|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2080 |
29.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2080
tas-26 ta’ Lulju 2024
li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Lulju 2003, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2071 (1), li ħatret lis-Sur Toivo KLAAR bħala RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. |
|
(3) |
Fl-20 ta' Lulju 2023,il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1528 (2), li estendiet il-mandat tas-Sur Toivo KLAAR bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia . Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2024. |
|
(4) |
Ms Magdalena GRONO jenħtieġ li tinħatar bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2025. |
|
(5) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Ms Magdalena GRONO hija b'dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia mill-1 ta' Settembru 2024 sal-31 ta' Awwissu 2025. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew terminat aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta' politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia, inkluż l-objettivi stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew li saret fi Brussell fl-1 ta' Settembru 2008, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Settembru 2008 u tas-27 ta' Frar 2012, kif ukoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li sar fi Brussell fis-26 u s-27 ta' Ottubru 2023. Dawk l-objettivi jinkludu:
|
(a) |
l-għoti ta' kontribut, f'konformità mal-mekkaniżmi eżistenti għall-prevenzjoni tal-konflitti fir-reġjun, għal soluzzjoni paċifika tal-konflitti fir-reġjun, inkluż il-kriżi fil-Georgia u l-proċess ta' normalizzazzjoni bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' tali soluzzjoni f'konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali; |
|
(b) |
l-involviment kostruttiv mal-atturi ewlenin interessati fir-rigward tar-reġjun; |
|
(c) |
l-inkoraġġiment u l-appoġġ ulterjuri għall-kooperazzjoni bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Georgia, u, kif adatt, il-pajjiżi ġirien tagħhom; |
|
(d) |
it-tisħiħ tal-effettività u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun. |
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
|
(a) |
jiżviluppa kuntatti mal-gvernijiet, il-parlamenti, atturi politiċi ewlenin oħra u s-soċjetà ċivili fir-reġjun; |
|
(b) |
jinkoraġġixxi lill-pajjiżi fir-reġjun biex jikkooperaw u jiffaċilita din il-kooperazzjoni dwar temi reġjonali ta' interess komuni, bħal theddid komuni għas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu u l-kriminalità organizzata; jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera u transkonfinali fejn fattibbli biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet lokali u jinbnew il-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni; |
|
(c) |
jikkontribwixxi għas-soluzzjoni paċifika tal-konflitti f'konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali u jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' tali soluzzjoni f'koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u l-OSKE; |
|
(d) |
fir-rigward tal-kriżi fil-Georgia:
|
|
(e) |
fir-rigward tal-proċess ta' normalizzazzjoni bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan:
|
|
(f) |
jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' tisħiħ tal-fiduċja f'koordinazzjoni mal-konsulenti esperti tal-Istati Membri fejn disponibbli u adatt; |
|
(g) |
jiffaċilita u jikkontribwixxi għal sforzi inklużivi ta' tisħiħ tal-paċi fi ħdan is-soċjetajiet bil-għan li jiġu newtralizzati l-konflitti u li tiġi kkonsolidata l-paċi; |
|
(h) |
jassisti fit-tħejjija, kif adatt, tal-kontributi tal-Unjoni għas-soluzzjoni possibbli tal-konflitt; |
|
(i) |
jintensifika d-djalogu tal-Unjoni mal-atturi ewlenin ikkonċernati fir-rigward tar-reġjun; |
|
(j) |
jassisti lill-Unjoni fl-iżvilupp ulterjuri ta' politika komprensiva lejn il-Kawkasu tan-Nofsinhar, speċjalment fil-ftuħ tal-fruntieri u metodi ta’ komunikazzjoni; |
|
(k) |
fil-qafas tal-attivitajiet imsemmija f'dan l-Artikolu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f'żoni milquta minn konflitti, b'mod partikolari permezz ta' monitoraġġ u billi jindirizza l-iżviluppi f'dan ir-rigward. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta' Settembru 2024 sal-31 ta' Awwissu 2025 għandu jkun ta' EUR 2 477 987.
2. In-nefqa għandha tiġi ġestita f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim
1. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-kostituzzjoni ta’ tim. It-tim għandu jinkludi l-kompetenza esperta rigward kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal sabiex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jissekonda, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li jissekonda, jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
4. Il-persunal tar-RSUE għandu jitqiegħed fl-istess post li fih jinsabu d-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew id-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji l-oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament regolari tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
|
(a) |
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni tal-moviment sigur tal-persunal lejn iż-żona ta' responsabbiltà u ġewwa fiha, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u li jipprevedu pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni; |
|
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà; |
|
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew it-taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-livelli tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE; |
|
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha li jkunu saru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtar
Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi lir-RGħ u lill-KPS rapporti. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. Ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti, sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. Għandhom jintalbu kuntatti mal-Istati Membri fejn xieraq. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet ta' Missjoni tal-Istati Membri. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) u lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) gwida politika lokali, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet rispettivi tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Georgia u għall-Armenja. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUMM Georgia u l-EUMA Armenia għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.
Artikolu 13
Assistenza rigward pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-provvediment ta' elementi b'rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia preċedenti, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali finijiet.
Artikolu 14
Reviżjoni
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta' progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta' Mejju 2025.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2071 tat-13 ta' Novembru 2017 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 55).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1528 tal-20 ta' Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/907 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 185, 24.7.2023, p. 32).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2080/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)