|
6.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1095/2013
tal-4 ta’ Novembru 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sierra de Cádiz (AOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
|
(2) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Sierra de Cádiz", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2005 (3). |
|
(3) |
L-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4). Ladarba l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’rabta mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, eċċ.)
SPANJA
Sierra de Cádiz (AOP)