Official Journal L 337 , 21/11/1989 P. 0006 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0097
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0097
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3470/89 tas-16 ta' Novembru 1989 dwar il-metodu ta' analiżi li għandu jintuża għall-applikazzjoni tan-Nota Addizzjonali 2 tal-Kapitolu 7 tan- nomenklatura magħquda Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3469/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan- nomenklatura magħquda (annessa mar-regolament fuq imsemmi) għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tan-Nota Addizzjonali 2 għall-Kapitolu 7 għan-nomenklatura magħquda; Billi, skond l-istudji mwettqa, il-metodu ta' analiżi deskritt fl-Anness ta' dan ir- regolament jidher li huwa xieraq; Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax opinjoni fit-terminu stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-metodu ta' analiżi li għandu jintuża għall-applikazzjoni tan-Nota Addizzjonali 2 għan-nomenklatura magħquda huwa dak li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir- Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1990. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Novembru 1989. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1 [2] Ara l-paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali -------------------------------------------------- L-ANNESS METODU TA' ANALIŻI LI GĦANDU JINTUŻA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAN-NOTA ADDIZZJONALI 2 TAL-KAPITOLU 7 TAN- NOMENKLATURA MAGĦQUDA 1. Prinċipju Kwantità miżuna tal-pritkuni jinxterdu f'ilma kiesaħ, mingħajr ma jgħaddu minn xi trattament fiżiku ieħor li jista’ jwassal għal tnaqqis fid-daqs tagħhom, jew minn xi modifikazzjoni strutturali. Il-materjal riżultanti jiġi mgħoddi minn passatur permezz ta' kwantità kbira ta' ilma kiesaħ u l-fdalijiet jitnixxfu u jintiżnu. L- ammont tal-prodott li jgħaddi mill-passatur (Z) huwa espress bħala perċentwali massa tal-kampjun, ikkoreġut sabiex jiġi meqjus l-ammont ta' umdità fil-kontenut. 2. Apparat 2.1. miżien analitiku 2.2. tazza biż-żennuna tal-ħġieġ, 1 1; 2.3. passatur tad-drapp tal-wire tal-metall minsuġ b'apertura ta' 2 mm; 2.4. karta xuga, mnixxfa; 2.5. forn li jnixxef, 40 °C 2.6. forn li jnixxef, 103 °C 3. Proċedura Iżen mill-inqas 100 ± 0, 1 g ta' kampjun rappresentattiv tal-pritkuni fit-tazza biż-żennuna (2.2). Żid 800 ml ilma kiesaħ u ħallieh joqgħod għal mill-inqas 16-il siegħa, u ħawwdu bil-mod kultant. Itfa’ l-kontenut tat-tazza biż-żennuna ġol-passatur (2.3) bl-użu ta' kwantità kbira ta' ilma kiesaħ. Itfa’ dak li jifdal fil-passatur ġo karta filtranti (2.4), poġġih fil-forn (2.5) f'temperatura ta' 40 °C nixxef bil-lejl. Wara lejl jinxfu, nixxef il-fdalijiet fil-forn (2.6) f'temperatura ta' 103 °C sakemm ikollok piż kostanti. 4. Kalkolazzjoni u espressjoni tar-riżultati Z = 100 – 1 × 100 – v100 fejn r hija l-massa, fi grammi, tal-fdalijiet mnixxfin tal-passatur i hija l-massa, fi grammi, tal-kampjun v hija l-kontenut ta' umdità tal-kampjun stabbilit skond il-metodu fis-Sezzjoni 1 ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/KEE [1]. [1] ĠU L 279, ta' l-20.12.1971, p. 7. --------------------------------------------------