufin fiż-żmien tal-għoti tas-self inizjali:
|
|
(341) |
F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Unjoni (116), il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma tqisx il-benefiċċji u l-obbligi li joriġinaw mis-self inizjali. Peress li s-self inizjali jikkostitwixxi għajnuna, il-benefiċċji u l-obbligi korrispondenti jirreferu għall-Istat bħala awtorità pubblika aktar milli bħala MEO. |
|
(342) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis x’kienet tkun is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Alitalia fin-nuqqas tas-self inizjali ta’ EUR 600 miljun. F’dak ix-xenarju, Alitalia kien ikollha pożizzjoni tal-likwidità negattiva ta’ EUR [30-50] miljun fit-30 ta’ Settembru 2017 (117). Preżumibbilment, il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ Alitalia kienet tkun saħansitra agħar fis-16 ta’ Ottubru 2017, peress li l-kumpanija kienet qiegħda tagħmel it-telf (118). Peress li kumpanija tista’ topera biss jekk id-dħul ta’ flus ikun akbar mill-ħruġ ta’ flus, il-Kummissjoni tqis il-falliment ta’ Alitalia bħala xenarju raġonevoli mingħajr is-self inizjali. |
|
(343) |
Peress li Alitalia tfalli mingħajr is-self inizjali, ma tibqax negozju avvjat fiż-żmien tal-għoti tat-tieni self u, għalhekk, l-ebda sellief f’ekonomija tas-suq ma seta’ kkontempla jekk jagħtix it-tieni self dak iż-żmien. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-test tal-MEO ma jistax jiġi applikat b’mod iżolat għat-tieni self. Fit-taqsima li ġejja, il-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni taż-żewġ selfiet bħala miżura waħda u minsuġa. |
5.1.4.2.5. Valutazzjoni ġenerali tan-nisġa taż-żewġ selfiet mill-Istat lil Alitalia
|
(344) |
F’din it-taqsima, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ġenerali tan-nisġa taż-żewġ selfiet mill-Istat. Il-fatti li ġejjin jindikaw li ż-żewġ selfiet mill-Istat huma marbutin intrinsikament u, għalhekk, huma parti mill-istess miżura:
|
|
(345) |
L-analiżi tal-Kummissjoni fil-premessi 340 sa 343 tagħti aktar appoġġ għall-argument li t-tieni self huwa intrinsikament marbut ma’ dak inizjali. Ir-riżultat ta’ dik l-analiżi huwa li t-test tal-MEO ma jistax jiġi applikat għat-tieni self f’iżolament, minħabba li operatur f’ekonomija tas-suq ma kienx ikun fil-pożizzjoni tal-Istat Taljan li ma kienx jibbenefika mis-self inizjali. Għalhekk, it-tieni self huwa parti mill-istess miżura bħas-self inizjali minħabba li tal-ewwel ma kienx ikun jeżisti mingħajr dan tal-aħħar. |
|
(346) |
Meta wieħed iqis iż-żewġ selfiet mill-Istat bħala parti mill-istess miżura, il-Kummissjoni tikkonkludi li, jekk is-self inizjali jikkostitwixxi vantaġġ għal Alitalia, is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun jikkostitwixxi vantaġġ għal Alitalia wkoll. |
Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ
|
(347) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li t-test tal-MEO, l-ewwel nett, mhuwiex applikabbli għaż-żewġ selfiet mill-Istat mogħtijin lil Alitalia. It-tieni, anki jekk li kieku dak it-test kien applikabbli, il-Kummissjoni ssib li t-test tal-MEO mhuwiex issodisfat kemm fir-rigward taż-żewġ selfiet mill-Istat meħudin flimkien kif ukoll fir-rigward taż-żewġ selfiet mill-Istat separatament. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda MEO ma kien jagħti self inizjali u dak addizzjonali ta’ EUR 300 miljun, meta jqis in-nuqqas ta’ prospetti ta’ ripagament. |
|
(348) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-termini u l-kundizzjonijiet taż-żewġ selfiet mill-Istat bħad-data tat-tifdija tal-kapital u l-pagament tal-imgħax ġew differiti b’mod kostanti, billi l-għan ewlieni tal-awtoritajiet Taljani huwa li jipprovdu likwidità ġdida lil Alitalia, irrispettivament mill-kundizzjonijiet relatati. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żewġ selfiet mill-Istat jikkwalifikaw bħala għotjiet mogħtijin mill-gvern Taljan sabiex jappoġġaw it-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ Alitalia. |
|
(349) |
B’mod ġenerali, peress li l-Kummissjoni tqis li t-test tal-MEO mhuwiex applikabbli għaż-żewġ selfiet mill-Istat u li, anke li kieku dak it-test kien applikabbli, ma jiġix issodisfat peress li l-ebda operatur f’ekonomija tas-suq ma kien jagħti dak is-self lil Alitalia, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Taljan ta vantaġġ lil Alitalia li huwa ugwali għall-ammont nominali taż-żewġ selfiet, jiġifieri EUR 900 miljun. |
5.1.5. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(350) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jkollha effett fuq il-kummerċ intra-Unjoni (120). |
|
(351) |
Miżura mogħtija mill-Istat titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni meta tkun tista’ ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma’ impriżi oħrajn li jikkompeti magħhom. Għalhekk, huwa biżżejjed li l-għajnuna tippermetti lill-benefiċjarju jżomm pożizzjoni kompetittiva aktar b’saħħitha milli kieku kien ikollu li kieku ma ġietx ipprovduta l-għajnuna. |
|
(352) |
Skont il-programm ta’ amministrazzjoni straordinarja, il-Grupp Alitalia huwa l-linja tal-ajru ewlenija Taljana. B’mod partikolari, Alitalia kellha sehem mis-suq ta’ 12,6 % tat-traffiku totali tal-passiġġieri minn u lejn l-Italja (32,6 % b’kunsiderazzjoni biss tat-traffiku fuq in-network nazzjonali) u matul l-ewwel 10 xhur tal-2017 ġarret madwar 18,5 miljun passiġġier (16,3 miljun minn Alitalia u 2,2 miljun minn Cityliner), li minnhom 55 % huma fuq rotot domestiċi, 32 % fuq rotot internazzjonali u 13 % fuq rotot interkontinentali. Matul l-ewwel 10 xhur tal-2017, Alitalia taret lejn 94 destinazzjoni, inklużi 26 fl-Italja u 68 fil-bqija tad-dinja, b’total ta’ aktar minn 4 200 titjira fil-ġimgħa. Skont ir-rapport trimestrali tal-Kummissarji Straordinarji, ippubblikat f’Settembru 2018, (121) is-suq Taljan tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru huwa kompetittiv ħafna u huwa kkaratterizzat, fost l-oħrajn, minn penetrazzjoni għolja ta’ trasportaturi bi prezzijiet baxxi fis-suq domestiku (l-ogħla fl-Ewropa) u intra-Ewropew. |
|
(353) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ selfiet mill-Istat jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li jikkonċernaw lil Alitalia, kumpanija li l-attività tat-trasport tagħha, min-natura tagħha stess, tikkonċerna direttament il-kummerċ u tkopri diversi Stati Membri kif muri aktar ’il fuq. Huma jfixklu jew jheddu li jfixklu il-kompetizzjoni fis-suq intern ukoll, peress li jikkonċernaw biss kumpanija waħda, li hija f’kompetizzjoni ma’ linji tal-ajru oħrajn fuq in-network Ewropew. |
Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(354) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żewġ selfiet mill-Istat jinvolvu għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, għalhekk, se tivvaluta l-legalità u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. Il-benefiċjarju dirett tal-għajnuna huwa Alitalia u l-parti tal-Grupp Alitalia li tifforma unità ekonomika għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Imbagħad, dik l-unità ekonomika titqies bħala l-impriża rilevanti li tibbenefika mill-miżura ta’ għajnuna. Sabiex jiġi ddeterminat jekk diversi entitajiet jifformawx unità ekonomika, il-Qrati tal-Unjoni jħarsu lejn l-eżistenza ta’ sehem kontrollanti jew ta’ rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi. |
5.2. Il-legalità tal-għajnuna
|
(355) |
Il-Kummissjoni tinnota li ż-żewġ selfiet mill-Istat ingħataw lil Alitalia qabel ma ġew innotifikati lill-Kummissjoni. Għalhekk, iż-żewġ selfiet mill-Istat ingħataw bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u tal-obbligi ta’ sospensjoni stabbiliti fih. |
|
(356) |
Għalhekk, peress li nstab li ż-żewġ selfiet mill-Istat jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni tikkonkludi li jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
6. IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(357) |
Peress li ż-żewġ selfiet mill-Istat jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk dik l-għajnuna tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. |
|
(358) |
Għajnuna mill-Istat titqies kompatibbli mas-suq intern jekk taqa’ fost xi waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat u tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern jekk il-Kummissjoni jirriżultalha li taqa’ fost xi waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat. |
|
(359) |
Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li għandu l-oneru li juri li l-għajnuna mill-Istat mogħtija tkun kompatibbli mas-suq intern (122). |
6.1. Valutazzjoni skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE u b’mod partikolari skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar
6.1.1. L-eliġibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE u l-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar
|
(360) |
Skont l-Italja, li kieku ż-żewġ selfiet mill-Istat kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li jiġu vvalutati bħala għajnuna għas-salvataġġ skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, peress li Alitalia hija impriża f’diffikultà, u jkunu kompatibbli mas-suq intern skont dawk il-Linji Gwida. Dawk il-linji gwida jipprovdu r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
|
(361) |
Fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, il-Kummissjoni tista’ tqis kompatibbli mas-suq intern għajnuna mill-Istat li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, meta tali għajnuna ma tkunx taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(362) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-miżura skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, u b’mod partikolari skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(363) |
Il-Kummissjoni ssib li Alitalia tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà skont il-punt 20(c) tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, peress li ġiet iddikjarata insolventi fiż-żmien materjali (il-premessa 41). Konsegwentement, l-unika raġuni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna hija l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ibbażata fuq il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(364) |
Hawnhekk huma rilevanti żewġ tipi ta’ għajnuna ddefiniti minn dawk il-linji gwida, jiġifieri l-għajnuna għas-salvataġġ u l-għajnuna għar-ristrutturar. |
|
(365) |
Skont il-punt 26 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-għajnuna għas-salvataġġ hija, min-natura tagħha stess, assistenza urġenti u temporanja. L-objettiv primarju tagħha huwa li tagħmilha possibbli li impriża f’diffikultà tibqa’ operazzjonali fiż-żmien qasir meħtieġ sabiex jitwettaq pjan ta’ ristrutturar jew ta’ likwidazzjoni. |
|
(366) |
Skont il-punt 27 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar spiss tinvolvi assistenza aktar permanenti u trid tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju fuq il-bażi ta’ pjan ta’ ristrutturar fattibbli, koerenti u estensiv, filwaqt li fl-istess ħin tagħti lok għal kontribuzzjoni proprja adegwata u għal kondiviżjoni tal-piżijiet u tillimita d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni. |
|
(367) |
Filwaqt li l-Italja affermat li ż-żewġ selfiet mill-Istat jistgħu jikkostitwixxu għajnuna għas-salvataġġ (jekk jinvolvu għajnuna affattu), hija ma affermatx li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna għar-ristrutturar. L-Italja lanqas ma pprovdiet xi element li juri li dak is-self jissodisfa l-kriterji għall-għajnuna għar-ristrutturar stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(368) |
Sabiex l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-għajnuna għar-ristrutturar jitqiesu kompatibbli mal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, trid tissodisfa sett kumulattiv ta’ kriterji, stabbiliti fit-taqsima 3 ta’ dawk il-linji gwida. |
6.1.2. Kompatibbiltà tal-għajnuna għas-salvataġġ
|
(369) |
Fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ż-żewġ selfiet mill-Istat ma kinux kompatibbli talli naqsu milli jissodisfaw tliet kriterji fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar: (i) l-adegwatezza (il-punti 38(c) u 55(d)); (ii) il-proporzjonalità (il-punt 38(e)); (iii) l-effetti fuq il-kompetizzjoni u fuq l-kummerċ (il-punt 38(f)). |
|
(370) |
Fir-rigward tal-adegwatezza, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni osservat li s-self inizjali ma tħallasx lura fi ħdan sitt xhur wara l-iżborż tal-ewwel ħlas parzjali lil Alitalia, jiġifieri qabel l-4 ta’ Novembru 2017, li l-iskadenza għar-ripagament kienet ġiet estiża għal aktar minn sena u li kien ingħata self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun. |
|
(371) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-kriterju tal-adegwatezza sabiex iż-żewġ selfiet mill-Istat jiġu kkwalifikati bħala għajnuna għas-salvataġġ ma ġiex issodisfat peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 55 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar ma ġewx issodisfati: (a) iż-żewġ selfiet mill-Istat ma ġewx rimborżati fi żmien sitt xhur minn meta ngħataw; (b) ma kien hemm l-ebda pjan ta’ ristrutturar skont it-tifsira tat-taqsima 3.1.2 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar; (c) ma kien hemm l-ebda pjan ta’ likwidazzjoni skont it-tifsira tal-punt 55(d)(iii) tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. B’mod aktar speċifiku:
|
|
(372) |
Peress li l-kundizzjonijiet għall-għajnuna għas-salvataġġ huma kumulattivi, il-Kummissjoni tikkonkludi li, mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati l-kriterji l-oħrajn, iż-żewġ selfiet mill-Istat ma jikkwalifikawx bħala għajnuna għas-salvataġġ skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Għalhekk, iż-żewġ selfiet mill-Istat ma jistgħux jitqiesu kompatibbli mas-suq intern skont ir-regoli dwar l-għajnuna għas-salvataġġ stabbiliti f’dawk il-Linji Gwida. |
6.1.3. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar
|
(373) |
Fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar, kif iddikjarat fil-punt b tal-premessa 371, l-awtoritajiet Taljani ma ppreżentaw l-ebda pjan ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni bl-għan ta’ ritorn għall-vijabbiltà fit-tul jew xi pjan ta’ likwidazzjoni li jinvolvi l-bejgħ tal-assi ta’ Alitalia u likwidazzjoni sussegwenti tal-kumpanija fi ħdan żmien raġonevoli, kif meħtieġ mill-punti 55(d)(ii) u (iii) tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(374) |
Minkejja dan, il-Kummissjoni se teżamina jekk xi wieħed mid-dokumenti ppreżentati mill-Italja jistax jikkostitwixxi pjan ta’ ristrutturar. L-uniku dokument li jista’ jikkwalifika bħala pjan bħal dan huwa l-programm tal-amministrazzjoni straordinarja (ara l-premessa 43). |
|
(375) |
L-Italja ddikjarat li r-regolament dwar l-amministrazzjoni straordinarja ma jirrikjedix li jitfassal xi pjan ta’ ristrutturar mill-kummissarji straordinarji, għalkemm jista’ jiġi stabbilit pjan industrijali fi tmiem il-proċess tal-bejgħ mix-xerrej ta’ Alitalia. |
|
(376) |
Il-Kummissjoni tqis li l-programm tal-amministrazzjoni straordinarja ma jistax jitqies bħala pjan ta’ ristrutturar fattibbli, koerenti u wiesa’ sabiex tiġi rrestawrata l-vijabbiltà fit-tul ta’ Alitalia skont it-taqsima 3.1.2 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, iżda huwa biss programm li għandu l-għan li jżomm lil Alitalia ħajja sat-tlestija tal-bejgħ tal-assi operazzjonali tagħha. Jonqos milli jiddeskrivi kwalunkwe riorganizzazzjoni jew razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ Alitalia jew li jistabbilixxi perkors sabiex terġa’ ssir vijabbli u kompetittiva. |
|
(377) |
Il-programm innifsu huwa ffokat biss fuq il-konservazzjoni tal-assi produttivi ta’ Alitalia permezz tat-tkomplija tal-attivitajiet kummerċjali tagħha fid-dawl tat-tlestija tal-proċess ta’ bejgħ (123). Minħabba li l-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja kienet fi stadju embrijoniku, u minħabba l-qafas makroekonomiku ġenerali tal-programm (124), il-programm lanqas ma fih projezzjoni (definittiva u kwantitattiva) għas-saldu tad-djun ta’ Alitalia fuq il-bażi tar-riżultati mistennijin tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja. |
|
(378) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-għajnuna għar-ristrutturar, kif stabbilit fil-punt 61 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għar-ristrutturar iridu jkunu limitati għall-minimu strett neċessarju sabiex ikun jista’ jsir ir-ristrutturar, fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-benefiċjarju, tal-azzjonisti tiegħu jew tal-grupp kummerċjali li jappartjeni għalih. B’mod partikolari, irid jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja għall-kostijiet tar-ristrutturar u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet. |
|
(379) |
L-Italja ma pprovdiet l-ebda evidenza li kwalunkwe investitur jew grupp ta’ investituri jixtiequ jipprovdu kwalunkwe “kontribuzzjoni proprja” ġdida, li jkollhom jaqblu mal-ammont ta’ għajnuna (tal-anqas l-ammont ta’ kapital taż-żewġ selfiet mill-Istat), kif meħtieġ mit-taqsima 3.5.2.1 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(380) |
Fl-aħħar nett, skont il-punt 76 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, meta tingħata għajnuna għar-ristrutturar, iridu jittieħdu miżuri sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sabiex l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ jiġu mminimizzati kemm jista’ jkun u l-effetti pożittivi jegħlbu kwalunkwe effett negattiv. |
|
(381) |
L-awtoritajiet Taljani ma pproponew l-ebda miżura sabiex jevitaw distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni (miżuri ta’ kumpens), bħat-tnaqqis fil-kapaċità tal-kilometri ta’ postijiet disponibbli jew tnaqqis fl-islots tal-ajruporti, kif meħtieġ mit-taqsima 3.6.2 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. |
|
(382) |
Peress li l-kundizzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar huma kumulattivi, il-Kummissjoni tikkonkludi, mingħajr il-ħtieġa li teżamina kwalunkwe kriterju ieħor għall-għajnuna għar-ristrutturar, li ż-żewġ selfiet mill-Istat ma jikkwalifikawx bħala għajnuna għar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar peress li ma hemm l-ebda evidenza li:
|
|
(383) |
Fil-qosor, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żewġ selfiet mill-Istat ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna kompatibbli għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar. Minħabba li l-Italja ma ppreżentat l-ebda element relatat ma’ xi raġuni oħra ta’ kompatibbiltà, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żewġ selfiet mill-Istat huma inkompatibbli mas-suq intern. |
7. KONKLUŻJONI
|
(384) |
Il-Kummissjoni ssib li l-miżura li tikkonsisti fis-self ta’ EUR 600 miljun u fis-self ta’ EUR 300 miljun, mogħtijin favur Alitalia, tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli. L-Italja implimentat illegalment il-miżura ta’ għajnuna bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
8. L-IRKUPRU
|
(385) |
F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jiddikjara li “[f]ejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”. |
|
(386) |
B’hekk, minħabba li l-miżuri inkwistjoni ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, dawn jenħtieġ li jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq intern qabel l-għoti tagħhom. Jenħtieġ li l-irkupru jkopri ż-żmien mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv. L-ammont li jrid jiġi rkuprat jenħtieġ li jinkludi l-imgħax sal-irkupru effettiv. |
|
(387) |
Kif stabbilit fil-premessa 349, l-ammont kollu taż-żewġ selfiet mill-Istat jikkwalifika bħala vantaġġ mogħti mill-Italja lil Alitalia. Għalhekk, f’dan l-istadju, il-kapital tal-għajnuna diġà jista’ jiġi kkwantifikat għal EUR 900 miljun. L-Italja se jkollha tikkalkola l-imgħax tal-irkupru dovut sa mid-dati li fihom l-għajnuna ġiet żborżata lil Alitalia u sar-ripagament sħiħ tal-kapital tal-għajnuna. Jenħtieġ li l-imgħax jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (125). |
|
(388) |
L-obbligu ta’ ripagament tal-għajnuna u tal-imgħax ta’ rkupru applikabbli, ikkalkolat skont il-metodoloġija deskritta fil-premessa 387, jirriżulta irrispettivament minn kwalunkwe mgħax addizzjonali li l-Italja jista’ jkollha titlob mingħand Alitalia fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali jew fuq il-bażi ta’ kuntratti bejn Alitalia u l-Italja. Madankollu, l-Italja ma tista’ tħaddem l-ebda klawżola jew dispożizzjoni li tinsab fil-liġi nazzjonali jew f’kuntratti mal-benefiċjarju sabiex iddewwem l-irkupru lil hinn minn erba’ xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni jew sabiex jitnaqqas l-ammont li għandu jiġi rkuprat, li jrid jinkludi l-kapital tal-għajnuna ta’ EUR 900 miljun flimkien mal-imgħax ta’ rkupru applikabbli. |
|
(389) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li Alitalia (il-benefiċjarju dirett tal-kapital tal-għajnuna kif stabbilit) tista’ tifforma unità ekonomika mal-kumpaniji l-oħrajn fil-Grupp Alitalia minħabba l-kontroll potenzjali eżerċitat minn Alitalia, għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ara l-premessa 354). Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li, l-ewwel nett, l-Italja tirkupra l-għajnuna illegali u inkompatibbli mogħtija lill-Grupp Alitalia mingħand Alitalia. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi rkuprat l-ammont sħiħ tal-għajnuna mingħand Alitalia, l-Italja jenħtieġ li tirkupra kwalunkwe ammont pendenti mingħand kwalunkwe entità legali separata oħra li tifforma parti mill-Grupp Alitalia u li tikkostitwixxi unità ekonomika unika ma’ Alitalia, sabiex jiġi żgurat li l-vantaġġ mogħti jiġi eliminat u s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel fis-suq tiġi rrestawrata permezz tal-irkupru. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-self ta’ EUR 600 miljun u s-self ta’ EUR 300 miljun mogħtijin mill-Italja fit-2 ta’ Mejju 2017 u fis-16 ta’ Ottubru 2017, rispettivament, favur Alitalia — Società Aerea Italiana S.p.A. in amministrazione straordinaria, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dik l-għajnuna ġiet implimentata illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ self ta’ EUR 600 miljun u ta’ self ta’ EUR 300 miljun mogħtijin rispettivament fit-2 ta’ Mejju 2017 u fis-16 ta’ Ottubru 2017 favur Alitalia — Società Aerea Italiana S.p.A. in amministrazione straordinaria hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 3
1. L-Italja għandha tirkupra mingħand il-benefiċjarju l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1(2).
2. Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tagħhom.
3. L-imgħax imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun immedjat u effettiv.
2. L-Italja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha tagħti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u li jkunu ppjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni; u |
|
(c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
2. L-Italja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) tkun irkuprata għalkollox. Hija għandha tissottometti minnufih, fuq talba sempliċi mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu jew dawk ippjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ mgħax tal-irkupru li jkunu diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarju.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 256, 20.7.2018, p. 4.
(2) Decreto-legge 16 ottobre 2017, n. 148 — Disposizioni urgenti in materia finanziaria e per esigenze indifferibili (GU Serie Generale no. 242, 16.10.2017).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(5) Adria kienet diġà ppreżentat ilment dwar is-self inizjali u lment dwar is-self addizzjonali ta’ EUR 300 miljun (ara l-premessi 1 u 4), iżda ma kinitx ipprovdiet kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(6) Decreto-legge 2 maggio 2017, n. 55 — Misure urgenti per assicurare la continuità del servizio svolto da Alitalia S.p.A. (GU Serie Generale no. 100, 2.5.2017). Għalkemm l-Ordni Amministrattiv 55/2017 skada minħabba li ma ġiex ikkonvertit f’liġi sat-terminu rilevanti, l-effetti tiegħu nżammu bil-Liġi Nru 96 tal-21 ta’ Ġunju 2017.
(7) Legge 4 dicembre 2017, n. 172 — Conversione in legge, con modificazioni, del decreto-legge 16 ottobre 2017, n. 148, recante disposizioni urgenti in materia finanziaria e per esigenze indifferibili. Modifica alla disciplina dell’estinzione del reato per condotte riparatorie (GU Serie Generale no. 284, 5.12.2017).
(8) Diversi Pjanijiet ta’ Fatturazzjoni u ta’ Saldu tal-IATA, Sistemi ta’ Saldu tal-Kontijiet tal-Merkanzija tal-IATA u l-Kamra tal-Ikklirjar tal-IATA.
(9) Decreto-legge 30 aprile 2019, n. 34 — Misure urgenti di crescita economica e per la risoluzione di specifiche situazioni di crisi (GU Serie Generale no. 100, 30.4.2019). L-Ordni Amministrattiv 34/2019 ġie kkonvertit f’liġi bil-Liġi tat-28 ta’ Ġunju 2019, Nru 58, (GU Serie Generale no. 151, 29.6.2019).
(10) Decreto-legge 2 dicembre 2019, n. 137 — Misure urgenti per assicurare la continuità del servizio svolto da Alitalia — Società Aerea Italiana S.p.A. e Alitalia Cityliner S.p.A. in amministrazione straordinaria (GU Serie Generale no. 282, 2.12.2019).
(11) Kif irrapportata fir-Rapport tal-kummissarji straordinarji tal-11 ta’ Lulju 2018, li huwa aċċessibbli fuq: http://www.amministrazionestraordinariaalitaliasai.com/pdf/alitalia/allegato_2_alitaliarelazione2017.pdf.
(12) Iċ-ċart 1 hija mfassla fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dokument “Hemża 6 Organigramma tal-Grupp Alitalia”, mehmuża man-notifika tal-għajnuna għas-salvataġġ ippreżentata mill-Italja fit-23 ta’ Jannar 2018 (ara l-premessa 6).
(13) Azzjonisti oħrajn b’sehem ta’ 1 % jew anqas jinkludu Factorit S.p.A. (1 %), Macca Srl (0,96 %) u s-sehem residwu ta’ Air France-KLM (0,73 %).
(14) Ara d-Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku tat-12 ta’ Mejju 2017 li jqiegħed lil Cityliner taħt amministrazzjoni straordinarja, aċċessibbli pubblikament fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni Straordinarja ta’ Alitalia: www.fallcoweb.it/home/pdf/alitalia/estensione_procedura.pdf.
(15) Ara l-punt 85 fil-paġna 55 et seq. tar-Rapport dwar il-kawżi ta’ insolvenza ta’ Alitalia u ta’ Cityliner (Relazione sulle cause di insolvenza di Alitalia e Cityliner) imfassal fis-26 ta’ Jannar 2018 mill-kummissarji straordinarji u ppubblikat fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni Straordinarja ta’ Alitalia: http://www.fallcoweb.it/home/pdf/alitalia/relazione_cause_insolvenza.pdf.
(16) Ara http://corporate.alitalia.com/static/upload/201/0000/20160325_alitalia_sai_mogc-231_general-section.pdf
(17) Ara t-Taqsima 1.2.2 fil-paġna 20 tal-Programm tal-EA ppubblikat fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni Straordinarja ta’ Alitalia: http://www.fallcoweb.it/home/pdf/alitalia/programma_0418.pdf.
(18) L-Artikolu 67 tar-Regio Decreto 16 marzo 1942, n. 267 — Disciplina del fallimento, del concordato preventivo, dell’amministrazione controllata e della liquidazione coatta amministrativa (GU Serie Generale no. 81, 6.4.1942, kif sussegwentement emendat matul is-snin). Dan l-Ordni se jissejjaħ “il-Liġi Taljana dwar il-Falliment”.
(19) “Piano di risanamento” skont il-punt (d) tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 67 tal-Liġi Taljana dwar il-Falliment huwa proċedura għall-kumpaniji li jesperjenzaw diffikultà finanzjarja riversibbli, jiġifieri d-diffikultà finanzjarja jkollha l-probabbiltà li titreġġa’ lura minħabba n-natura speċifika tagħha li turi possibbiltà li titranġa u d-disponibbiltà ta’ riżorsi adegwati. Skont dik il-proċedura, l-isforzi ta’ rkupru jiġu ġestiti mill-kumpanija u mhux mill-awtorità ġudizzjarja.
(20) Skont ir-rapport tal-kummissarji straordinarji tal-11 ta’ Lulju 2018 (ara n-nota 20 f’qiegħ il-paġna), fil-31 ta’ Diċembru 2017 kien hemm 11 755 kuntratt ta’ impjieg miżmumin mill-Grupp Arlanda, li jikkorrispondu għal 10 871 impjegat full-time ma’ Alitalia S.p.A u ma’ CityLiner. Fil-31 ta’ Diċembru 2016, skont ir-rapport ta’ KPMG (Ara t-taqsima 4.2.1.2), kien hemm 10 781 ekwivalenti full-time impjegati mill-Grupp Alitalia (li jinkludi s-sussidjarji Irlandiżi wkoll).
(21) Skont il-Liġi Marzano li tinqara flimkien mal-Liġi Prodi-bis.
(22) Cityliner hija deskritta fil-premessa 39.
(23) Skont l-Artikolu 4 tal-Liġi Marzano flimkien mal-punt a tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 27, u l-Artikolu 54 et seq. tal-Liġi Prodi-bis.
(24) Decreto legislativo 8 luglio 1999, n. 270 — Nuova disciplina dell’amministrazione straordinaria delle grandi imprese in stato di insolvenza, a norma dell’articolo 1 della legge 30 luglio 1998, n. 274 (GU Serie Generale no. 185, 9.8.1999).
(25) Decreto-legge 23 dicembre 2003, n. 347 — “Misure urgenti per la ristrutturazione industriale di grandi imprese in stato di insolvenza” (GU Serie Generale no. 298, 24.12.2003).
(26) http://www.fallcoweb.it/home/pdf/alitalia/en_alitalia-sentenza-17_2017-eng1.pdf
(27) https://www.corriere.it/economia/17_aprile_25/escluso-salvataggio-stato-ma-voli-saranno-garantiti-b7bc7812-29e4-11e7-9909-587fe96421f8.shtml
(28) https://tg24.sky.it/economia/2017/04/30/intervista-carlo-calenda-alitalia.html
(29) https://www.ilsole24ore.com/art/alitalia-arrivano-commissari-gubitosi-laghi-e-paleari-prestito-ponte-600-mln-AEfKMpEB?refresh_ce=1
(30) http://www.ilgiornale.it/news/economia/alitalia-prestito-600-milioni-calenda-agli-italiani-gi-1392415.html
(31) https://www.repubblica.it/economia/2017/10/15/news/graziano_delrio_bus_treni_e_piu_metro_un_piano_da_30_miliardi_per_rilanciare_i_trasporti_-178383342/
(32) www.ilmessaggero.it/economia/flashnews/alitalia_gubitosi_il_2017_si_chiudera_con_una_crescita_dei _ricavi-3380622.html
(33) Kif irrapportat fil-paġna 133 tal-programm tal-EA, l-ebda offerta sottomessa (fost l-oħrajn, minn Lufthansa, minn EasyJet u minn Airport Handling S.p.A.) ma kienet konformi mar-regoli proċedurali. B’mod partikolari, skont il-paġna 17 tal-preżentazzjoni tal-kummissarji straordinarji waqt seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitati IX u X konġunti tal-Kamra tad-Deputati fis-27 ta’ Marzu 2019, dawk l-offerti kienu niqsin minn elementi vinkolanti u minn elementi essenzjali (bond tal-offerta, dokumenti kuntrattwali jew pjan industrijali).
(34) Il-possibbiltà li jkun hemm proċedura nnegozjata hija prevista mill-paragrafu 4-quater tal-Artikolu 4 tal-Liġi Marzano, bħala alternattiva għas-sejħa għall-offerti. Il-proċedura nnegozjata trid titwettaq mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni.
(35) Skont il-paġna 18 tal-preżentazzjoni tal-kummissarji straordinarji fis-seduta li saret fis-27 ta’ Marzu 2019 qabel il-Kumitati IX u X konġunti tal-Kamra tad-Deputati, fil-31 ta’ Ottubru 2018 il-kummissarji straordinarji rċivew żewġ offerti (Ferrovie dello Stato u EasyJet), manifestazzjoni ta’ interess waħda (Delta Air lines) u komunikazzjoni mhux vinkolanti waħda (Lufthansa, (“l-offerta ta’ Lufthansa”).
(36) Dik l-informazzjoni ġiet irrapportata mill-istampa: ara Il Corriere della Sera, il-21 ta’ Novembru 2019 “Alitalia, il salvataggio salta ancora: ottavo rinvio per la cordata”; La Repubblica, l-20 ta’ Novembru 2019 “Si ferma la cordata Fs-Atlantia. Alitalia verso l’ottavo rinvio”; La Repubblica, is-26 ta’ Novembru 2019 “Alitalia, la resa del governo. Patuanelli: “La soluzione di mercato non c’è”.
(37) Id-Deċiżjoni C(2008) 6745 final, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat N 510/2008 — l-Italja — Bejgħ ta’ assi tal-linja tal-ajru Alitalia.
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/155/KE tat-12 ta’ Novembru 2008 dwar is-self ta’ EUR 300 miljun li approvat l-Italja għall-kumpanija Alitalia Nru C 26/08 (ex NN 31/08) (ĠU L 52, 25.2.2009, p. 3).
(39) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(40) Il-lounge il-ġdida “Casa Italia” nfetħet f’Ġunju 2018 fl-ajruport Fiumicino ta’ Ruma, iż-żona tal-imbarkazzjoni taċ-ċentru kapitali li minnu kważi s-servizzi kollha fuq distanzi medji u twal ta’ Alitalia jitilqu lejn destinazzjonijiet barra miż-żona Schengen. Il-lounge tista’ tintuża esklussivament mill-passiġġieri ta’ Alitalia u ta’ SkyTeam li jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet internazzjonali interkontinentali u barra mix-Schengen.
(41) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).
(42) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(43) Il-Kummissjoni ma pprovditx il-valutazzjoni tagħha stess tal-valur ta’ Alitalia fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, iżda rreferiet għall-valur ta’ Alitalia fuq il-bażi tar-rapport ta’ valwazzjoni kkummissjonat mill-kummissarji straordinarji f’Ottubru 2017 (dak ir-rapport, l-hekk imsejjaħ studju ta’ Leonardo, huwa deskritt fil-premessi 118 sa 122; ara l-premessa 62 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).
(44) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea C/2016/2946 (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).
(45) Is-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland u oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682.
(46) Ir-rieżami indipendenti tan-negozju ta’ KPMG tal-pjan ta’ bidla ta’ Alitalia, datat il-15 ta’ Marzu 2017.
(47) Ibid, il-paġna 58 tar-rieżami minn KPMG.
(48) https://www.ranallieassociati.it/dt_team/riccardo-ranalli/
(49) Ittra ta’ konfort ta’ Dr Riccardo Ranalli datata l-15 ta’ Marzu 2017.
(50) Il-kost għal kull sit-kilometru disponibbli.
(51) Ara l-istudju ta’ Leonardo, il-paġna 3.
(52) Informazzjoni finanzjarja limitata ġiet ippubblikata mill-kummissarji straordinarji sat-2 ta’ Mejju 2017, sal-31 ta’ Diċembru 2017, sal-31 ta’ Marzu 2018, sat-30 ta’ Ġunju 2018 u sat-30 ta’ Settembru 2018 fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni Straordinarja ta’ Alitalia. Fis-27 ta’ Marzu 2019, il-kummissarji straordinarji ppubblikaw preżentazzjoni, li kienet tinkludi xi ċifri finanzjarji sal-31 ta’ Diċembru 2018
(53) Is-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, ECLI:EU:C:1987:283, il-punt 7.
(54) Is-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.
(55) Is-sentenza tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-248/84, ECLI:EU:C:1987:437, il-punt 17.
(56) Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60; is-sentenza tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.
(57) Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punti 60 u 61.
(58) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-19 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ SA.35378 Finanzjament tal-ajruport ta’ Berlin Brandenburg, il-Ġermanja (ĠU C 36, 8.2.2013, p. 10), il-premessi 14 to 33.
(59) Is-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni u Oħrajn, il-Kawżi Magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, ECLI:EU:C:2013:175, il-punt 104; is-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2010, Il-Greċja u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-415/05 P u T-416/05 P u T-423/05, ECLI:EU:T:2010:386, il-punt 177; is-sentenza tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-11/95, ECLI:EU:T:1998:199, il-punti 170 u 171.
(60) It-Taqsima 5.5 tal-formola tan-notifika.
(61) Ara, fost l-oħrajn, l-ittra b) tal-punt 1) tal-ittra mibgħuta mill-Italja lill-Kummissjoni fl-24 ta’ Jannar 2018 u l-punt 6) tal-ittra tal-25 ta’ Mejju 2018.
(62) Ara s-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 79-82 u 87.
(63) Is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2009, EDF vs Il-Kummissjoni, T-156/04, ECLI:EU:T:2009:505, il-punt 228.
(64) Ara, għal dak l-għan, is-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 30, 86 u 87.
(65) Ara l-premessa 51.
(66) Ara l-premessa 52.
(67) Ara l-premessa 54.
(68) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Arriva Italia u oħrajn, C-385/18, ECLI:EU:C:2019:1121, il-punt 73.
(69) Is-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punt 81.
(70) Is-sentenzi tas-16 ta’ Jannar 2018, EDF vs Il-Kummissjoni, T-747/15, ECLI:EU:T:2018:6, il-punt 142 u tad-19 ta’ Diċembru 2019, Arriva Italia u oħrajn, C-385/18, ECLI:EU:C:2019:1121, il-punt 48.
(71) Is-sentenzi tad-19 ta’ Diċembru 2019, Arriva Italia u oħrajn, C-385/18, ECLI:EU:C:2019:1121, il-punt 47 u tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll is-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2020, Comune di Milano vs Il-Kummissjoni, C-160/09 P, ECLI:EU:C:2020:1012, il-punt 106.
(72) Is-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2015, SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni, T-305/13, ECLI:EU:T:2015:435, il-punt 184.
(73) Is-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punt 85.
(74) https://www.repubblica.it/economia/2017/10/15/news/graziano_delrio_bus_treni_e_piu_metro_un_piano_da_30_miliardi_per_rilanciare_i_trasporti_-178383342/
(75) Ara l-premessa 155 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1498 tat-21 ta’ Diċembru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat u dwar il-miżuri SA.38613 (2016/C) (ex 2015/NN) implimentati mill-Italja għal Ilva S.p.A. f’Amministrazione Straordinaria (ĠU L 253, 9.10.2018, p. 45).
(76) Is-sentenzi tas-6 ta’ Marzu 2018, Il-Kummissjoni vs FIH Holding and FIH Erhversbank, C-579/16 P, ECLI:EU:C:2018:159, il-punt 56, tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland u oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-punt 52.
(77) Is-sentenzi tas-6 ta’ Marzu 2018, Il-Kummissjoni vs FIH Holding u FIH Erhversbank, C-579/16 P, ECLI:EU:C:2018:159, il-punt 56, tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-278/92 sa C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, il-punt 22, u tad-19 ta’ Diċembru 2019, Arriva Italia u oħrajn, C-385/18, ECLI:EU:C:2019:1121, il-punt 73.
(78) Dwar dan, ara s-sentenza tad-19 ta’ Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft, C-364/92, ECLI:EU:C:1994:7, il-punt 30.
(79) Is-sentenzi tat-22 ta’ Novembru 2007, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-525/04 P, ECLI:EU:C:2007:698, tal-24 ta’ Jannar 2013 Frucona Košice vs Il-Kummissjoni, C-73/11 P, ECLI:EU:C:2013:32, u tad-29 ta’ Ġunju 1999, DM Transport, C-256/97, ECLI:EU:C:1999:332.
(80) Minħabba l-istatus super privileġġjat tas-self fiż-żmien tal-għoti u l-iffriżar tad-dejn kollu li kien jeżisti qabel ta’ Alitalia minħabba l-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja, sellief f’ekonomija tas-suq kellu l-ewwel rikors fuq ir-rikavat mill-bejgħ. Il-Kummissjoni tinnota li s-self inizjali tilef l-istatus super privileġġjat tiegħu, wara l-modifiki introdotti bid-Digriet Amministrattiv dwar it-Tkabbir tat-30 ta’ April 2019.
(81) Il-Pjan ta’ Bidla, il-paġni 24-25.
(82) Il-Pjan ta’ Bidla, il-paġna 22.
(83) Il-Pjan ta’ Bidla, il-paġna 31.
(84) Ara t-Tabella 2 biċ-ċifri ewlenin tal-Grupp Alitalia. It-telf ta’ EUR 1,2 biljun huwa s-somma tat-telf ta’ EUR 468 miljun u ta’ EUR 697 miljun fl-2015 u fl-2016, rispettivament, ittondjata ’l fuq.
(85) Ir-rapport ta’ PwC tat-12 ta’ Ottubru 2017 imħejji għall-amministrazzjoni straordinarja.
(86) L-Istat Taljan jikkontrolla total ta’ 65 % ta’ Poste Italiane. Peress li għandu direttament madwar 30 % (permezz tal-Ministeru Taljan għall-Ekonomija u għall-Finanzi) u indirettament 35 % oħra (permezz ta’ Cassa Depositi e Prestiti, veikolu finanzjarju taħt il-kontroll tal-gvern Taljan).
(87) Jekk wieħed jassumi li l-Istat kellu parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 50 % ta’ Banca Monte dei Paschi, l-iskopertura tiegħu għal Alitalia kienet tammonta għal massimu ta’ EUR 20 miljun ([EUR 18-il miljun f’obbligazzjonijiet għal terminu qasir + EUR 20 miljun f’linji ta’ kreditu] X 50 %).
(88) Il-Fond Monetarju Internazzjonali, “The insolvency regime for large enterprises in Italy. An economic and legal assessment”, WP/18/218. https://www.imf.org/en/Publications/WP/Issues/2018/09/28/The-Insolvency-Regime-for-Large-Enterprises-in-Italy-An-Economic-and-Legal-Assessment-46276
(89) L-assi kurrenti huma magħmulin minn: inventarju ta’ EUR [XX] miljun, riċevibbli tan-negozju ta’ EUR [XXX] miljun, riċevibbli oħrajn ta’ EUR [XXX] miljun, u flus ta’ EUR [XX] miljun.
(90) Is-sottomissjoni bl-IT tal-informazzjoni datata l-25 ta’ Marzu 2019.
(91) Ara l-paġna 101 tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni.
(92) Il-valur kontabilistiku tal-kapital investit huwa s-somma tal-valur kontabilistiku tal-ekwità (EUR 129,8 miljun) u l-valur kontabilistiku tad-dejn nett (EUR 1 165 miljun).
(93) It-talba għal informazzjoni tas-26 ta’ Frar 2019.
(94) L-ROIC (redditu fuq il-kapital investit) huwa l-proporzjon ta’ NOPAT (profitt operatorju nett wara t-taxxa) u tal-kapital investit. Il-Kummissjoni kisbet l-NOPAT billi mmoltiplikat ir-rata tat-taxxa korporattiva Taljana ta’ 24 % (IRES) bil-profitt operatorju (EBIT) irrapportat fil-paġna 101 tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni. Il-kapital investit huwa rrapportat ukoll fil-paġna 101 tar-rapport ta’ ċertifikazzjoni. Peress li Alitalia kienet qed tagħmel it-telf u potenzjalment setgħet tirriporta dak it-telf, l-applikazzjoni tar-rata tat-taxxa statutorja għall-kalkolu tat-taxxi hija konservattiva, peress li tissottovaluta l-profitti netti u, b’hekk, l-ROIC.
(95) Jiġifieri, flussi ta’ flus ħielsa għall-kumpanija għas-snin 2020 u 2021, rata ta’ tkabbir perpetwu ta’ 1 %, suppożizzjonijiet ta’ normalizzazzjoni sabiex jiġi kkalkolat il-valur terminali (jiġifieri varjazzjonijiet fil-kapital operatorju nett ugwali għal żero u CAPEX ugwali għad-deprezzament).
(96) Dr Ranoli jassumi CAPEX fi stat fiss ugwali għad-deprezzament fl-aħħar sena tal-pjan. Peress li dak il-valur ma ġiex irrapportat fl-istudju, il-Kummissjoni qieset il-valur ta’ deprezzament fil-Pjan ta’ rkupru u d-differenza bejn l-EBITDA u l-EBIT, li skont id-definizzjoni hija ugwali għad-deprezzament u għall-amortizzament, bħala alternattivi possibbli. Il-Kummissjoni użat tal-ewwel, l-EBITDA, fl-istima tagħha, peress li dan irendi valur ogħla tal-intrapriża. Peress li dak il-valur huwa tali li t-test tal-MEO ma jiġix irrispettat (ara l-premessa 281), is-suppożizzjoni magħmula mill-Kummissjoni hija aktar konservattiva.
(97) 1,7 % huwa t-tkabbir tat-titjiriet li Eurocontrol kienet tistenna mill-2019 ’il quddiem fl-istudju tagħha “Seven years forecast” ta’ Frar 2017.
(98) L-istudju ta’ Leonardo, il-paġna 75.
(99) Ara, pereżempju, “Linee guida per la valuazione di aziende in crisi” mill-Consiglio Nazionale dei Dottori Commercialisti e degli Esperti Contabili.
(100) It-tqabbil tal-ewwel sentejn tal-Pjan ta’ bidla rivedut u tax-Xenarju ta’ rinaxximent, li huwa l-perjodu ta’ żmien rilevanti fil-metodoloġija tal-istudju ta’ Leonardo, dan tal-aħħar jipprevedi telf aktar baxx (medja ta’ EBITDA ta’ EUR 45 miljun meta mqabbla ma’ EUR –[XXX,X] miljun fil-Pjan ta’ bidla) u dħul ogħla (medja ta’ EBITDA ta’ EUR 3 265 miljun meta mqabbla ma’ EUR [X XXX] miljun fil-Pjan ta’ bidla). Barra minn hekk, ix-Xenarju ta’ rinaxximent jipprevedi żieda ta’ 21,66 % fid-dħul (10,49 % fil-Pjan ta’ bidla rivedut) mis-sena 1 għas-sena 2.
(101) Hawnhekk tintuża l-preżunzjoni ta’ negozju avvjat peress li anki l-kumpaniji komparabbli huma kumpaniji avvjati, u għalhekk jenħtieġ li titqies il-kumpanija kollha kemm hi u mhux l-assi tagħha biss.
(102) Fin-notazzjonijiet tal-formula, dan ikun ugwali għal:
|
|
Parametru referenzjarju tal-multiplikaturi = medja (EV/EBITDAR) għall-kumpaniji referenzjarji |
|
|
EV stmat għall-kumpanija studjata = Parametru referenzjarju tal-multiplikaturi X EBITDAR għall-kumpanija studjata. |
(103) Pereżempju, li kieku kellu jintuża l-EBITDA, dan ikun jattribwixxi bla bżonn dħul relattivament ogħla lil kumpaniji li jkunu sidien tal-flotta tagħhom (peress li d-daqs tal-flotta li tkun mixtrija x’aktarx ikun rifless fl-entrati tal-imgħax (I) u tad-deprezzament/tal-amortizzament (DA) tal-EBITDA). B’kuntrast ma’ dan, il-linji tal-ajru li jikru l-biċċa l-kbira tal-flotta tagħhom ikollhom EBITDA relattivament aktar baxx, peress li l-kirjiet għall-inġenji tal-ajru diġà jkunu tnaqqsu fil-kalkolu tal-EBITDA. Imbagħad, l-użu tal-EBITDAR għandu l-għan li jagħmel aktar komparabbli linji tal-ajru b’mudelli ta’ sjieda tal-inġenji tal-ajru differenti. L-użu ta’ EBITDAR mhuwiex limitat għall-industrija tal-linji tal-ajru iżda huwa komuni wkoll f’industriji oħrajn li fihom hemm investimenti għoljin f’assi fissi li jistgħu jew jinxtraw jew jinkrew (pereżempju, l-EBITDAR jintuża wkoll fl-industrija tal-lukandi sabiex titqabbel il-profittabilità bejn ditti differenti, fejn il-kumpaniji tal-lukandi jistgħu jkunu sidien diretti tal-bini jew jikruh).
(104) L-istudju ta’ Leonardo huwa deskritt fil-premessa 118 et seq.
(105) Għall-istima ta’ dak il-multiplu, il-Kummissjoni tuża l-istima mwettqa fil-paġna 108 tal-istudju ta’ Leonardo fuq seba’ kumpaniji tal-avjazzjoni tradizzjonali referenzjarji. Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Taljani setgħu vvalutaw ukoll valur simili f’Mejju 2017, minħabba li l-istess informazzjoni kienet disponibbli f’Mejju 2017 ukoll u l-metodoloġija hija wkoll metodoloġija standard ta’ valwazzjoni tan-negozju, speċjalment fl-industrija tal-linji tal-ajru. It-teħid tal-valur medjan huwa ġġustifikat sabiex tinkiseb stima konservattiva u speċjalment meta titqies l-inċertezza għolja relatata mal-vijabbiltà futura ta’ Alitalia. Dik l-inċertezza u l-prestazzjoni baxxa storika ta’ Alitalia fil-fatt jeskludu l-adozzjoni ta’ multipli ogħla mill-valur medjan.
(106) (Dan għaliex il-Valur tal-Intrapriża jqis il-valur tal-kumpanija kollha inklużi l-obbligazzjonijiet, filwaqt li l-valur tal-ekwità jqis biss il-valur tal-ekwità, u għalhekk huwa nett mill-obbligazzjonijiet.) Dak l-approċċ huwa allinjat mal-approċċ muri fl-istudju ta’ Leonardo fil-paġna 107 u huwa konsistenti wkoll mal-approċċ ta’ valwazzjoni deskritt fil-paġna 56 tal-preżentazzjoni “Transportation European Airlines — 4Q16 Review” minn Morgan Stanley Research, datata t-22 ta’ Marzu 2019 u ppreżentata mill-Italja bħala l-Anness 6 fil-25 ta’ Marzu 2019.
(107) Il-fattur ta’ 7x huwa applikat b’mod komuni fil-valwazzjoni tal-industrija tal-linji tal-ajru, ara pereżempju l-paġna 21 tal-istudju “Balancing the books, IFRS 16 and aviation finance” Diċembru 2017, Deloitte. https://cdn.euromoney.psdops.com/9e/4a/6119aed8408db267585cb6f42868/balancing-the-books-ifrs-16-and-aviation-finance-report-dec2017-5.pdf L-istess fattur jintuża wkoll fl-istudju ta’ Leonardo meta jiddeskrivi l-metodu ta’ EBITDAR fil-paġna 107.
(108) L-aġġustamenti sabiex jiġi rifless l-ammont ta’ kirjiet jittieħdu mill-pjanijiet rispettivi kkunsidrati f’kull xenarju. Ara t-Tabella 1 għas-sorsi speċifiċi.
(109) Għalkemm dik il-kwantità kienet stmata ex post minn Wizz, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Taljani setgħu vvalutaw l-istess valur jew valur simili f’Mejju 2017. Fi kwalunkwe każ, l-istima ta’ PwC tirreferi għas-sitwazzjoni ta’ Alitalia f’Mejju 2017 u, għalhekk, titqies bħala kontemporanja għall-għoti tad-deċiżjoni inizjali dwar is-self.
(110) Kif indikat fit-taqsima 4.2.1.2, il-Pjan ta’ bidla tqies ukoll bħala “ambizzjuż […] fid-dawl tal-istorja reċenti ta’ Alitalia” mir-rieżami indipendenti mwettaq minn KPMG. Fuq dik il-bażi, dak ix-xenarju, aktar milli jirrappreżenta livell konservattiv jew medju, jenħtieġ li jitqies bħala livell superjuri. Ix-xenarju ta’ Rinaxximent jikkondividi karatteristiċi simili tal-Pjan ta’ bidla u, għalhekk, jista’ jitqies ukoll bħala livell superjuri.
(111) L-użu tal-EBIT sabiex jiġi approssimat ir-riżultat nett huwa konservattiv minħabba li l-EBIT ma jqisx l-impatt tal-imgħax fuq id-dejn u l-impatt tat-taxxi. Barra minn hekk, mhux ir-riżultati netti kollha bilfors li jgħaddu lura għall-investitur bħala dividend. Għalhekk, l-użu taċ-ċifra sħiħa tal-EBIT bilfors li jwassal għal livell superjuri.
(112) Ix-xenarju ta’ Rinaxximent u l-Pjan ta’ bidla jkopru perjodu differenti minħabba li x-xenarju ta’ Rinaxximent sar sena wara. Madankollu, iż-żewġ pjanijiet jipprevedu perjodu ta’ ħames snin li matulu Alitalia tista’ tinġieb minn insolvenza għal profittabilità stabbli. Għalhekk, iż-żewġ pjanijiet huma simili ħafna u jista’ jiġi preżunt ukoll li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ bidla tista’ tiġi allinjata max-xenarju ta’ Rinainaxximent.
(113) Kif ikkomputat fl-istudju ta’ Leonardo fil-paġna 99. Il-fattur ta’ skont xieraq li għandu jiġi kkunsidrat huwa l-kost tal-komponent tal-ekwità tad-WACC ta’ Alitalia peress li dak il-kost medju tal-kapital jiġi kkunsidrat mill-investituri. L-offerta fi flus għax-xiri ta’ Alitalia hija stmata fuq il-bażi tal-valur tal-ekwità mistenni li jista’ jinkiseb wara r-ristrutturar.
(114) Ix-xenarju ta’ stralċ huwa ppreżentat fl-istess dokument li jiddeskrivi l-Pjan ta’ bidla
(115) Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-11/95, ECLI:EU:T:1998:199 u tal-15 ta’ Jannar 2015, Franza vs Il-Kummissjoni, T-1/12, ECLI:EU:T:2015:17.
(116) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland u oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682.
(117) Il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ –EUR [XX] miljun hija r-riżultat tat-tnaqqis ta’ EUR [XXX] miljun tas-self inizjali mill-flus totali disponibbli fit-30 ta’ Settembru 2017, jiġifieri EUR [XXX] miljun (is-somma ta’ EUR [XXX] miljun fi flus u EUR [XXX] miljun tas-self inizjali mhux użati).
(118) Bħala parametru referenzjarju ex post, il-Kummissjoni tosserva li fil-fatt Alitalia tilfet EUR [XX] miljun u EUR [XX] miljun fix-xhur ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2017.
(119) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 1998 f’T-11/95BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1998:199, il-punti 170 u 171; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Marzu 2013, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni u Oħrajn, il-Kawżi Magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, ECLI:EU:C:2013:175, il-punti 103 u 104.
(120) Is-sentenza tat-30 ta’ April 1998, Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77.
(121) http://www.amministrazionestraordinariaalitaliasai.com/pdf/alitalia/doc-3-relazione-az-trim--1-luglio--30-settembre-2018-omissis.pdf
(122) Il-Kawża T-68/03, Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2007:253, il-punt 34.
(123) Ara l-paġna 6 tal-programm tal-amministrazzjoni straordinarja.
(124) Ara l-paġna 145 tal-programm tal-amministrazzjoni straordinarja.
(125) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).