European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5425

8.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12044 — INSTATIQ / ZÜBLIN / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5425)

1.   

Fit-30 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

INSTATIQ GmbH (“INSTATIQ”, il-Ġermanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Sany Group Co., Ltd (“Sany”, iċ-Ċina),

—

Ed. Züblin AG (“Züblin”, il-Ġermanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn STRABAG SE (“STRABAG”, il-Ġermanja).

INSTATIQ u Züblin se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Nelcon GmbH & Co. KG (“JV”, il-Ġermanja), kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

INSTATIQ hija involuta fl-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet avvanzati ta’ kostruzzjoni, speċifikament permezz tat-teknoloġija tal-istampar 3D tal-konkrit għal konkrit standard u toffri diversi servizzi u xogħol ta’ kostruzzjoni relatati ma’ dawn is-sistemi,

—

Züblin hija attiva fil-kostruzzjoni u l-iżvilupp tal-bini, inklużi proġetti turnkey, tħaffir ta’ mini, u kostruzzjoni tal-azzar.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ JVse jkunu dawn:

—

L-iżvilupp, l-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta’ proċessi tal-istampar tal-konkrit 3D għal strutturi tal-bini li jerfgħu t-tagħbija bl-użu ta’ teknoloġija tal-ippumpjar u tal-estrużjoni mmuntati fuq it-trakkijiet fil-Ġermanja u fl-Awstrija.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12044 — INSTATIQ / ZÜBLIN / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5425/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)