Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010, Platis vs Il-Kunsill u Il-Greċja (T-311/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament ta’ diversi regolamenti tal-Kunsill, adottati fl-1997, 1998, 1999 u 2000, li jistabbilixxu ċerti dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-Euro, id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ muniti tal-Euro intiżi għaċ-ċirkulazzjoni, u r-rata ta’ konverżjoni bejn l-Euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-Euro, kif ukoll l-annullament tal-Liġijiet nazzjonali 2842/2000 u 2948/2001, li jittrasponu r-regolamenti kkontestati fl-ordinament ġuridiku Grieg - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) D. Platis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.