[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.8.2007 KUMM(2007) 476 finali 2007/0172 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 11 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Kummissjoni tipproponi li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lil-Libanu fil-forma ta’ taħlita ta’ għotja u self bil-ħsieb li tappoġġa l-finanzi pubbliċi u l-bilanċ tal-ħlasijiet tal-Libanu. L-għajnuna proposta se tappoġġa l-isforz ta’ konsolidazzjoni fiskali tal-Libanu li jimmira li jnaqqas tad-dejn pubbliku għal livell sostenibbli bbażat fuq l-implimentazzjoni tal-programm tiegħu ta’ riforma ekonomika. Se tiffaċilita u tħeġġeġ ukoll l-isforzi ta’ l-awtoritajiet tal-Libanu biex jimplimentaw miżuri identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu. L-għajnuna makrofinanzjarja proposta se tkun eċċezzjonali u għal żmien definit. Din se tikkumplimenta l-appoġġ (i) mill-istutizzjonijiet ta' Bretton Woods, (ii) minn donaturi Għarab u oħrajn bilaterali, (iii) mill-Istati Membri ta’ l-UE, u (iv) u mill-fondi proprji ta’ l-UE, fl-ambitu ta’ l-ENPI u l-fondi tal-BEI, bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna tal-KE. L-għajnuna makrofinanazjarja se tkun suġġetta, partikolarment, għall-progress fl-implimentazzjoni ta’ l-arranġament EPCA ta' l-IMF u programm ieħor bl-appoġġ ta’ l-IMF. Din l-operazzjoni se sseħħ fi żmien meta r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu daħlu f’fażi ta’ integrazzjoni eqreb fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Minħabba l-bżonnijiet finanzjarji kbar fl-2007 u l-impenn qawwi ta' l-UE lejn l-appoġġ għall-Istat tal-Libanu, huwa importanti li l-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni tiegħu li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu qabel tmiem l-2007. | 120 | Kuntest ġenerali Il-Libanu jibqa’ wieħed mill-aktar pajjiżi fid-dejn fid-dinja. L-impatt tal-kunfitt ma’ l-Iżrael fis-Sajf ta’ l-2006 u l-effetti li nġemgħu minn politiki ekonomiċi ta’ l-imgħoddi wasslu għal kriżi serja li teħtieġ azzjoni urġenti. Il-programm ta’ l-IMF dwar Għajnuna ta’ Emerġenza għal Wara l-Kunflitti (EPCA) iffirmat reċentement, isaħħaħ il-kredibbiltà tal-programm tal-gvern dwar ir-riformi soċjoekonomiċi, jipprovdi mezz ta’ monitoraġġ mill-qrib ta’ l-implimentazzjoni tiegħu u jservi ta’ katalizzatur għal għajnuna esterna, partikolarment appoġġ baġitarju. Kemm l-EPCA u l-Pjan ta’ Azzjoni ta' l-UE u l-Libanu miftiehma fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat joffru l-bażi xierqa għall-MFA. S’issa, fin-nuqqas ta’ arranġamenti operattivi ta’ finanzjament ma’ l-IMF, l-operazzjonijiet MFA tal-KE favur il-Libanu ma jistgħux jiġu implimentati minkejja l-bżonnijiet straordinarji urġenti u d-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja. Żewġ laqgħat f’livell għoli seħħew f’Pariġi fl-2001 u 2002 (magħrufa bħala l-konferenzi Paris I u Paris II), imma ma ntlaħaq l-ebda konsensus fuq programm bl-appoġġ ta’ l-IMF. L-għajnuna finanzjarja internazzjonali, provduta wara Paris II, għenet biex ittejjeb sostanzjalment l-istruttura tad-dejn pubbliku u tnaqqas il-kost tiegħu, imma minħabba l-implimentazzjoni dgħajfa ta’ l-elementi strutturali tal-programm tar-riforma, il-benefiċċji kollha ta’ Paris II ma setgħux isiru realtà. Riformi soċjoekonomiċi komprensivi dehru mill-ġdid fuq l-aġenda politika tal-Libanu fl-2005 wara bidliet politiċi fil-pajjiż, li seħħew wara l-qtil ta’ Hariri, il-PM ta’ qabel. L-impenn tal-gvern il-ġdid favur riformi u stabbiltà finanzjarja ssaħħaħ permezz ta’ l-orjentament Ewropew tiegħu, ikkonferma d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-1 ta’ April 2006 u l-adozzjoni f’Jannar 2007 tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) bejn l-UE u l-Libanu. Fil-25 ta’ Jannar 2007 f’Pariġi, waqt il-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi dwar l-Appoġġ għal-Libanu (Paris III), il-komunità internazzjonali adottat il-programm u rahnet USD 7.6 biljun maqsuma f’erba’ tipi ewlenin ta’ għajnuna: “appoġġ lill-gvern” stmat daqs USD 5.1 biljun, “appoġġ lis-settur privat” ta’ USD 1.5 biljun, “proġetti fi tħejjija” daqs USD 870 miljun u “fondi diskussi bħalissa" daqs USD 82 miljun. Parti mill-għajnuna mrahna f’Paris III hija suġġetta għall-progress fir-riformi mwiegħda mill-gvern. Sar appell lid-donaturi biex ikunu flessibbli fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-għajnuna u biex fejn possibbli jaqilbu minn appoġġ finanzjarju għal appoġġ baġitarju biex jgħinu l-isforzi għall-konsolidazzjoni fiskali u s-sostenibbiltà tad-dejn. Il-programm ta’ l-IMF dwar Għajnuna ta’ Emerġenza għal Wara l-Kunflitti (EPCA) approvat fid-9 ta’ April 2007 jipprovdi wkoll garanzija għall-implimentazzjoni tar-riformi. L-2007 hija mistennija li tkun sena tassew diffiċli. L-instabbiltà politika u t-tfaqqigħ ta' vjolenza kontinwa tista' tippersisti qabel l-elezzjonijiet presidenzjali f’Settembru. Il-gvern se jkollu jsib bilanċ bejn in-nefqa, ir-rikostruzzjoni u l-bżonnijiet soċjali konsegwenza tal-kunflitti, u l-isfidi li joħorġu mill-eċċess enormi tad-dejn pubbliku. Il-politika fiskali timmira biex tillimita d-defiċit primarju filwaqt li takkomoda l-infiq għar-rikostruzzjoni u l-infiq fuq miżuri ta' sostenn soċjali, mill-ġdid taħt pressjoni minħabba l-kunflitti riċenti fil-kampijiet Palestinjani. Għalhekk, l-istampa għall-2007 mdawra bl-inċertezzi, li huma marbuta wkoll mad-disponibbiltà ta’ l-appoġġ tad-donaturi u l-kundizzjonijiet volatili tas-suq. Huwa mistenni li l-konsum privat u l-investiment jirpilja malajr fl-isfond ta’ l-isforzi tar-rikostruzzjoni, u l-ħlasijiet diretti ta’ kumpens se jeħtieġu nifs ġdid għall-fiduċja. Dewmien mistennija fl-implimentazzjoni tar-riformi minħabba staġnar politiku se jinfluwenzaw is-sitwazzjoni għas-snin li ġejjin. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Xejn | 140 | Koerenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Wara l-iffirmar tal-Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u l-Libanu f’Jannar 2007, il-Libanu sar wieħed mill-pajjiżi msieħba ta’ l-UE fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Il-ENP timmira li tiżviluppa relazzjoni dejjem eqreb bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba, li tmur lil hinn mil-livelli passati ta' kooperazzjoni, u li tapprofondixxi l-kooperazzjoni politika inkluż fil-qasam tal-politika barranija u ta' sigurtà. F’ħafna okkażjonijiet, wara l-kunflitti militari ma’ l-Iżrael fis-Sajf 2006, l-UE affermat mill-ġdid l-impenn qawwi tagħha favur l-appoġġ għall-Istat Libaniż u l-involviment tagħha b’appoġġ għal-Libanu fir-riformi politiċi, soċjali u ekonomiċi, u fir-rikostruzzjoni tiegħu. L-għajnuna Komunitarja permezz ta' l-istrument ta’ l-għajnuna makrofinanzjarja tikkontribwixxi biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali mal-Libanu. L-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) li sar diponibbli għal-Libanu għas-snin 2007-2013, jippermetti wkoll għanjuna fil-forma ta’ l-appoġġ fil-mira għar-riformi settorjali. Programmi ta’ appoġġ settorjali favur il-Libanu jimmiraw biex iħeġġu riformi soċjali u ekonomiċi, fis-settur ta’ l-enerġija u l-finanzi pubbliċi fost l-oħrajn. Madankollu, l-użu ta’ dan l-istrument fl-ambitu ta’ l-ENPI huwa maħsub biss għall-2009 u 2010. Finanzjament fl-ambitu ta’ l-istrument ta’ għajnuna makrofinanzjarja se jkun disponibbli ħafna qabel l-appoġġ baġitarju fl-ambitu ta’ l-ENPI. L-MFA, bħala strument immedjat, se jindirizza speċifikament il-bżonnijiet urġenti attwali ta’ finanzjament esteru tal-Libanu. Madankollu, l-għajnuna makrofinanzjarja se tappoġġa wkoll ir-riformi strutturali interim maħsuba fil-Pjan ta’Azzjoni ta' l-UE u l-Libanu u fil-programm tal-gvern ta’ “Rkupru, Rikostruzzjoni u Riforma”. | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 219 | L-għajnuna finanzjajrja lil-Libanu tifforma parti integrali mill-appoġġ Komunitarju internazzjonali b’appoġġ għall-isforzi interni tal-Libanu għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku sostenibbli wara l-gwerra. Hi tikkomplimenta finanzjament mirhan minn donaturi multilaterali u bilaterali fil-Konferenza fuq Livell Għoli b'Appoġġ għal-Libanu fil-25 ta' Jannar 2007 f'Pariġi. Is-servizzi tal-Kummissjoni kienu f’kuntatt ma’ l-awtoritajiet Libaniżi, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji u donaturi bilaterali tul it-tħejjija ta’ din il-proposta tal-Kummissjoni biex jiddiskutu l-bżonnijiet ta’ l-għajnuna. Il-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel ma ressqet il-proposta tagħha. Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinnegozjaw ma' l-awtoritajiet tal-Libanu Memorandum ta' Fehim u l-ftehimiet ta’ l-għotja u s-self sabiex jiġu stipulati fid-dettall il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | 229 | Ma kien l-ebda ħtieġa għal għarfien espert estern. | 230 | Valutazzjoni ta’ l-impatt Minħabba li l-għajnuna makrofinanzjarja hija strument abbażi ta’ politika, hija partikolarment xierqa biex tappoġġa l-isforzi ta’ l-awtoritajiet tal-Libanu biex ittejjeb is-sostenibbiltà fiskali immedjata u interim. L-għajnuna makrofinanzjarja se jkollha impatt immedjat fuq il-bilanċ tal-ħlasijiet tal-Libanu u b’dan il-mod se tikkontribwixxi biex jittaffew il-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku ta’ l-awtoritajiet. L-għajnuna tal-KE se tgħin l-awtoritajiet jimplimentaw politiki immedjati u interim identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu. | L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-Komunità għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Libanu għajnuna makrofinanzjarja fil-forma ta’ taħlita ta’ għotja u self fuq perjodu ta’ sentejn. L-għajnuna tista' ssir disponibbli f’massimu ta’ tliet partijiet li jitqassmu tul il-perjodu 2007-2009. L-għajnuna se tkun ġestita mill-Kummissjoni li għandha tiftiehem ma’ l-awtoritajiet il-kundizzjonijiet finanzjarji u l-politika ekonomika speċifiċi marbuta mal-ħlas tal-partijiet ta’ l-għotja. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet oħra, konsistenti mar-Regolamenti Finanzjarji, se jkunu kkunsidrati kif xieraq. | 310 | Bażi ġuridika L-Artikolu 308 tat-Trattat | 329 | Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | 331 | L-ammont ta’ l-għajnuna jikkorrispondi xi ftit jew wisq għal anqas minn terz tal-bżonnijiet residwi finanzjarji tal-Libanu għas-snin 2007-2008, koperti mill-għajnuna. Dan huwa meqjus bħala livell xieraq ta’ qsim tal-piż għall-Komunità, meta mqabbel ma’ l-għajnuna mogħtija lil-Libanu minn donaturi u kredituri bilaterali u l-komunità donatriċi internazzjonali inġenerali. L-għajnuna se tkun totalment konsistenti mal-miri makroekonomiċi diġà stabbiliti fid-dokumenti ta' politika ekonomika tal-Libanu, bħalma huwa x-xenarju makroekonomiku interim, huwa l-bażi tal-programm EPCA, approvat f’April 2007. Se tkun ukoll konsistenti ma' l-għanijiet fit-tul maħsuba fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu adottat f’Jannar 2007. Fir-rigward ta’ kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-ħlas tal-partijiet ta’ l-għotja u tas-self, il-Kummissjoni bi ħsiebha tiffoka fuq għadd limitat ta’ oqsma, inkluż partikolarment il-ġestjoni tal-fondi pubbliċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li timmira lejn politiki settorjali speċifiċi ta’ importanza partikolari, identifikati tali fil-Pjan ta’ Azzjoni ENP bejn l-UE u l-Libanu. | Għażla ta’ strumenti | 341 | Strument propost: oħrajn. | 342 | Fin-nuqqas ta’ regolament ta’ qafas għall-istrument ta’ għajnuna makrofinanzjarja, deċiżjoni ad hoc tal-Kunsill skond l-Artikolu 308 tat-Trattat hija l-uniku strument ġuridiku disponibbli għal din l-għajnuna. | IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 401 | Tali għajnuna tkun iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-2007 skond il-linja tal-baġit 01 03 02 (Għajnuna makroekonomika), bi ħlasijiet li jsiru tul il-perjodu 2007-2009. | TAGħRIF ADDIZZJONALI | Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni awtomatika | 533 | Il-proposta tinkludi klawżola ta' estinzjoni awtomatika. | 1. 2007/0172 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, Billi: 2. L-awtoritajiet tal-Libanu adottaw fl-4 ta’ Jannar 2007 programm komprensiv ta' riformi soċjoekonomiċi, li simultanjament jinkludi miżuri fiskali, strutturali u soċjali, li jiffissaw prijoritajiet interim għal azzjoni governattiva. 3. Il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, 4. L-awtoritajiet tal-Libanu ntrabtu ma’ riformi strutturali u ta’ stabbilizzazzjoni ekonomiċi, bl-appoġġ tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) permezz ta’ programm fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Emerġenza għal Wara l-Kunflitti (EPCA) li ġie approvat fid-9 ta’ April 2007, 5. Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li hija mistennija twassal għal integrazzjoni ekonomika aktar profonda. L-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li jidentifika prijoritajiet interim fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu u politiki relatati, 6. Il-Libanu jaffaċċa bżonnijiet finanzjarji sostanzjali ġejjin mil-limiti finanzjarji li jġorr is-settur pubbliku, inkluż livell għoli ta’ dejn pubbliku, aggravat bil-kunflitt militari ta’ Lulju u Awissu 2006 u previżjoni ta’ deterjorament tal-bilanċ tal-ħlasijiet fl-2007. 7. L-awtoritajiet Libaniżi talbu għajnuna finanzjarja fuq bażi konċessjonarja mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-Komunità u donaturi bilaterali oħrajn. Barra mill-finanzjament mill-IMF u l-Bank Dinji, jibqa' diskrepanza finanzjarja residwa sostanzjali x'tiġi koperta biex takkomoda l-bilanċ tal-ħlasijiet tal-pajjiż, il-finanzi pubbliċi u d-dejn pubbliku u biex tappoġġa għanijiet ta’ politika marbuta ma’ l-isforzi ta’ l-awtoritajiet għar-riforma. 8. Il-Libanu huwa wieħed mill-aktar pajjiżi mdejna fid-dinja li qed jiffaċċjaw piż kbir ta’ dejn. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-għajnuna Komunitarja għandha tkun disponibbli fil-forma ta’ taħlita ta’ għotja u self, bħala miżura biex tgħin lill-pajjiż benefiċarju f’din iċ-ċirkostanza kruċjali. 9. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità marbuta ma' din l-għajnuna finanzjarja, huwa meħtieġ illi jkun hemm provdut għal miżuri xierqa mil-Libanu relatati mal-prevenzjoni ta', u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra marbuta ma' din l-għajnuna, kif ukoll għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri. 10. Il-ħruġ ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ l-awtorità baġitarja. 11. Din l-għajnuna għandha tiġi amministata mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għal-Libanu għajnuna finanzjarja li tammonta għal massimu ta’ EUR 80 miljun, bil-ħsieb li tappoġġa l-isforzi interni tal-Libanu għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku sostenibbli wara l-gwerra, u b'dan il-mod, ittaffi l-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-gvern. Minħabba l-livell għoli tad-dejn tal-Libanu, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja tikkonsisti f'EUR 50 miljun f'self u sa EUR 30 miljun f'għotjiet. 2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew fehimiet milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Libanu. 3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista' tiddeċiedi illi testendi l-perjodu ta' disponibbilità b'massimu ta' sena. Artikolu 2 1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji mehmuża ma' din l-għajnuna finanzjarja, li għandha tiġi stabbilita f'Memorandum ta' Fehim u Ftehimiet ta’ Għotja u ta’ Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-fehimiet msemmija fl-Artikolu 1(2). 2. Tul l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ timmonitorja l-validità ta’ l-arranġamenti finanzjarji tal-Libanu, tal-proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi interni u esterni ta' sorveljanza li huma relevanti għal din l-għajnuna finanzjarja Komunitarja. 3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta’ dik l-għajnuna u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b’mod sodisfaċenti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma’ l-Istituzzjonijiet Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Artikolu 3 1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għal-Libanu f’massimu ta’ tliet partijiet. 2. Il-ħlas ta’ kull parti għandu jinħareġ abbażi ta’ implimentazzjoni sodisfacenti tal-programm ekonomiku appoġġat mill-IMF. 3. Barraminhekk, it-tieni u t-tielet parti għandhom jinħarġu abbażi ta’ implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku appoġġat mill-IMF u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu u kwalunkwe miżura oħra miftiehma mal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 2(1), u mhux qabel kwat wara l-ħruġ tal-parti preċedenti. 4. Il-fondi għandhom jitħallsu lill-Banque du Liban esklussivament b’appoġġ għall-bżonnijiet finanzjarji tal-Libanu. Artikolu 4 L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi implimentata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [3] u r-regoli ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. Partikolarment, il-Memorandum ta’ Fehim u l-Ftehimiet ta’ Għotja/Self ma' l-awtoritajiet tal-Libanu għandhom jipprevedu miżuri xierqa mil-Libanu marbuta mal-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra, frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna. Għandhom jipprevedu wkoll kontrolli mill-Kummissjonim inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, bid-dritt li jsiru spezzjonijiet fuq il-post u spezzjonijiet u għal verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, fejn xieraq, sabiex jitwettqu fuq il-post. Artikolu 5 Sal-31 ta’ Awissu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika l-konnessjoni bejn il-kundizzjonijiet ta’ politika stipulati fl-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali kontinwa tal-Libanu, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex toħroġ il-partijiet tal-ħlas ta’ l-għajnuna. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA Qasam ta’ politika: Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Attività: 03 – Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali | TITOLU TA' L-AZZJONI: GħAJNUNA MAKROFINANZJARJA GħAL-LIBANU | 1. LINJA/I TAL-BAĠIT + INTESTATURA/I Artikolu 01 03 02 – Għajnuna makroekonomika 2. ĊIFRI GLOBALI 2.1. Allokazzjoni totali għall-azzjoni (il-Parti B): EUR 30 miljun għall-impenn Baġit disponibbli għall-2007 EUR 58.201 miljun fl-Approprjazzjonijiet għall-Impenji u EUR 78.694 miljun f’Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet għal-linja tal-baġit 01 03 02. 2.2. Il-perjodu ta' l-applikazzjoni: Is-sena tal-bidu: 2007, is-sena tat-tmiem: 2009 2.3. Stima globali multijannwali tan-nefqa: 2.3.1 Il-parti ta’ l-għajnuna fil-forma ta’ għotja (a) Skeda indikattiva ta' approprjazzjonijiet għall-impenji/approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (intervent finanzjarju) ( ara l-punt 6.1.1 ) Miljuni ta’ euro ( sa tliet punti deċimali ) 2007 | 2008 | 2009 | Total | Impenji | 30.000 | 30.000 | Ħlasijiet | 15.000 | 15.000 | 30.000 | (b) In-nefqa għall-għajnuna u l-appoġġ tekniċi u amministrattivi ( ara l-punt 6.1.2 ) Impenji | 0.030 | 0.030 | 0.060 | Ħlasijiet | 0.030 | 0.030 | 0.060 | Subtotal a+b | Impenji | 30.030 | 0.030 | 30.060 | Ħlasijiet | 15.030 | 15.030 | 30.060 | (c) Impatt finanzjarju kumplessiv ta' riżorsi umani u nefqa amministrattiva oħra (ara punti 7.2 u 7.3) Impenji/ ħlasijiet | 0.165 | 0.165 | 0.330 | TOTAL a+b+c | Impenji | 30.195 | 0.195 | 30.390 | Ħlasijiet | 0.165 | 15.195 | 15.030 | 30.390 | 2.3.2 Il-parti ta’ l-għajnuna fil-forma ta’ self 01 04 01 04 – "Garanzija tal-Komunità Ewropea għall-self Komunitarju kkostitwit għall-għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi" L-entrata baġitarja (“p.m.”) li tirrifletti l-garanzija baġitarja għall-parti ta’ l-għajnuna fil-forma ta’ self (EUR 50 miljun) se tiġi attivata biss fil-każ ta’ sejħa effettiva fuq il-garanzija. Huwa mistenni li normalment il-garanzija bankarja mhix se tkun imsejħa. Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni għandu jiġi allokat skond ir-Regolament tal-Fond kif emendat[4]. B’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-self mhumiex aktar previst għall-ammont sħiħ fil-waqt tad-deċiżjoni imma bbażati fuq l-ammont pendenti fit-tmiem ta’ sena. L-ammont ta' proviżjoni huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-attivi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan l-ammont ta’ proviżjoni huwa introdott fis-sena "n" għall-baġit preliminari "n+1" u effettivament imħallas fi tranżazzjoni waħda fil-bidu tas-sena "n+1" mir-"riżerva għas-self u garanziji għas-self għal u f'pajjiżi li mhumiex membri" (linja tal-baġit 01 04 01 13) għall-“proviżjoni tal-Fond ta’ Garanzija” (linja tal-baġit 01 04 01 14). Konsegwentement, 9% (massimu ta’ EUR 4.5 miljun) ta’ l-ammont imħallas effettivament se jkun meqjus fl-ammont fil-mira fit-tmiem is-sena “n-1” għall-kalkolu tal-proviżjoni tal-Fond. 2.4. Kompatibbiltà mal-programmazzjoni finanzjarja u l-perspettiva finanzjarja Il-proposta hi kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti. 2.5. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. 3. KARATTERISTIĊI TAL-BAĠIT Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | Mhux obbligatorja | Differenzjata | LE | LE | LE | Nru 4 | 4. BAŻI ĠURIDIKA L-Artikolu 308 tat-Trattat 5. DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET 5.1. Ħtieġa ta’ intervent mill-Komunità [5] 5.1.1. L-għanijiet fil-mira L-għajnuna proposta tikkonsisti f’self Komunitarju (li għandu jiġi ffinanzjat minn self Komunitarju mis-swieq kapitali internazzjonali) bl-ammont ta’ EUR 50 miljun u għotja Komunitarja sa EUR 30 miljun (li għandhom ikunu ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali) għal-Libanu. L-għajnuna makrofinanzjarja se tikkomplimenta finanzjament mirhan mill-komunità tad-donaturi internazzjonali fil-Konferenza fuq Livell Għoli b'Appoġġ għal-Libanu fil-25 ta' Jannar 2007 f'Pariġi: (i) mill-Bretton Woods Institutions (BWIs) – l-IMF u l-Bank Dinji (WB), (ii) minn donaturi Għarab u oħrajn bilaterali, (iii) mill-Istati Membri ta’ l-UE, u (iv) u mill-fondi proprji ta’ l-UE, fl-ambitu ta’ l-ENPI u l-fondi tal-BEI, bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna tal-KE. Appoġġ finanzjarju internazzjonali huwa element importanti għall-istrateġija tat-tnaqqis tad-dejn. L-appoġġ finanzjarju Komunitarju lil-Libanu tfassal biex jissaħħaħ il-pjan tal-Libanu għar-riforma mmirat, fost l-oħrajn, biex jindirizza theddidiet immedjati għall-istabbiltà finanzjarja, u jirrifletti l-importanza strateġika tal-pajjiż għall-UE fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u huwa strumentali fit-tisħiħ ta’ l-orjentament tal-gvern Libaniż lejn l-UE. 5.1.2. Il-miżuri meħuda b'rabta ma' l-evalwazzjoni ex ante Evalwazzjoni ex ante twettqet mis-servizzi tal-Kummissjoni f’Ġunju 2007 (mill-Unità D3 tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji). 5.1.3. Miżuri meħuda wara l-evalwazzjoni ex post Ma ngħatat ebda għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu fl-imgħoddi. 5.2. L-azzjoni maħsuba u l-arranġamenti ta' l-intervent baġitarju - Din l-għajnuna se tkun fil-forma ta’ self u għotja diretta li tinħareġ f’massimu ta’ tliet partijiet matul perjodu ta’ sentejn. Kull parti tinħareġ abbażi ta’ Memorandum ta’ Fehim bil-ftehim bejn l-awtoritajiet tal-Libanu u l-Komunità, u notevolment tkun marbuta mal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm appoġġat mill-IMF. Barra minn hekk, it-tieni u t-tielet parti għandhom jinħarġu abbażi tal-ħarsien sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika u mhux qabel kwart wara l-ħruġ tal-parti preċedenti. Il-kriterji kwantitattivi ta’ prestazzjoni marbuta ma’ din l-għajnuna jkunu dawk stipulati fil-qafas makroekonomiku għall-programm EPCA attwali u kwalunkwe arranġament ieħor appoġġat mill-IMF miftiehem bejn il-Libanu u l-IMF. Għaldaqstant, qabel il-ħruġ ta’ kull parti ta’ din l-għajnuna, is-servizzi tal-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali u l-persunal ta’ l-IMF, għandhom jivverifikaw li l-kriterji kwantitattivi tal-prestazzjoni tħarsu jew li ntlaħqu fehimiet ġodda. Barraminhekk, il-Kummissjoni għandha taqbel ma’ l-awtoritajiet u għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika li ntlaħqu qabel ma t-tieni u partijiet oħra possibbli jinħarġu. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet u fehimiet li l-Libanu laħaq ma’ l-IMF u l-Bank Dinji u se jkunu konsistenti mal-Pjan ta’ Azzjoni ENP bejn l-UE u l-Libanu. Huwa mistenni f’dan l-istadju li dawn il-kundizzjonijiet ikopru fost l-oħrajn ir-riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-amministrazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkunsidra li timmira lejn politiki settorjali speċifiċi ta’ importanza partikolari, identifikati tali fil-Pjan ta’ Azzjoni ENP bejn l-UE u l-Libanu. 5.3. Metodi ta' implimentazzjoni Din l-għajnuna se tkun implimentata fil-forma ta' ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni permezz ta' persunal normali. 6. IMPATT FINANZJARJU 6.1. L-Impatt finanzjarju totali fuq il-Parti B - (fuq il-perjodu kollu ta' programmazzjoni) Il-ħlasijiet għall-għajnuna mil-linja tal-baġit 01 03 02 se jkunu suġġetti għall-konformità mil-Libanu mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-għajnuna deskritta fil-punt 5.2. 6.1.1. Intervent finanzjarju Impenji (f' EUR miljun sa tliet ċifri deċimali) Rendikont | 2007 | 2008 | 2009 | Total | Partijiet ta’ l-għotja lil-Libanu | 30.000 | - | 30.000 | TOTAL | 30.000 | 30.000 | 6.1.2. Għajnuna teknika u amministrattiva, spejjeż ta' appoġġ u spejjeż għall-IT (approprjazzjonijiet għall-impenji) 2007 | 2008 | 2009 | Total | 1) Għajnuna teknika u amminsitrattiva | a) Uffiċċji għall-għajnuna teknika | b) Għajnuna teknika u amministrattiva oħra: - intra muros: - extra muros: li minnhom għall-bini u l-manutenzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni kompjuterizzati | Subtotal 1 | 2) Spejjeż ta’ appoġġ | a) Studji (Valutazzjoni Operattiva) | 0.030 | 0.030 | 0.060 | b) Laqgħat ta’ l-esperti | c) Informazzjoni u pubblikazzjonijiet | Subtotal 2 | TOTAL | 0.030 | 0.030 | 0.060 | 6.2. Il-kalkolu tal-kosti skond il-miżura maħsuba fil-Parti B (fuq il-perjodu kollu ta' programmazzjoni)[6] Impenji (f' EUR miljun sa tliet ċifri deċimali) Rendikont | Tip ta’ riżultati (proġetti, fajls) | Għadd ta’ riżultati (total għas-snin l…n) | Kost medju għal kull unità | Kost totali (total għas-snin l…n) | 1 | 2 | 3 | 4=(2X3) | Azzjoni 1 - Miżura 1 - Miżura 2 Azzjoni 2 - Miżura 1- - Miżura 2 - Miżura 3 eċċ. | KOST TOTALI | 7. IMPATT FUQ IN-NEFQA MARBUTA MAL-PERSUNAL U L-AMMINISTRAZZJONI 7.1. Impatt fuq ir-riżorsi umani Il-kompiti marbuta mal-ġestjoni ta' l-għajnuna se jitwettqu permezz ta' rijallokazzjoni ta’ persunal, fejn meħtieġ, u mhux se jinvolvu żieda fl-għadd tal-persunal tal-Kummissjoni. Tipi ta' kariga | Persunal li għandu jkun assenjat għall-ġestjoni ta' l-azzjoni bl-użu ta' riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali | Total | Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni | Għadd ta' karigi permanenti | Għadd ta' karigi temporanji | Uffiċjali jew persunal temporanju | A B C | 1/3 | 1/3 | Eż. tħejjija ta’ memoranda ta’ fehim u ftehimiet ta’ għotja/self, koordinazzjoni ma’ l-awtoritajiet u l-IFIs, koordinazzjoni ma’ esperti esterni għall-valutazzjonijiet operattivi, twettiq ta’ missjonijiet ta’ analiżi u tħejjija ta' rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni, tħejjija ta' proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-ġestjoni ta' l-għajnuna | Riżorsi umani oħra | Total | 1/3 | 1/3 | 7.2. Impatt finanzjarju globali tar-riżorsi umani Tip ta’ riżorsi umani | Ammont (€) | Metodu ta' kalkolu* | Uffiċjali Persunal temporanju | 30,500 | 1/3 x nefqa medja annwali għal grad ta’ uffiċjal A*5 – A*12 | Riżorsi umani oħra (speċifika l-linja tal-baġit) | Total | 30,500 | L-ammonti jirrappreżentaw in-nefqa totali għal tnax-il xahar. 7.3. Nefqa amministrattiva oħra li tirriżulta mill-azzjoni Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Ammont f’€ | Metodu tal-kalkolu | L-allokazzjoni kumplessiva (Titolu A7) A0701 –Missjonijiet A07030 –Laqgħat A07031 - Kumitati obbligatorji1 A07032 - Kumitati mhux obbligatorji1 A07040 – Konferenzi A0705 – Studji u konsultazzjonijiet Nefqa oħra (speċifika) – Evalwazzjoni ex post - | 10,000 125,000 | Żewġ missjonijiet fis-sena għal żewġ persuni Nefqa totali stmata ta' EUR 250 000 għall-kuntratt ta' servizz | Sistemi ta' informazzjoni (A-5001/A-4300) | Nefqa oħra - Parti A (speċifika) | Total | 135,000 | L-ammonti jirrappreżentaw in-nefqa totali għal tnax-il xahar. 1 Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni. I. Total Annwali (7.2 + 7.3) II. Tul ta' l-azzjoni III. Kost totali ta' l-azzjoni (I x II) | € 165,500 sentejn € 331,000 | 8. SEGWITU U EVALWAZZJONI Din l-għajnuna hija ta’ natura makroekonomika u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħha se jitwettqu b’konformità mal-proċeduri standard tal-Kummissjoni. 8.1. Arranġamenti għas-segwitu Il-monitoraġġ ta’ l-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jsiru abbazi ta’ miżuri ta’ politika makroekonomika u strutturali li għandhom jiġu miftehma ma’ l-awtoritajiet f’Memorandum ta’ Fehim. L-awtoritajiet se jinħtieġu jirrapportaw dwar dawk il-miżuri lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Bejrut se tipprovdi wkoll rappurtar regolari dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ ta’ l-għajnuna. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib ma' l-IMF u l-Bank Dinji għall-benefiċċju ta’ l-għarfien espert u l-attivitajiet tagħhom fil-Libanu. 8.2. L-arranġamenti u l-iskeda għall-evalwazzjoni ppjanata Rapport annwali lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill huwa previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta, li jinkludi valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din l-operazzjoni ta’ għajnuna. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post ta’ l-għajnuna hija ppjanata li titwettaq mill-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati kif xieraq tagħha bejn sena u sentejn wara li l-perjodu ta’ l-implimentazzjoni jiskadi. 9. MIŻURI KONTRA L-FRODI Is-servizzi tal-Kummissjoni ħolqu programm kontinwu ta’ Valutazzjonijiet Operattivi taċ-ċikli finanzjarji u proċeduri amminitrattivi fil-pajjiżi terzi kollha li jibbenefikaw mill-għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja sabiex jitħarsu r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Fil-Libanu, is-servizzi tal-Kummissjoni se jivvalutaw l-affidabbiltà taċ-ċikli finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi li huma rilevanti għal din it-tip ta’ għajnuna u se jiddeterminaw jekk il-qafas għal ġestjoni finanzjarja tajba ta’ l-għajnuna finanzjarja hijiex effikaċi biżżejjed. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jwettqu, bl-għajnuna ta’ l-esperti esterni maħtura kif xieraq, Valutazzjoni Operattiva taċ-ċikli finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi ta’ l-awtoritajiet benefiċjarji. Ir-riżultati tal-Valutazzjoni Operattiva se tintuża biex tiġi definita l-kundizzjonalità xierqa fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Il-bażi ġuridika proposta għall-għajnuna makrofinanzjarja lil-Libanu tinkludi dispożizzjoni dwar il-miżuri tal-prevenzjoni tal-frodi. Dawn il-miżuri se jiġu elaborati aktar f’Memorandum ta’ Fehim u ftehimiet ta’ għotja/self. Huwa mistenni li għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika se jkunu marbuta ma’ l-għajnuna, prinċipalment fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bil-ħsieb li tissaħħal l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà. L-għajnuna makrofinanzjarja se tkun suġġetta għall-verifika, spezzjoni u proċeduri ta’ verifika fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u l-Qorti Ewropea ta’ Awdituri. [1] ĠU C […], […], p. […]. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1). [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 li jistabbilixxi Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni, ĠU L 293, 12.11.1994, p.1, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1149/1999, ĠU L 139, 2.6.1999, p. 1, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004, ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28, u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 89/2007, ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1. [5] Għal iktar informazzjoni, ara n-nota ta' spjegazzjoni separata. [6] Għal iktar informazzjoni, ara n-nota ta' spjegazzjoni separata.