|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3170 |
31.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3170
tat-18 ta’ Diċembru 2024
li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-iskema volontarja ta’ tikkettar ambjentali għall-istima tal-prestazzjoni ambjentali tat-titjiriet, stabbilita skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Tikketta tal-Emissjonijiet tat-Titjira)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi għal transport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(11) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2023/2405 jistabbilixxi skema volontarja ta’ tikkettar ambjentali li tippermetti li titkejjel il-prestazzjoni ambjentali tat-titjiriet, miftuħa għall-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati rigward titjiriet u modi alternattivi oħra ta’ trasport, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi metodoloġija robusta, affidabbli, trasparenti u armonizzata għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet bl-użu ta’ data primarja, u regoli dwar il-komunikazzjoni tal-emissjonijiet tat-titjiriet lill-passiġġieri. Peress li r-riżultat tal-metodoloġija huwa l-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet, dan ir-Regolament jenħtieġ li juża terminu għal din it-tikketta li jirrappreżenta mill-qrib il-metodoloġija użata. Din hija r-raġuni għaliex it-tikketta għandha tissejjaħ Tikketta tal-Emissjonijiet tat-Titjira. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu jridu li jinħarġu tikketti għat-titjiriet tagħhom japplikaw mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) u jħallu biżżejjed żmien minn qabel, sabiex kemm l-Aġenzija kif ukoll l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jħejju l-infrastruttura diġitali rilevanti u r-rapportar. |
|
(4) |
Il-metodoloġija għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet stabbilita f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiżgura li l-ogħla livelli ta’ trasparenza u traċċabbiltà tal-istimi u tas-suppożizzjonijiet sottostanti li jenħtieġ li jibqgħu konsistenti f’kull mument mal-atti tal-Unjoni li ġejjin dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-emissjonijiet tat-titjiriet jiġu stmati abbażi tal-prestazzjoni medja ta’ titjiriet tal-passat bħala funzjoni tal-prestazzjoni ambjentali medja tal-fjuwils tal-avjazzjoni użati għall-operat ta’ kull titjira u tal-konsum medju tal-fjuwils tal-avjazzjoni fil-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti. Dawn iż-żewġ fatturi huma l-aktar affidabbli u robusti biex jiġu stmati b’mod preċiż l-emissjonijiet tat-titjiriet. Minħabba limitazzjonijiet tekniċi possibbli biex wieħed jasal għal tali livell ta’ dettall dwar il-lottijiet eżatti ta’ fjuwils tal-avjazzjoni kkunsmati biex tiġi operata kull titjira, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll metodi robusti biex tintlaħaq l-eqreb u l-aktar approssimazzjoni sikura tal-konsum tal-fjuwils tal-avjazzjoni u tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni filwaqt li jkun hemm sforz biex jitnaqqas il-piż imqiegħed fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u fuq l-Aġenzija. Għall-fini tal-istima tal-emissjonijiet tat-titjira ta’ titjira fuq rotta għal perjodu ta’ skedar partikolari, jenħtieġ li titqies l-aktar informazzjoni disponibbli reċenti tal-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti u jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal dan l-għan. Jenħtieġ li l-użu tal-informazzjoni tas-sena kalendarja preċedenti meta jiġu stmati l-emissjonijiet tat-titjira jippermetti lill-Aġenzija tuża informazzjoni diġà vverifikata minn verifikaturi indipendenti filwaqt li timminimizza l-piż amministrattiv u tuża l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-prestazzjoni. |
|
(6) |
L-istimi preċiżi tal-konsum futur tal-fjuwils tal-avjazzjoni tat-titjiriet huma essenzjali għall-kalkolu tal-emissjonijiet tat-titjiriet u jenħtieġ li dawn l-istimi jkunu bbażati fuq l-aktar evidenza xjentifika reċenti. Jenħtieġ li dawn l-istimi tal-konsum tal-fjuwils tal-avjazzjoni jkunu bbażati wkoll fuq data primarja rrapportata mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru tal-aktar operazzjonijiet reċenti tagħhom li jenħtieġ li jkunu dawk tal-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti. Jenħtieġ li l-użu ta’ data sekondarja, bħal dik id-data li tirriżulta minn mudelli u stimi mhux derivati bis-sħiħ minn data primarja, ikun limitat għal każijiet eċċezzjonali fejn id-data primarja ma tkunx disponibbli jew meta ma tkunx tista’ ssir stima bbażata fuq data primarja bi preċiżjoni suffiċjenti. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, meta l-operatur tal-inġenji tal-ajru jiddeċiedi li jopera fuq rotot ġodda jew meta t-titjiriet operati fuq rotot eżistenti jkunu skedati li jiġu operati taħt kundizzjonijiet differenti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li r-rekwiżiti metodoloġiċi biex jiġi stmat il-konsum tal-fjuwils tal-avjazzjoni jibqgħu jkunu konformi mal-aktar evidenza u żviluppi xjentifiċi reċenti. |
|
(7) |
L-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni għandhom il-potenzjal li jkunu aktar baxxi minn dawk l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali, skont diversi fatturi bħall-għażla tal-materja prima u l-perkorsi tal-produzzjoni għall-produzzjoni tagħhom. Tali emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni jqisu l-emissjonijiet ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju (CO2eq) tal-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija abbord, inkluż matul il-kombustjoni, sabiex jibqgħu konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2023/2405, iżda wkoll id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-gassijiet ikkunsidrati fl-istima tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni jirrappreżenta s-somma tad-diossidu tal-karbonju (CO2), tal-metan (CH4), u tal-ossidu nitruż (N2O). Jenħtieġ li l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni jiġu kkalkulati f’konformità mal-Punt C tal-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u, fejn applikabbli, ma’ liġi rilevanti oħra tal-Unjoni u ma’ standards internazzjonali, u data u metodoloġiji li jirriflettu l-aktar żviluppi xjentifiċi reċenti żviluppati bis-saħħa tal-qafas tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization). |
|
(8) |
Filwaqt li jirrikonoxxi li l-informazzjoni dwar il-konsum u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni hija importanti ħafna għall-istima preċiża tal-emissjonijiet tat-titjiriet, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal din l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Aġenzija. Jenħtieġ li l-piż tar-rapportar jiġi minimizzat, speċjalment għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru żgħar u ta’ daqs medju, biex jiġi evitat li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġu skoraġġuti milli jadottaw it-Tikketta tal-Emissjonijiet tat-Titjira. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jirrapportaw id-data lill-Aġenzija mingħajr problemi u bla xkiel, bl-użu ta’ għodod ta’ rapportar diġitali żviluppati mill-Aġenzija, u, fejn applikabbli, jagħmlu użu mill-informazzjoni rrapportata diġà għal skopijiet oħra. Sabiex tkun tista’ tagħmel stimi robusti, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-volumi ta’ fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati minn kull operatur tal-inġenji tal-ajru f’kull ajruport, u l-volumi fornuti mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’kull ajruport u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni rispettivi tagħhom. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-metodoloġija għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet stabbilita f’dan ir-Regolament tlaħħaq mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni u l-istandards rilevanti, id-data, u l-metodoloġiji internazzjonali u l-iżviluppi xjentifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ valuri prestabbiliti. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-linja bażi tal-intensità tal-emissjonijiet għall-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali jenħtieġ li tkun ta’ 89 g CO2eq/MJ, li huwa l-valur referenzjarju għall-fjuwils tal-avjazzjoni żviluppati skont il-qafas tal-ICAO sakemm id-dritt tal-Unjoni jiddefinixxi komparatur tal-karburanti fossili speċifiku għall-avjazzjoni. Jenħtieġ li l-piż attribwit għal kull passiġġier, inkluż il-bagalji tal-passiġġieri, ikun ta’ 100 kg, u jenħtieġ li l-kontenut enerġetiku tal-fjuwils tal-avjazzjoni jkun f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 u mal-istandards u l-metodoloġiji internazzjonali applikabbli. |
|
(10) |
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-prestazzjoni ambjentali hija limitata għall-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tal-fjuwils tal-avjazzjoni użati mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-prestazzjoni operazzjonali tat-titjiriet u tal-flotta tagħhom, u l-impatt tat-traffiku tal-ajru fuq il-konsum tal-fjuwils tal-avjazzjoni. Dan ir-Regolament, għalhekk, ma jkoprix impatti ambjentali oħra, bħall-istorbju u emissjonijiet ta’ inkwinanti oħra bħall-ossidi tan-nitroġenu (NOx) jew il-materja partikolata (PM, particulate matter). |
|
(11) |
Il-metodoloġija għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet hija bbażata fuq il-konsum medju tal-passat tal-fjuwils tal-avjazzjoni u t-tiġdid tal-flotta u l-ippjanar ottimizzat tar-rotot jista’ jkollhom impatt mhux negliġibbli fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils tal-avjazzjoni u, b’hekk, fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-titjiriet. Jenħtieġ li dawk iż-żewġ fatturi jiġu riflessi awtomatikament fil-metodoloġija għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn inġenji tal-ajru aktar effiċjenti u ppjanar ottimizzat tar-rotot. Għalhekk, jenħtieġ li l-emissjonijiet tat-titjiriet stmati mill-Aġenzija bl-użu tal-metodoloġija stabbilita f’dan ir-Regolament jinċentivaw it-tiġdid tal-flotta u l-ippjanar ottimizzat tar-rotot. Jenħtieġ li l-metodoloġija stabbilita f’dan ir-Regolament tkun robusta biżżejjed biex takkomoda l-bidliet teknoloġiċi u l-avvanzi operazzjonali. |
|
(12) |
Meta l-kundizzjonijiet operattivi ta’ titjiriet skedati futuri jikkoinċidu mat-titjiriet diġà operati fuq dik ir-rotta, l-istimi bbażati f’konformità ma’ dan ir-Regolament fuq dik l-istess rotta huma stima konsiderevolment aktar affidabbli tal-prestazzjoni ambjentali ta’ dawk it-titjiriet skedati. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet operattivi jirreferu għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, it-tip ta’ fjuwils tal-avjazzjoni, l-għadd medju ta’ passiġġieri u l-massa tal-merkanzija ttrasportata. Madankollu, meta l-operatur tal-inġenji tal-ajru jibdel il-kundizzjonijiet operattivi ta’ titjira jew jopera titjiriet ġodda, jenħtieġ li l-konsum tal-fjuwils tal-avjazzjoni u l-prestazzjoni ambjentali tal-fjuwils tal-avjazzjoni stmati jiġu stmati bl-użu tal-aktar metodi u evidenza xjentifika reċenti disponibbli. Tali stimi jenħtieġ li jkunu preċiżi u bbażati fuq approċċ li jwieġeb għall-prinċipju ta’ prekawzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-metodoloġija għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet għaż-żewġ każijiet, jiġifieri, għal titjiriet fejn l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-operazzjonijiet tal-operatur tal-inġenji tal-ajru fil-passat tkun disponibbli u titqies bħala sors affidabbli għall-istima ta’ dawk l-operazzjonijiet, u għal dawk it-titjiriet fejn dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli. |
|
(13) |
L-iskedi tat-titjiriet futuri jenħtieġ li jiġu kondiviżi mal-Aġenzija, bil-kunsiderazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità meħtieġa, sabiex l-Aġenzija tqabbel il-kundizzjonijiet operattivi u tistma l-emissjonijiet tat-titjiriet bl-aktar mod preċiż. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jagħmlu ħilithom biex jipprovdu lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tiffaċilita l-aktar stima preċiża tal-emissjonijiet tat-titjiriet. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni rrapportata lill-Aġenzija, speċjalment fir-rigward tal-konsum tal-fjuwil tal-avjazzjoni għal kull titjira u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni maħruġa għal kull ajruport, tiġi vverifikata minn verifikatur indipendenti qabel ma dawn jiġu rrapportati lill-Aġenzija. Jenħtieġ li din il-verifika indipendenti titwettaq abbażi tal-prinċipji u l-gwida tad-dritt tal-Unjoni rilevanti u tal-istandards u l-metodoloġiji internazzjonali applikabbli. Jenħtieġ li l-verifika tqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali li għaddejjin, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li t-titjiriet li jaslu fl-Unjoni jkunu jistgħu wkoll, fejn applikabbli, jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
|
(15) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-perjodu ta’ validità tat-tikketti maħruġa mill-Aġenzija u l-kundizzjonijiet biex jinkorporaw il-perjodu ta’ validità fil-ħruġ tagħhom lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex juru b’mod ċar lill-klijenti informazzjoni dwar din il-validità. |
|
(16) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-wiri tat-tikketti maħruġa mill-Aġenzija. Fi żminijiet ta’ diġitalizzazzjoni, speċjalment għat-trasport bl-ajru, il-klijenti jistgħu jaċċessaw online sett ferm usa’ ta’ informazzjoni dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru offruti minn operaturi tal-inġenji tal-ajru kompetituri. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi żgurat li t-tikketti maħruġa mill-Aġenzija għal operatur tal-inġenji tal-ajru jintwerew fil-punti kollha tal-bejgħ li huma proprjetà ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru skont il-mudelli stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiżguraw ukoll li l-punti kollha tal-bejgħ li jkollhom relazzjoni kuntrattwali magħhom juru t-tikketti maħruġa mill-Aġenzija. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw li l-punti tal-bejgħ li magħhom ma jikkooperawx ukoll juru t-tikketti maħruġa mill-Aġenzija. Jekk dan ma jsirx, ikun hemm riskju li tiddgħajjef il-fiduċja tan-nies fit-Tikketta u fl-isforzi mwettqa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jużaw fjuwils tal-avjazzjoni b’emissjonijiet aktar baxxi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni. |
|
(17) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex juru t-tikketti maħruġa mill-Aġenzija u jiżguraw li l-emissjonijiet tat-titjira jiġu rikonoxxuti faċilment. Jenħtieġ li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u l-mudelli tal-wiri għall-emissjonijiet tat-titjira li għandhom jintwerew b’mod armonizzat u rikonoxxibbli mill-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru. |
|
(18) |
L-elementi tad-disinn jenħtieġ li jinkludu logo li juri li l-emissjonijiet tat-titjira ġew stmati mill-Aġenzija f’isem l-Unjoni Ewropea f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan il-logo armonizzat iservi bħala mezz biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent tal-istima tal-emissjonijiet tat-titjira f’konformità ma’ dan ir-Regolament u tinbena l-fiduċja fiha. Jenħtieġ li jservi wkoll biex jirrappreżenta dan ir-Regolament fid-dinja u jevita konfużjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u inizjattivi eżistenti fil-qasam tas-sostenibbiltà, bħat-tikketti maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-regolamenti delegati adottati taħtu. Bl-għan li jittejbu l-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll it-terminoloġija speċifika biex jirreferi b’mod ċar għal kull wieħed mill-elementi li jiffurmaw it-tikketta tal-emissjonijiet tat-titjira. Dan jinkludi, pereżempju, il-kombinazzjoni tal-emissjonijiet tat-titjira, il-logo u l-aspetti l-oħra li jenħtieġ li jkunu l-elementi ewlenin li jiffurmaw it-tikketta. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi d-disinn ta’ logo tat-tikketta sempliċi u ċar li dejjem irid jintwera maġenb l-emissjonijiet tat-titjira, li jinkludi l-bandiera tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-wiri tat-tikketti stabbiliti f’dan ir-Regolament jiżguraw li t-tikketti jkunu faċilment aċċessibbli u jinftiehmu, u jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-wiri jippermettu lill-klijenti jqabblu faċilment il-prestazzjoni ambjentali tat-titjiriet operati minn operaturi differenti tal-inġenji tal-ajru li jtiru l-istess rotta. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li tintwera data konsistenti u preċiża dwar l-emissjonijiet biex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern għat-trasport, b’mod partikolari meta s-servizzi tat-trasport bl-ajru jkunu parti minn ktajjen tat-trasport multimodali jew meta s-servizzi jkunu qed jikkompetu ma’ modi oħra tat-trasport. Għal dan l-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun konsistenti mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tas-servizzi tat-trasport. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-wiri tat-tikketti jinqasmu f’wiri primarju u wiri sekondarju. Il-wiri tat-tikketti għandu l-potenzjal li jtejjeb l-għarfien tal-klijenti dwar l-emissjonijiet stmati tat-titjiriet u dwar l-isforzi li saru mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex inaqqsu l-impronta ambjentali tas-servizzi tat-trasport bl-ajru li joffru. Jenħtieġ li l-wiri primarju, li għandu dejjem jinkludi, f’format li jinftiehem faċilment, l-elementi ewlenin ta’ titjira partikolari matul il-proċess kollu tat-tiftix u x-xiri tat-titjira, ma jkun jeħtieġ l-ebda interazzjoni mill-klijent. Jenħtieġ li l-wiri primarju jinkorpora wkoll l-elementi meħtieġa biex il-klijent ikun jista’ jqabbel il-prestazzjoni ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru partikolari ma’ operaturi tal-inġenji tal-ajru kompetituri oħra fuq l-istess rotta. Jenħtieġ li l-għan ta’ tali tqabbil ikun li jagħmilha aktar faċli għall-konsumatur li jifhem l-informazzjoni ambjentali rilevanti, kif ukoll li jinċentiva aktar l-isforzi mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Wiri sekondarju, li jenħtieġ li jirrikjedi l-interazzjoni tal-klijenti biex ikun viżibbli, jenħtieġ li jkun fih livell ogħla ta’ dettall u informazzjoni ta’ sfond dwar il-mod li bih ġew stmati l-emissjonijiet tat-titjira, inkluż, pereżempju, il-prestazzjoni ambjentali medja tal-fjuwils tal-avjazzjoni użati mill-operatur tal-inġenju tal-ajru. |
|
(20) |
L-iżgurar li jintwerew biss tikketti validi mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru huwa essenzjali biex tinbena l-fiduċja fost il-klijenti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex l-Aġenzija tivverifika l-implimentazzjoni u l-wiri korretti tat-tikketti mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’konformità mad-dritt tal-Unjoni rilevanti u l-istandards u l-metodoloġiji internazzjonali applikabbli. It-tikketti revokati u skaduti ma għandhomx jintwerew mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex l-Aġenzija tirrieżamina l-preċiżjoni u l-veraċità tal-informazzjoni rrapportata mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament, flimkien mar-regoli u s-setgħat ta’ infurzar applikabbli tal-Aġenzija, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rieżami tat-tikketti, kif ukoll il-proċedura biex l-Aġenzija tirrevoka tikketti invalidi jew tagħti struzzjonijiet lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jaġġustaw il-wiri tagħhom kif xieraq. |
|
(21) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija toħloq u tmantni sit web dwar l-emissjonijiet tat-titjiriet, li jippermetti li l-informazzjoni dwar l-iskema tkun faċilment aċċessibbli kemm għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru kif ukoll għall-pubbliku. Dan huwa meħtieġ ukoll biex l-iskema ssir aktar attraenti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. |
|
(22) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tat-Tikketta tal-Emissjonijiet tat-Titjira fl-Unjoni, jenħtieġ li mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Jannar 2028, l-Aġenzija toħroġ tikketti għas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri jew għat-titjiriet imħallta tal-passiġġieri u tal-merkanzija biss, esklużi s-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-merkanzija kollha. Is-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija huma intrinsikament differenti fil-mod kif jiġu organizzati l-operazzjonijiet tagħhom, u b’mod partikolari, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-klijenti finali. Dan ir-Regolament jagħti prijorità lill-ħruġ ta’ tikketti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-parteċipanti fis-suq biex isiru familjari mat-tikketta. Jenħtieġ li t-tikketti jkopru t-tipi kollha ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru biss mill-1 ta’ Jannar 2028. |
|
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat ReFuelEU Aviation, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-iskema ta’ tikkettar ambjentali stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2023/2405 u l-konformità magħhom, jiġifieri:
|
(a) |
metodoloġija standardizzata u bbażata fuq ix-xjenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tat-titjiriet, inkluż il-metodoloġija għall-istimi, ibbażata fuq l-aħjar data xjentifika disponibbli; |
|
(b) |
il-proċedura li permezz tagħha l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) bl-informazzjoni rilevanti għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet u għall-ħruġ tat-tikketti rispettivi; |
|
(c) |
it-tul tal-perjodu ta’ validità tat-tikketti maħruġa mill-Aġenzija; |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex l-Aġenzija tirrevedi, tirrevoka u toħroġ tikketti ġodda; |
|
(e) |
il-mudelli għall-wiri tat-tikketti; |
|
(f) |
ir-regoli biex jiġi żgurat aċċess faċli għat-tikketti kollha maħruġa f’format li jinqara mill-magni; |
|
(g) |
il-possibbiltà u l-kundizzjonijiet li skonthom l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu juru informazzjoni oħra dwar il-prestazzjoni ambjentali barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“emissjonijiet tat-titjira” tfisser l-emissjonijiet stmati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni ta’ titjira operata minn operatur tal-inġenji tal-ajru li huma magħmula mill-emissjonijiet tal-kabina u l-emissjonijiet tal-merkanzija, imkejla f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju; |
|
(2) |
“emissjonijiet tal-kabina” tfisser il-proporzjon tal-emissjonijiet tat-titjira attribwiti għall-kabina, imkejjel f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju; |
|
(3) |
“emissjonijiet tal-merkanzija” tfisser il-proporzjon tal-emissjonijiet mit-titjiriet attribwiti għall-merkanzija, imkejjel f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju; |
|
(4) |
“emissjonijiet tal-kabina għal kull passiġġier” tfisser ir-riżultat tad-diviżjoni tal-emissjonijiet tal-kabina bl-għadd medju ta’ passiġġieri fuq it-titjiriet fil-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti, imkejla f’kilogrammi ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull passiġġier; |
|
(5) |
“emissjonijiet tal-merkanzija għal kull tunnellata” tfisser ir-riżultat tad-diviżjoni tal-emissjonijiet tal-merkanzija bil-massa medja tal-merkanzija li tinġarr fuq l-inġenju tal-ajru fil-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti, imkejla f’kilogrammi ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ merkanzija; |
|
(6) |
“emissjonijiet tal-kabina għal kull passiġġier-kilometru” tfisser ir-riżultat tad-diviżjoni tal-emissjonijiet stmati fil-kabina għal kull passiġġier bid-distanza tar-rotta operata, imkejla fi grammi ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull passiġġier-kilometru; |
|
(7) |
“emissjonijiet tal-merkanzija għal kull tunnellata-kilometru” tfisser ir-riżultat tad-diviżjoni tal-emissjonijiet tal-merkanzija stmata għal kull tunnellata bid-distanza tar-rotta operata, imkejla fi grammi ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata-kilometru; |
|
(8) |
“tikketta” tfisser dijagramma grafika, stampata jew elettronika, li tgħaqqad il-logo tat-tikketta u l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III; |
|
(9) |
“logo tat-tikketta” tfisser l-immaġni definita fil-Punt 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament li għandha tirrappreżenta l-verifika tal-emissjonijiet tat-titjira; |
|
(10) |
“tikketti skaduti” tfisser tikketti li għadda l-perjodu ta’ validità tagħhom; |
|
(11) |
“għodda ta’ rapportar diġitali” tfisser pjattaforma diġitali żviluppata u ġestita mill-Aġenzija bħala l-punt uniku ta’ kuntatt mal-operaturi tal-inġenji tal-ajru għar-rapportar tad-data u għad-distribuzzjoni tat-tikketti; |
|
(12) |
“inġenju tal-ajru” tfisser “inġenju tal-ajru” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 28, tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(13) |
“ċertifikat tal-operatur tal-ajru” (“AOC”) tfisser “ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC)” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 8, tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
(14) |
“ajruport” tfisser “ajruport” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 1, tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
|
(15) |
“sit” tfisser sit imwaħħal ma’ inġenju tal-ajru li fuqu passiġġier jista’ jiġi akkomodat għat-tul tal-vjaġġ; |
|
(16) |
“passiġġier” (“pax”) tfisser persuna li tokkupa sit fiż-żona tal-kabina ta’ inġenju tal-ajru fil-mument tat-tluq ta’ inġenju tal-ajru, u li tkun qed tivvjaġġa abbord inġenju tal-ajru bl-għan li tilħaq destinazzjoni speċifika; |
|
(17) |
“erja tas-sit” tfisser iż-żona allokata għal kull sit għal kull passiġġier u għal kull klassi tal-kabina, imkejla f’metri kwadri; |
|
(18) |
“klassi tal-kabina” tfisser is-servizz u l-akkomodazzjoni distinti pprovduti lill-passiġġieri li hija kkaratterizzata mill-konfigurazzjoni speċifika tas-sits fil-kabina, fil-faċilitajiet u fl-istrutturi tan-nollijiet; |
|
(19) |
“perjodu ta’ skedar” tfisser “perjodu ta’ skedar” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (7); |
|
(20) |
“block aviation fuel” tfisser l-ammont ta’ fjuwils tal-avjazzjoni kkunsmat minn inġenju tal-ajru meta jopera titjira, mill-moviment inizjali tiegħu mill-post tal-parkeġġ tiegħu fl-ajruport tat-tluq sakemm jasal għal waqfa sħiħa fil-post tal-parkeġġ fl-ajruport tal-wasla, imkejjel f’tunnellati; |
|
(21) |
“block time” tfisser il-ħin totali li jkun għadda mill-moviment inizjali tal-inġenju tal-ajru mill-post tal-parkeġġ tiegħu fl-ajruport tat-tluq sakemm jasal għal waqfa sħiħa fil-post tal-parkeġġ fl-ajruport tal-wasla, imkejjel f’minuti; |
|
(22) |
“emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni” tfisser l-emissjonijiet ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju ta’ fjuwils tal-avjazzjoni li jinkludu l-emissjonijiet ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju tal-produzzjoni, it-trasport, it-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija abbord, inkluż matul il-kombustjoni, u li jirrappreżentaw is-somma ta’ diossidu tal-karbonju (CO2), ta’ metan (CH4), u ta’ ossidu nitruż (N2O) emessi, ikkalkulati f’konformità mal-Punt C tal-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u, fejn applikabbli, mal-liġijiet tal-Unjoni u l-istandards internazzjonali rilevanti l-oħra, u data u metodoloġiji li jirriflettu l-aktar żviluppi xjentifiċi reċenti żviluppati skont il-qafas tal-ICAO, u mkejla fi grammi ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull megajoule; |
|
(23) |
“ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju” (“CO2eq”) tfisser l-unità ta’ kejl li tqabbel il-forza radjattiva ta’ gass b’effett ta’ serra ma’ dik tad-diossidu tal-karbonju (CO2); |
|
(24) |
“skema ta’ gassijiet serra tal-fjuwils tal-avjazzjoni” tfisser skema li tagħti benefiċċji lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-fjuwils tal-avjazzjoni; |
|
(25) |
“merkanzija” tfisser merkanzija, materjali, u pakketti għajr bagalji tal-passiġġieri ttrasportati abbord inġenju tal-ajru, imkejla f’tunnellati; |
|
(26) |
“punt tal-bejgħ” tfisser post fiżiku jew servizz tal-pjattaforma online li jkun proprjetà ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, jew li joffri t-titjiriet ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru, fejn operatur tal-inġenji tal-ajru, jew kwalunkwe persuna awtorizzata biex tirrappreżenta lil dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru, taħżen u tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar titjiriet operati minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru għal finijiet ta’ xiri jew tqabbil. |
Artikolu 3
Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ tikketti mill-Aġenzija
1. Operatur tal-inġenji tal-ajru li jkun qed ifittex il-ħruġ ta’ tikketti għat-titjiriet tiegħu għandu jissottometti applikazzjoni lill-Aġenzija, sal-1 ta’ Frar ta’ kull sena, permezz tal-modulu ddedikat tal-għodda ta’ rapportar diġitali. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, għal dak l-għan, jindika l-kamp ta’ applikazzjoni tat-titjiriet li għandhom jiġu koperti, f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2023/2405. Abbażi tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tiddjaloga mal-operatur tal-inġenji tal-ajru.
2. Sal-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw, permezz tal-modulu ddedikat tal-għodda diġitali ta’ rapportar, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafi 3 u 4 dwar it-titjiriet skedati tagħhom u dwar l-operazzjonijiet imwettqa matul is-sena kalendarja preċedenti.
3. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja dwar it-titjiriet skedati tiegħu għaż-żewġ perjodi ta’ skedar li ġejjin:
|
(a) |
ir-rotot, b’referenza għall-ajruporti tat-tluq u tal-wasla, definiti mill-kodiċijiet rispettivi tagħhom tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization) u tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA, International Air Transport Association); |
|
(b) |
it-tip jew it-tipi ta’ inġenji tal-ajru li għandhom jintużaw, inkluż il-kapaċità tas-sits għal kull klassi tal-kabina u l-kodiċijiet tal-ICAO u tal-IATA tiegħu/tagħhom; |
|
(c) |
l-għadd stmat ta’ titjiriet li għandhom jiġu operati għal kull rotta, flimkien ma’ ġustifikazzjoni dettaljata tal-istima; |
|
(d) |
il-perjodu jew il-perjodi ta’ skedar tal-operazzjonijiet; |
|
(e) |
volontarjament, għal titjiriet skedati li huma ġodda, jew meta l-kundizzjonijiet operattivi jvarjaw b’mod sinifikanti minn operazzjonijiet tal-passat, l-informazzjoni li ġejja akkumpanjata minn ġustifikazzjoni dettaljata:
|
4. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja dwar l-operazzjonijiet imwettqa matul is-sena kalendarja preċedenti:
|
(a) |
għal kull inġenju tal-ajru operat:
|
|
(b) |
għal kull titjira operata fuq rotta partikolari:
|
|
(c) |
għal kull lott ta’ fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati f’ajruport tat-tluq partikolari, mixtrija minn fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u li għalihom intalbu benefiċċji u, b’mod volontarju, għal-lottijiet l-oħrajn kollha ta’ fjuwils tal-avjazzjoni:
|
5. L-Aġenzija għandha tuża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, bil-kunsiderazzjonijiet ta’ kunfidenzjalità meħtieġa, għall-fini tal-ipproċessar tal-applikazzjoni u l-ħruġ tat-tikketti.
6. L-Aġenzija għandha tqis ukoll l-informazzjoni rrapportata mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru u mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni skont l-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) 2023/2405.
7. L-Aġenzija tista’ titlob lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjira u għall-ħruġ ta’ tikketti.
8. Qabel ma operatur tal-inġenji tal-ajru jipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6, l-informazzjoni għandha tiġi vverifikata minn verifikatur indipendenti identifikat fir-rapport tal-operatur tal-inġenji tal-ajru. Il-verifika għandha titwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2023/2405. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi lill-verifikatur bid-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha biex jiffaċilita l-proċess ta’ verifika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6.
Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 4, il-punt (c) relatata mal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni għandha tiġi vverifikata minn wieħed mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni identifikati fil-qafas tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew tal-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation).
Artikolu 4
Attribuzzjoni ta’ tikketti għal titjiriet ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru
1. Fejn l-Aġenzija ssib li l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-Artikolu 3 hija kompluta u preċiża, hija għandha, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena:
|
(a) |
tistma l-emissjonijiet tat-titjira ta’ kull titjira jew sett ta’ titjiriet, f’konformità mal-Artikolu 5; |
|
(b) |
tiġġenera u tattribwixxi t-tikketti għal titjiriet skedati, filwaqt li tissepara t-tikketti għal kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ skedar li jmiss, f’konformità mal-perjodu ta’ validità msemmi fil-paragrafu 2; |
|
(c) |
tqassam it-tikketti f’format li jinqara mill-magni lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, tinfurmahom dwar l-iskadenza għall-wiri u l-perjodu ta’ validità tat-tikketti, permezz tal-modulu ddedikat tal-għodda ta’ rapportar diġitali u bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness III. |
2. Il-perjodu ta’ validità tat-tikketti maħruġa mill-Aġenzija għandu jikkorrispondi għal dan li ġej:
|
(a) |
għall-perjodu tal-iskedar tax-xitwa tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-perjodu ta’ validità għandu jkun mill-mument tal-ħruġ tat-tikketta sa tmiem il-perjodu tal-iskedar tax-xitwa, f’konformità mal-iskeda ta’ żmien stabbilita fl-Anness I; |
|
(b) |
għall-perjodu tal-iskedar tas-sajf tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-perjodu ta’ validità għandu jkun minn 5 xhur qabel il-bidu ta’ dak il-perjodu tal-iskedar tas-sajf sat-tmiem tiegħu, f’konformità mal-iskeda ta’ żmien stabbilita fl-Anness I. |
3. Fejn l-Aġenzija tiddetermina li operatur tal-inġenji tal-ajru ma ssottomettiex l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ħruġ ta’ tikketti f’konformità mal-Artikolu 3, jew fejn ikollha raġunijiet debitament ġustifikati biex tqis li l-informazzjoni pprovduta mhijiex kompluta jew preċiża, l-Aġenzija għandha titlob lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jikkoreġi l-informazzjoni pprovduta jew jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
4. Fejn l-Aġenzija tiddetermina, wara li tagħmel it-talba msemmija fil-paragrafu preċedenti, li l-informazzjoni pprovduta mill-operatur tal-inġenji tal-ajru ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 3, jew li l-veraċità jew l-akkuratezza ta’ tali informazzjoni ma tistax tiġi vverifikata, l-Aġenzija għandha, wara li tagħti lill-operatur tal-inġenji tal-ajru d-dritt li jinstema’, tirrifjuta l-ħruġ tat-tikketti. L-Aġenzija għandha tinforma lill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat b’dan.
5. Meta l-informazzjoni pprovduta minn operatur tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-Artikolu 3 tkun teħtieġ li tiġi kkoreġuta wara s-sottomissjoni tagħha jew wara l-verifika tagħha mill-Aġenzija jew ma tibqax valida, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinforma lill-Aġenzija b’dan mingħajr dewmien żejjed permezz tal-għodda ta’ rapportar diġitali u għandu jipprovdi l-informazzjoni kkoreġuta bil-ġustifikazzjoni meħtieġa. L-Aġenzija, abbażi tal-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni pprovduti mill-operatur tal-inġenji tal-ajru, tista’ taġġorna b’mod retroattiv l-emissjonijiet tat-titjira u toħroġ tikketti ġodda għat-titjiriet jew għas-sett ta’ titjiriet ikkonċernati.
Artikolu 5
Stima tal-emissjonijiet tat-titjira
1. L-Aġenzija għandha tistma l-emissjonijiet tat-titjira għal kull titjira jew sett ta’ titjiriet operati minn operatur tal-inġenji tal-ajru skont l-istess kundizzjonijiet bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament billi:
|
(a) |
tikkalkula l-emissjonijiet tat-titjira, f’konformità mal-Punt 1 tal-Anness II; |
|
(b) |
talloka l-emissjonijiet tat-titjira għall-kabina jew għall-merkanzija, f’konformità mal-Punt 2 tal-Anness II; |
|
(c) |
tiġġenera l-impronta u l-effiċjenza tal-emissjonijiet, f’konformità mal-Punt 3 tal-Anness II; |
|
(d) |
talloka l-emissjonijiet tal-kabina għal kull klassi tal-kabina, f’konformità mal-Punt 4 tal-Anness II. |
2. Meta tapplika l-metodoloġija stabbilita fl-Anness II, l-Aġenzija għandha tistma l-emissjonijiet tat-titjira għal kull titjira jew sett ta’ titjiriet operati minn operatur tal-inġenji tal-ajru skont l-istess kundizzjonijiet f’konformità mal-aħjar stima ta’:
|
(a) |
il-konsum mistenni tal-fjuwils tal-avjazzjoni meħtieġa għall-operat tat-titjira li titlaq minn ajruport partikolari, stmat abbażi tal-medja ponderata tal-block aviation fuel tat-titjiriet kollha operati fuq dik ir-rotta fil-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti; |
|
(b) |
l-emissjonijiet mistennija tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati f’ajruport tat-tluq partikolari, stmati abbażi tal-medja ponderata tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati f’dak l-ajruport fil-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti. |
3. Meta l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stmat il-konsum tal-fjuwil tal-avjazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu ma tkunx teżisti, ma tkunx biżżejjed, ma tkunx tista’ tiġi vverifikata jew tkun teżisti biss għal kundizzjonijiet operattivi li huma differenti b’mod sinifikanti, l-Aġenzija għandha tistma l-konsum tal-fjuwils tal-avjazzjoni meħtieġa biex topera t-titjira f’konformità mal-punt (1)(3)(b) tal-Anness II.
4. Meta l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu stmati l-emissjonijiet mistennija tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), ma tkunx teżisti, ma tkunx biżżejjed, ma tkunx tista’ tiġi vverifikata jew tkun teżisti għal kundizzjonijiet operattivi li huma differenti b’mod sinifikanti, l-Aġenzija għandha tqis dawn il-fjuwils tal-avjazzjoni bħala fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali.
5. B’deroga mill-paragrafu 2, il-punt (b), għall-fini tal-istima tal-emissjonijiet medji tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni f’konformità ma’ dak il-punt, l-Aġenzija tista’ tassenja lottijiet speċifiċi ta’ fjuwils tal-avjazzjoni għal titjira jew sett ta’ titjiriet speċifiċi operati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru li jitilqu minn ajruport tat-tluq partikolari, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun talab dan permezz tal-modulu ddedikat tal-għodda ta’ rapportar diġitali; |
|
(b) |
il-fjuwils tal-avjazzjoni jiġu kkonsenjati fiżikament lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak l-ajruport għal titjira speċifika jew sett ta’ titjiriet minn fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni f’lottijiet fiżikament identifikabbli, appoġġati minn prova tal-provvista, bħal dokument tat-trasferiment tal-prodott; |
|
(c) |
it-titjira jew is-sett ta’ titjiriet li għalihom jiġu assenjati l-lottijiet ikunu identifikati u definiti, mill-inqas, mir-rotta; |
|
(d) |
il-lottijiet ta’ fjuwils tal-avjazzjoni assenjati għal titjira jew sett ta’ titjiriet speċifiċi f’konformità ma’ dan l-Artikolu jitnaqqsu mill-istima globali tal-medja ponderata tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru f’dak l-ajruport u ma jintużawx biex tiġi ddeterminata l-prestazzjoni ambjentali medja tal-fjuwils tal-avjazzjoni f’dak l-ajruport; |
|
(e) |
fejn rilevanti, il-fjuwils tal-avjazzjoni jiġu assenjati għall-istess titjira jew subsett speċifiku ta’ titjiriet irrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
6. Meta jsiru titjiriet sussegwenti minn operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr ir-riforniment ta’ fjuwils tal-avjazzjoni bejniethom, l-Aġenzija għandha taqsam l-emissjonijiet mistennija tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni fl-ajruport tat-tluq inizjali b’mod proporzjonali bejn it-titjiriet kollha operati f’ċirkostanzi bħal dawn.
7. Meta operatur tal-inġenji tal-ajru jonqos milli jipprovdi biżżejjed informazzjoni lill-Aġenzija rigward l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati f’ajruport tat-tluq jew meta l-fjuwils tal-avjazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti fiżikament għal ajruport tat-tluq speċifiku, l-Aġenzija għandha tqis dawk il-lottijiet ta’ fjuwils tal-avjazzjoni bħala fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali.
8. Il-valuri prestabbiliti użati fl-istima tal-emissjonijiet mistennija taċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b) għandhom jiġu ddivulgati u aġġornati fuq is-sit web maħluq skont l-Artikolu 8.
Artikolu 6
Wiri tat-tikketti mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru
1. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkollhom it-tikketti għandhom ikunu responsabbli għall-mod li bih jintużaw it-tikketta u l-logo tat-tikketta, speċjalment fil-kuntest tar-reklamar, u għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-ħruġ tat-tikketti, inkluż il-logo tat-tikketta, għandu jagħti biss lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew lill-punt tal-bejgħ id-dritt li jużaw il-logo tat-tikketta f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom juru t-tikketti maħruġa lilhom fil-punti kollha tal-bejgħ li jkunu proprjetà tagħhom mingħajr dewmien żejjed u f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness III u mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jaslu mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (c). Kwalunkwe dewmien għandu jiġi nnotifikat u ġġustifikat lill-Aġenzija fi żmien dawk il-15-il jum; |
|
(b) |
it-tikketti għandhom jintwerew b’mod ċar maġenb id-dettalji essenzjali tat-titjira, inkluż ir-rotta, il-ħin skedat tat-titjira u t-tul ta’ żmien skedat, u l-prezz, matul il-proċess kollu tax-xiri elettroniku, li jibda mir-riżultati tal-magna tat-tiftix tat-titjira, u mat-tlestija tax-xiri, u kemm fil-konferma tax-xiri elettroniku kif ukoll fl-għoti ta’ tali konferma; |
|
(c) |
it-tikketti għandhom jintwerew fir-reklamar viżiv u fil-materjal promozzjonali tekniku kollha ta’ dawk it-titjiriet, inkluż fuq l-Internet, fl-applikazzjonijiet diġitali, u fil-format fiżiku, irrispettivament mill-post ġeografiku ta’ tali reklamar jew promozzjoni; |
3. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu juru t-tikketti fuq il-karti tal-imbarkazzjoni ta’ dawk it-titjiriet li għalihom ikunu nħarġu t-tikketti.
4. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom juru t-tikketti maħruġa lilhom mingħajr interruzzjoni matul il-perjodi ta’ validità rispettivi tagħhom previsti fl-Artikolu 4(2).
5. Sabiex jiġi żgurat li t-tikketti jintwerew b’mod ċar u korrett, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma għandhomx:
|
(a) |
jipprovdu lill-klijenti jew juru tikketti, markaturi, simboli, jew kwalunkwe forma jew skrizzjonijiet ekwivalenti li jimitaw it-tikketti maħruġa skont dan ir-Regolament u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
jipprovdu lill-klijenti jew juru emissjonijiet tat-titjira ekwivalenti jew simili għal dawk inklużi fit-tikketti previsti minn dan ir-Regolament jew li jimitaw l-emissjonijiet tat-titjira stmati skont dan ir-Regolament jew li jistgħu jimitaw jew jirreplikaw l-informazzjoni jew l-unitajiet tal-kejl stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2023/2405, għal titjiriet jew settijiet ta’ titjiriet li għalihom ma ntalbux tikketti skont dan ir-Regolament u għal kwalunkwe attività oħra mhux relatata mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
jinkludu kwalunkwe informazzjoni fir-rigward tax-xiri tagħhom ta’ tip partikolari ta’ fjuwil tal-avjazzjoni li tista’ tagħti lill-klijenti l-impressjoni falza li titjira partikolari se tiġi operata b’ċertu tip ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sakemm l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx jista’ juri l-preżenza fiżika ta’ dak it-tip ta’ fjuwils tal-avjazzjoni f’dik it-titjira partikolari fl-ammont u l-karatteristiċi ddikjarati lill-konsumaturi. |
6. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li, meta t-titjiriet tagħhom jiġu offruti jew isiru disponibbli fil-punti tal-bejgħ li magħhom l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu relazzjoni kuntrattwali:
|
(a) |
it-tikketti jintwerew mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn 30 jum wara li jaslu mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (c). Kwalunkwe dewmien għandu jiġi nnotifikat u ġġustifikat lill-Aġenzija fi żmien dawk it-30 jum; |
|
(b) |
il-punti tal-bejgħ ma jirrifjutawx il-wiri tat-tikketti u lanqas ma jikkalkulaw mill-ġdid l-emissjonijiet tat-titjira stmati mill-Aġenzija għal dawk l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, għal finijiet ta’ tqabbil jew ta’ xiri. |
7. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw li l-punti tal-bejgħ li ma jikkooperawx magħhom, iżda li juru t-titjiriet tagħhom, jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu preċedenti mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 7
Monitoraġġ tal-konformità
1. L-Aġenzija għandha tirrieżamina, mill-inqas darbtejn fis-sena, għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru li għalih inħarġu t-tikketti, jekk il-fatturi li abbażi tagħhom inħarġet tikketta għal kull titjira jew sett ta’ titjiriet operati taħt l-istess kundizzjonijiet inbidlux.
2. Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi r-rieżami ta’:
|
(a) |
l-akkuratezza u l-veraċità tal-informazzjoni rrapportata mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 3, b’mod partikolari l-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 3 tiegħu; |
|
(b) |
il-wiri korrett tat-tikketti, f’konformità mal-Artikolu 6 u l-Anness III, u l-wiri f’waqtu tat-tikketti, f’konformità mal-Artikoli 6(2), 6(6) u 6(7); |
|
(c) |
il-konformità mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru mat-tneħħija ta’ tikketti revokati, jew skaduti, f’konformità mal-paragrafu 4. |
3. Għall-finijiet tat-twettiq tar-rieżami, l-Aġenzija għandha titlob l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż, fejn rilevanti, rapporti minn verifikaturi indipendenti.
4. Jekk l-Aġenzija tikkonkludi, wara li twettaq ir-rieżami, li tikketta ma tkunx għadha xierqa jew ma tkunx qed tintwera b’mod korrett minn operatur tal-inġenji tal-ajru, hija għandha tiddeċiedi, wara li tagħti lill-operatur tal-inġenji tal-ajru l-opportunità li jinstema’, li tirrevoka t-tikketta eżistenti, jew li toħroġ tikketta ġdida. Tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-operatur tal-inġenji tal-ajru permezz tal-għodda ta’ rapportar diġitali.
5. L-Aġenzija għandha tikkunsidra l-ġustifikazzjonijiet tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għal kwalunkwe dewmien fil-wiri tat-tikketti, kif previst fl-Artikolu 6(2), 6(6) u 6(7). Fid-dawl tal-ġustifikazzjoni, l-Aġenzija għandha tieħu waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin, wara li tagħti lill-operatur tal-inġenji tal-ajru l-opportunità li jinstema’, u tinnotifikaha lill-operatur tal-inġenji tal-ajru permezz tal-għodda ta’ rapportar diġitali:
|
(a) |
li tirrevoka t-tikketti kollha maħruġa għall-operatur tal-inġenji tal-ajru jekk il-ġustifikazzjoni għad-dewmien ma tkunx sodisfaċenti; |
|
(b) |
li tagħti lill-operatur tal-inġenji tal-ajru eżenzjoni ta’ darba għad-dewmien, flimkien ma’ skadenza ġdida. |
6. Malli jirċievi notifika maħruġa f’konformità mal-paragrafu 4 jew il-punt (a) tal-paragrafu 5, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jaġġusta l-wiri tat-tikketti jew ineħħi t-tikketti revokati, u, jekk applikabbli, jissostitwihom b’tikketti validi mqassma mill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkonferma l-istatus tal-konformità man-notifiki riċevuti mill-Aġenzija permezz tal-għodda ta’ rapportar diġitali.
7. L-Aġenzija għandha tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex tiżgura li operatur tal-inġenji tal-ajru jaderixxi mad-deċiżjonijiet tiegħu maħruġa f’konformità mal-paragrafu 4 u mal-paragrafu 5, il-punt (a).
8. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ineħħu t-tikketti revokati jew skaduti mingħajr dewmien żejjed mingħajr il-ħtieġa ta’ notifika mill-Aġenzija għal dak l-għan. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom iżommu lill-Aġenzija infurmata f’kull ħin dwar it-tneħħija jew ir-rettifika tat-tikketti permezz tal-għodda ta’ rapportar diġitali.
9. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija meta jwettqu rieżami u għandhom isegwu kontinwament l-istruzzjonijiet tagħha fir-rigward tal-wiri korrett tat-tikketti.
10. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jitolbu lill-Aġenzija tittermina tikketti individwali maħruġa għal titjiriet jew sett ta’ titjiriet li l-operazzjonijiet tagħhom ma tkomplewx jew fejn bidla fil-kundizzjonijiet operazzjonali matul il-perjodu ta’ skedar tagħmel it-tikketti validi inkorretti. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija bit-talba tagħhom permezz tal-għodda ta’ rapportar diġitali.
11. L-Aġenzija għandha tinforma lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru dwar kwalunkwe regola u proċedura ddedikata li tinsab f’atti legali oħra tal-Unjoni li jiżguraw il-monitoraġġ effettiv tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż biex tivverifika l-preċiżjoni u l-veraċità tal-informazzjoni rrapportata mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-wiri korrett tat-tikketti.
12. L-Aġenzija għandha tinforma lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru dwar kwalunkwe regola u proċedura applikabbli għat-tressiq ta’ lmenti kontra operaturi oħra tal-inġenji tal-ajru.
Artikolu 8
Sit web dwar l-emissjonijiet tat-titjiriet
1. L-Aġenzija għandha toħloq u żżomm sit web dwar l-emissjonijiet tat-titjiriet (is-“sit web”) li jikkonsisti minn parti pubblika b’aċċess online għall-pubbliku ġenerali u parti dwar il-konformità li għandha tiġi aċċessata biss mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Il-parti dwar il-konformità tas-sit web għandha tkun marbuta mal-għodda ta’ rapportar diġitali stabbilita mill-Aġenzija.
2. Il-parti pubblika tas-sit web għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
|
(a) |
tkun miftuħa għall-aċċess f’format li jinqara mill-magni minn kwalunkwe servizz online u mingħajr ma l-klijent ikollu jirreġistra. Għandha tkun aċċessibbli kemm mill-punt tal-bejgħ fejn jintwerew it-tikketti kif ukoll permezz tal-magni tat-tiftix kollha; |
|
(b) |
tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kif ġew stmati l-emissjonijiet tat-titjiriet ta’ kull titjira jew sett ta’ titjiriet tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru, filwaqt li tinforma lill-klijent dwar il-metodu ta’ kalkolu inkluż is-suppożizzjonijiet kollha b’mod ċar, li jinftiehem u konċiż, tipprovdi spjegazzjonijiet tat-termini u l-varjabbli ewlenin, inkluż eżempji u illustrazzjonijiet u kwalunkwe informazzjoni ta’ sfond biex tiffaċilita l-fehim tal-passi meħuda mill-Aġenzija biex tikkalkula l-emissjonijiet tat-titjira, id-data użata għal tali kalkolu u stimi, kif ukoll il-valuri prestabbiliti użati għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjira; |
|
(c) |
tipprovdi informazzjoni dwar kull stima tal-emissjonijiet tat-titjiriet u dwar il-ħruġ u l-attribuzzjoni ta’ tikketti għat-titjiriet imqiegħda fis-suq; |
|
(d) |
tipprovdi informazzjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni li jirriżultaw mix-xiri mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru ta’ fjuwils tal-avjazzjoni b’emissjonijiet aktar baxxi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwil tal-avjazzjoni f’ajruport tat-tluq partikolari; |
|
(e) |
ikun fiha funzjoni ta’ tiftix li tippermetti lill-klijenti jfittxu t-tikketti. Il-kriterji ta’ tfittxija għandhom ikunu, mill-inqas, l-ajruport tat-tluq u tal-wasla u, b’mod fakultattiv, l-operatur tal-inġenji tal-ajru; |
|
(f) |
tipprovdi tqabbil tat-tikketti fuq l-istess rotta ma’ parametru referenzjarju li għandu jiġi żviluppat mill-Aġenzija abbażi tal-prestazzjoni tipika osservata fuq ir-rotta jew rotot komparabbli. B’mod partikolari għal każijiet fejn ma ntgħażel l-ebda operatur tal-inġenji tal-ajru fil-funzjoni tat-tiftix imsemmija fil-punt (e), inkluż:
|
|
(g) |
tippreżenta t-tqabbil imsemmi fl-ittra (f) bħala lista ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru f’ordni axxendenti, li tqiegħed l-ewwel l-operatur tal-inġenji tal-ajru bl-inqas emissjonijiet tat-titjira jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li juża l-fjuwils tal-avjazzjoni bl-inqas emissjonijiet medji tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni; |
|
(h) |
turi l-informazzjoni li ġejja bbażata fuq ir-rotta mfittxija:
|
3. Il-parti tal-konformità tas-sit web għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:
|
(a) |
l-aċċess minn kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun ristrett permezz ta’ kredenzjali uniċi tal-login. Għandha tkun sigura, u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu jistgħu jaraw u jimmaniġġjaw id-data ta’ konformità tagħhom, inkluż ir-rekwiżiti ta’ rapportar u l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tat-tikketti u l-istatus rispettiv tagħhom għal kull rotta; |
|
(b) |
l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu jistgħu jaraw biss l-informazzjoni dwar il-konformità tagħhom stess. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw biss l-informazzjoni pubblika dwar it-tikketti ta’ operaturi oħra tal-inġenji tal-ajru. |
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, għandu japplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru tal-merkanzija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2405 mill-1 ta’ Jannar 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2023/2405, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2405/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1369/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1008/oj).
(6) Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/12/oj).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/95/oj).
(8) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).
ANNESS I
SKEDA TA’ ŻMIEN GĦAS-SOTTOMISSJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET U GĦALL-ĠENERAZZJONI TAT-TIKKETTI
L-iskeda ta’ żmien għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jissottomettu l-applikazzjonijiet u biex l-Aġenzija tiġġenera u tqassam it-tikketti għandha tkun din li ġejja.
Tabella 1
|
Obbligu |
Skeda ta’ żmien |
|
Operazzjonijiet tas-sena kalendarja X-1, li għandhom ikunu l-bażi għall-informazzjoni mogħtija lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 3(4) |
1.1.X-1 sa 31.12.X-1 |
|
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jissottomettu lill-Aġenzija l-applikazzjoni tagħhom għall-ħruġ ta’ tikketti, f’konformità mal-Artikolu 3(1) |
Sal-1.2.X |
|
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jirrapportaw l-informazzjoni elenkata fl-Artikoli 3(3) u 3(4), f’konformità mal-Artikolu 3(2) |
Sal-1.5.X |
|
L-Aġenzija tistma l-emissjonijiet tat-titjira ta’ kull titjira jew sett ta’ titjiriet, tiġġenera u tqassam it-tikketti għat-titjiriet kollha skedati għaż-żewġ staġuni li jmiss, f’konformità mal-Artikolu 4(1). |
Sat-30.6.X |
|
Il-perjodu ta’ validità tat-tikketti għat-titjiriet operati fl-istaġun ajrunawtiku tax-xitwa, f’konformità mal-Artikolu 4(2)(a). |
Mill-mument tal-ħruġ mill-Aġenzija fis-sena X u sa tmiem l-istaġun ajrunawtiku tax-xitwa tas-snin X sa X+1, kif użat fl-iskeda tal-operatur tal-inġenji tal-ajru |
|
Il-perjodu ta’ validità tat-tikketti għat-titjiriet operati fl-istaġun ajrunawtiku tas-sajf, f’konformità mal-Artikolu 4(2)(b). |
Minn 5 xhur qabel il-bidu tal-istaġun ajrunawtiku tas-sajf tas-sena X+1 u sa tmiem dak l-istaġun, kif użat fl-iskeda tal-operatur tal-inġenji tal-ajru |
ANNESS II
METODOLOĠIJA GĦALL-ISTIMA TAL-EMISSJONIJIET TAT-TITJIRA
Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija u l-passi meħtieġa li l-Aġenzija għandha ssegwi għall-istima tal-emissjonijiet tat-titjiriet.
(1) KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET EMISSJONIJIET TAT-TITJIRIET
|
(1) |
L-emissjonijiet tat-titjiriet għandhom jiġu kkalkulati billi l-konsum stmat tal-fjuwils tal-avjazzjoni għat-titjira inkwistjoni jiġi mmultiplikat bil-medja ponderata tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati fl-ajruport tat-tluq. Fl-istess ħin, l-emissjonijiet tat-titjiriet huma ugwali għas-somma tal-emissjonijiet tal-kabina u tal-merkanzija.
fejn:
|
|
(2) |
L-emissjonijiet medji tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati fl-ajruport tat-tluq għandhom ikunu l-medja ponderata tal-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwil tal-avjazzjoni tal-lottijiet kollha (b) tal-fjuwils tal-avjazzjoni ppumpjati f’dak l-ajruport, filwaqt li jitqies l-Artikolu 5(6):
fejn:
|
|
(3) |
Il-konsum stmat tal-fjuwils tal-avjazzjoni ta’ titjira għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
(2) ALLOKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAT-TITJIRA GĦALL-KABINA U GĦALL-MERKANZIJA
|
(1) |
L-emissjonijiet tat-titjira għandhom jiġu attribwiti għall-kabina (emissjonijiet tal-kabina, Ec) u għall-merkanzija (emissjonijiet tal-merkanzija, Ef) abbażi tat-tqassim rispettiv tal-massa tal-kabina u tal-merkanzija, kif ġej:
|
|
(2) |
Meta l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ passiġġieri ma tiġix irrapportata minħabba li l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet skedati jkunu differenti minn dawk ta’ titjiriet preċedenti, bħal fil-każ ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru ġodda jew konfigurazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru ġodda, l-għadd stmat ta’ passiġġieri għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-fatturi li ġejjin (li għandhom jingħataw fuq is-sit web stabbilit skont l-Artikolu 8):
fejn:
|
(3) ĠENERAZZJONI TAL-IMPRONTA U L-EFFIĊJENZA TAL-EMISSJONIJIET
|
(1) |
L-emissjonijiet tat-titjira allokati għall-kabina u għall-merkanzija mbagħad jintużaw biex tiġi ġġenerata l-impronta tal-emissjonijiet u l-effiċjenza tal-emissjonijiet, u għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
|
(4) ALLOKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-KABINA GĦAL KULL KLASSI TAL-KABINA
|
(1) |
Meta inġenju tal-ajru jitħaddem b’aktar minn klassi waħda tal-kabina, l-emissjonijiet tal-kabina għandhom jiġu allokati għal kull klassi tal-kabina. |
|
(2) |
Meta l-operatur tal-inġenji tal-ajru jirrapporta l-erja tas-sits ta’ kull konfigurazzjoni ta’ kull tip ta’ inġenju tal-ajru, dik l-erja tas-sits (SA, seating area) għandha tintuża l-ewwel nett biex jiġi kkalkulat liema fattur tal-klassi tal-kabina għandu japplika.
fejn:
|
|
(3) |
Jekk l-informazzjoni msemmija fil-punt preċedenti ma tkunx disponibbli, is-CCF għandu jiġi stmat abbażi tal-medji ponderati tal-erja tas-sits irrapportati skont l-Artikolu 3(4)(a). Il-medji ponderati għandhom ikunu bbażati, fejn possibbli, fuq id-data speċifika tal-operatur u għandhom ikunu, tal-inqas, skont il-klassi tal-kabina. |
|
(4) |
Meta l-informazzjoni għall-istima tas-CCF ma tkunx biżżejjed, għandu jintuża s-CCF prestabbilit stabbilit fit-Tabella 1.
Tabella 1 Kalkoli tas-CCF ibbażati fuq l-erja tas-sits u l-valuri prestabbiliti
|
|||||||||||||||||||||||
|
(5) |
Peress li l-emissjonijiet tal-kabina jinkludu l-passiġġieri kollha fuq titjira irrispettivament mill-klassi tal-kabina li jkunu bilqiegħda fiha, l-emissjonijiet tal-kabina għandhom jiġu allokati lil kull passiġġier abbażi tal-fattur tal-klassi tal-kabina rispettiv tagħhom. Din l-allokazzjoni għandha ssir billi jintuża għadd teoretiku ta’ passiġġieri (LCeq
) u bħala ekwivalent komuni tintuża l-klassi tal-kabina l-aktar baxxa.
fejn:
|
|
(6) |
L-emissjonijiet tal-passiġġier ekwivalenti tal-klassi tal-kabina l-aktar baxxa mbagħad jiġu allokati lil kull passiġġier b’mod proporzjonali għall-fattur tal-klassi tal-kabina rispettiv tagħhom:
L-emissjonijiet tal-klassi tal-kabina għal kull passiġġier (CCef )
L-emissjonijiet tal-klassi tal-kabina għal kull passiġġier-kilometru (CCei )
|
ANNESS III
MUDELLI GĦALL-WIRI TAT-TIKKETTI
1.
Il-logo tat-tikketta għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:|
(a) |
Il-logo jrid ikun dan li ġej, li għandu jintwera skont il-kulur tal-isfond ta’ warajh, biex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-faċilità tal-użu tad-disinn.
|
|
(b) |
Jekk ikun hemm biżżejjed spazju, il-kelma “Ivverifikat” trid takkumpanja l-logo tat-tikketta fuq il-lemin. Din trid tkun stilizzata b’tipa grassa Calibri u dejjem bil-lingwa tal-utent:
|
|
(c) |
Il-kulur tal-logo tat-tikketta u l-kliem li jakkumpanjah irid ikun:
|
|
(d) |
Il-wiri primarju msemmi fil-punt 2 għandu dejjem jintwera bil-lingwa tal-utent (verżjoni bl-Ingliż għal skopijiet ta’ illustrazzjoni) u jikkonforma mat-tqassim li ġej:
|
|
(e) |
Kull meta ma jkunx hemm spazju biżżejjed għall-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu preċedenti, il-wiri primarju għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
|
(f) |
Il-wiri sekondarju msemmi fil-punt 3 għandu jikkonforma mat-tqassim li ġej u għandu dejjem jintwera bil-lingwa tal-utent u jidher meta wieħed ipoġġi l-cursor fuq il-logo jew fuq l-ikona tal-informazzjoni (“i”) viżibbli fuq in-naħa tal-lemin tal-logo fil-wiri primarju, jew jikklikkja fuqhom:
|
|
(g) |
It-tikketta għandha tissejjaħ it-“Tikketta tal-Emissjonijiet tat-Titjira”. |
2.
L-informazzjoni li ġejja għandha dejjem tiġi inkluża fil-wiri primarju tat-tikketta maġenb il-logo:|
(a) |
għal titjiriet tal-passiġġieri, l-emissjonijiet tal-klassi tal-kabina għal kull passiġġier, f’kg CO2eq/pax. Meta jtiru bi trabi ta’ età sa 24 xahar fuq il-ħoġor ta’ adult li juża ċinturin tas-sikurezza tat-trabi, l-emissjonijiet mistennija tal-kabina għal kull passiġġier għandhom ikunu dawk tal-adult biss; |
|
(b) |
għal titjiriet li jġorru biss merkanzija, b’kont meħud tal-Artikolu 9, l-emissjonijiet tal-merkanzija għal kull tunnellata, f’kg ta’ CO2eq/t; |
|
(c) |
verżjoni fuq skala żgħira tal-logo tat-tikketta, kif stabbilit fil-punt 1(b); |
|
(d) |
it-tqabbil relattiv, f’perċentwal, bejn l-emissjonijiet elenkati fis-subpunti (a) jew (b) ma’ parametru referenzjarju li għandu jiġi żviluppat mill-Aġenzija abbażi tal-prestazzjoni tipika osservata fuq ir-rotta jew fuq rotot komparabbli. Kulur aħdar jista’ jintuża biex jindika differenza negattiva u kulur aħmar biex jindika differenza pożittiva meta mqabbla mal-medja; |
|
(e) |
ikona, stilizzata bħala ikona ta’ informazzjoni (“i”), biex tiftaħ il-wiri sekondarju. |
3.
L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi inkluża fil-wiri sekondarju tat-tikketta:|
(a) |
l-isem tal-operatur tal-inġenju tal-ajru; |
|
(b) |
ir-rotta, definita mill-ismijiet tal-ajruporti tat-tluq u tal-wasla; |
|
(c) |
id-distanza tar-rotta, f’kilometri; |
|
(d) |
għal titjiriet tal-passiġġieri, l-emissjonijiet tal-klassi tal-kabina għal kull passiġġier-kilometru, imkejla f’kg ta’ CO2eq/passiġġier-kilometru; |
|
(e) |
għal titjiriet li jġorru biss merkanzija, b’kont meħud tal-Artikolu 9, l-emissjonijiet tal-merkanzija għal kull tunnellata-kilometru, f’kg CO2eq/tunnellata-kilometru; |
|
(f) |
l-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwils tal-avjazzjoni, f’kg CO2eq/MJ; |
|
(g) |
it-tqabbil relattiv, f’perċentwal, tal-emissjonijiet elenkati fil-punti 2(a) u 3(d) jew 2(b) u 3(e), u 3(f) ma’ parametru referenzjarju li għandu jiġi żviluppat mill-Aġenzija abbażi tal-prestazzjoni tipika osservata fuq ir-rotta jew fuq rotot komparabbli. Kulur aħdar jista’ jintuża biex jindika differenza negattiva u kulur aħmar biex jindika differenza pożittiva meta mqabbla mal-medja; |
|
(h) |
il-perjodu ta’ validità tat-tikketta, inkluż l-aħħar jum ta’ validità tagħha; |
|
(i) |
Iperlink għat-Tikketta tal-Emissjonijiet tat-Titjira speċifika ospitata fuq is-sit web stabbilit skont l-Artikolu 8, stilizzat bħala www.flightemissions.eu. |
4.
Il-wiri tat-tikketta għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin matul il-perjodu ta’ validità tagħha:|
(a) |
għandu jintwera f’format li jinqara mill-magni u aċċessibbli; |
|
(b) |
l-informazzjoni fl-unità tal-wiri primarju tat-tikketta ma għandhiex teħtieġ l-interazzjoni tal-passiġġieri biex tintwera; |
|
(c) |
it-tip tat-tipa tat-tikketta (Calibri) u d-daqs użat għandhom ikunu ċari u leġibbli. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3170/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)