<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-423/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0423</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:57">EU:T:2018:57</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>29</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">SENTENZA TAL-<DATE ISO="20180201">1.2.2018</DATE> – Kawża T‑423/14</HT></P><P><HT TYPE="SC">Larko vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE><HT TYPE="BOLD"><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NOTE.ID="E0002"><P>Fil-punt 170 ta’ dan it-test saru modifiki li jikkonsistu f’korrezzjonijiet żgħar, wara li kien tqiegħed online għall-ewwel darba.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" - " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mogħtija mill-Greċja</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju tal-investitur privat</KEYWORD><KEYWORD>Ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑423/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE</HT>, stabbilita f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn I. Dryllerakis, I. Soufleros, E. Triantafyllou, G. Psaroudakis, E. Rantos u N. Korogiannakis, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE, tas-<DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (2013/C) (ex 13/NN) mogħtija mill-Greċja lil Larko General Mining &amp; Metallurgical Company SA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="254" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 254, p. 24</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn G. Berardis, President tal-Awla, D. Spielmann u Z. Csehi (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Larko<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) hija impriża kbira, speċjalizzata fl-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-minerali tal-laterit, l-estrazzjoni tal-linjite u l-produzzjoni ta’ ferronikil u prodotti sekondarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Hija nħolqot fl-1989, fil-forma ta’ impriża ġdida, wara l-istralċ ta’ Hellenic Mining and Metallurgical SA. Fiż-żmien tal-fatti sottostanti għat-tilwima prinċipali, hija kellha tliet azzjonisti: l-Istat Grieg, li kellu 55.2 % tal-azzjonijiet permezz tal-Hellenic Republic Asset Development Fund, istituzzjoni finanzjarja privata, in-National Bank of Greece SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ETE<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li kellha 33.4 % tal-azzjonijiet, u l-Public Power Corporation (il-produttur prinċipali tal-elettriku fil-Greċja, li l-Istat huwa l-azzjonist maġġoritarju tiegħu), li kellha 11.4 % tal-azzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>F’Marzu 2012, il-Hellenic Republic Asset Development Fund informa lill-Kummissjoni Ewropea bi programm ta’ privatizzazzjoni ta’ Larko.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>F’April 2012, il-Kummissjoni bdiet, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, eżami preliminari fuq l-imsemmija privatizzazzjoni, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-eżami għandu bħala għan is-sitt miżuri li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel waħda ikkonċernat, minn naħa, ftehim ta’ ħlas tad-djun tal-1998 bejn Larko u d-debituri prinċipali tagħha, li skonthom id-djun ta’ din il-kumpannija fir-rigward tal-kredituri kellhom jitħallsu b’interessi ta’ 6 % fis-sena, u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas tal-Istat Grieg li jirkupra dan id-dejn (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>miżura Nru 1<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>);</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni waħda kkonċernat garanzija dwar self ta’ EUR 30 miljun mogħti minn ATE Bank lil Larko, garanzija mogħtija mill-Istat Grieg fl-2008 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>miżura Nru 2<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>garanzija tal-2008<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Din il-garanzija kopriet 100 % tas-self sa tliet snin u kellha primjum ta’ garanzija ta’ 1 % fis-sena;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet waħda kienet tirrigwarda żieda tal-kapital azzjonarju ta’ EUR 134 miljun proposta fl-2009 mill-Bord tad-Diretturi ta’ Larko, approvata mit-tliet azzjonisti tagħha u li fih l-Istat Grieg ipparteċipa b’mod sħiħ, u parzjalment, ETE (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>miżura Nru 3<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jew iż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>żieda tal-kapital tal-2009<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>);</P></ITEM><ITEM><P>ir-raba’ waħda kienet tikkonċerna garanzija mogħtija mill-Istat fl-2010, għal tul indeterminat, sabiex tkopri kompletament ittra ta’ garanzija li ETE ser tipprovdi lil Larko għall-ammont ta’ madwar EUR 10.8 miljun u tipprevedi garanzija ta’ 2 % kull sena (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>miżura Nru 4<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>garanzija tal-2010<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). L-ittra ta’ garanzija inkwistjoni ggarantixxiet is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, min-naħa tal-Areios Pagos (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Greċja), ta’ sentenza li fiha l-Efeteio Athinon (il-Qorti tal-Appell ta’ Ateni, il-Greċja) irrikonoxxiet l-eżistenza ta’ dejn ta’ EUR 10.8 miljun ta’ Larko fir-rigward ta’ kreditur;</P></ITEM><ITEM><P>il-ħames waħda ikkonċernat ittri ta’ garanzija li, b’deċiżjoni tal-qrati Griegi, issostitwixxew il-ħlas bil-quddiem obbligatorju ta’ 25 % ta’ multa fiskali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>miżura Nru 5<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>);</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>is-sitt waħda ikkonċernat żewġ garanziji mogħtija mill-Istat fl-2011 għal żewġ kuntratti ta’ self, rispettivament ta’ EUR 30 miljun u EUR 20 miljun rispettivament, mogħtija minn ATE Bank, garanziji li jkopru 100 % ta’ dawn is-self u pprovdiet primjum ta’ 1 % kull sena (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>miżura Nru 6<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>garanziji tal-2011<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Matul dan l-eżami, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Griegi għal informazzjoni addizzjonali, li ġiet ipprovduta minn dawn l-awtoritajiet fl-2012 u l-2013. Saru wkoll laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130306">6 ta’ Marzu 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 136, p. 27</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deċiżjoni tal-ftuħ<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Matul il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Griegi u lit-terzi interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri msemmija fil-punt 5 iktar ’il fuq. Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet min-naħa tal-awtoritajiet Griegi fit-<DATE ISO="20130430">30 ta’ April 2013</DATE> u ma rċeviet l-ebda osservazzjoni min-naħa tat-terzi interessati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/539/UE dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (2013/C) (ex 13/NN) mogħtija mill-Greċja lil Larco General Mining &amp; Metallurgical Company SA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="254" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 254, p. 24</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset, preliminarjament, li, fiż-żmien meta ngħataw is-sitt miżuri inkwistjoni, Larko kienet impriża f’diffikultà fis-sens tal-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="244" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 244, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt 5 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni qieset, qabel kollox, li l-miżuri 2 sa 4 u 6 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, insegwitu, li dawn il-miżuri kienu ngħataw bi ksur tal-obbligi ta’ notifika u ta’ projbizzjoni ta’ implementazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 108(3) TFUE u, fl-aħħar nett, li l-imsemmija miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u suġġetti għal irkupru fis-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li żewġ miżuri oħra, il-miżuri Nri 1 u 5, jikkonċernaw rispettivament in-nuqqas li jiġi rkuprat dejn dovut lill-Ministeru għall-Finanzi u żewġ garanziji tal-Istat tal-2011 (ara l-punt 5 iktar ’il fuq), ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA>In-nuqqas ta’ ġbir tad-dejn lill-Ministeru tal-Finanzi u l-ittri ta’ garanzija minflok ħlas bil-quddiem ta’ taxxa addizzjonali fl-2010, li l-Greċja implimentat għal [Larko], ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.</ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="4"?><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><ALINEA>L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">135820824.35</FT> fil-forma ta’ garanziji mill-Istat lil [Larko] fl-2008, l-2010 u l-2011 u l-parteċipazzjoni tal-Istat għaż-żieda fil-kapital tal-kumpanija fl-2009, mogħtija llegalment mill-Greċja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq intern.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Greċja tiġbor lura l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 2 mingħand il-benefiċjarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom iġibu imgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sakemm ikunu fil-fatt ġew irkuprati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-imgħax jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, kif immodifikat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-miżura [Nru] 3, il-Greċja tipprovdi d-data(i) eżatta(i) meta pprovdiet il-kontribuzzjoni tagħha għaż-żieda fil-kapital azzjonarju tal-2009.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Greċja tikkanċella l-pagamenti kollha pendenti tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun immedjat u effettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Greċja tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja [għandha] tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ammont totali (kapital u imgħaxijiet ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma’ din id-deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju jkun ġie ordnat li jirritorna l-għajnuna.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Greċja żżomm lill-Kummisjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 ikun ikkompletat. Hija tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tinkiseb konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Hija tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u l-imgħax ta rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 6</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-anness tad-deċiżjoni kkontestata tipprovdi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Informazzjoni dwar l-ammonti ta’ riċevuti, li għandhom jiġu rkuprati u li diġà ġew irkuprati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u huwa riprodott kif ġej:</TXT><P><TBL NO.SEQ="0001" COLS="5" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL ROWSPAN="2" COL="1">Identità tal-benefiċjarju — miżura</CELL><CELL ROWSPAN="2" COL="2">Ammont totali tal-għajnuna riċevuta</CELL><CELL ROWSPAN="2" COL="3">Ammont totali tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (Kapital)</CELL><CELL COLSPAN="2" COL="4">Total tal-ammont diġà rimborżat</CELL></ROW><ROW><CELL COL="4">Prinċipali</CELL><CELL COL="5">Imgħax tal-irkupru</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Lar[k]o – miżura 2</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">30000000</FT></CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">30000000</FT></CELL><CELL COL="4">0</CELL><CELL COL="5">0</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Lar[k]o – miżura 3</CELL><CELL COL="2">44 999 999.40</CELL><CELL COL="3">44 999 999.40</CELL><CELL COL="4">0</CELL><CELL COL="5">0</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Lar[k]o – miżura 4</CELL><CELL COL="2">10 820 824.95</CELL><CELL COL="3">10 820 824.95</CELL><CELL COL="4">0</CELL><CELL COL="5">0</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Lar[k]o – miżura 6</CELL><CELL COL="2"><FT TYPE="NUMBER">50000000</FT></CELL><CELL COL="3"><FT TYPE="NUMBER">50000000</FT></CELL><CELL COL="4">0</CELL><CELL COL="5">0</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20140606">6 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20141030">30 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha. Ir-risposta u l-kontroreplika ġew ippreżentati fit-terminu prefiss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, Elliniki Metalleftiki kai Metallourgiki Larymnis Larko AE talbet sabiex tintervjeni fil-proċedura preżenti insostenn tat-talbiet tar-rikorrenti. It-talba għal-intervent ġiet miċħuda b’digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-423/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:439">EU:T:2015:439</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Appell kontra dan id-digriet ġie wkoll miċħud b’digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Metalleftiki kai Metallourgiki Etairia Larymnis Larko vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-385/15 P(I)</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:681">EU:C:2015:681</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-proċedura ġiet sospiża sakemm tingħata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li ġġib fit-tmiem l-istanza fil-Kawża C‑385/15 P(I). Il-proċedura tkompliet fis-<DATE ISO="20151016">16 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lis-Sitt Awla, u konsegwentement din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tordna li kwalunkwe somma li setgħet ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>irkuprata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> direttament jew indirettament mir-rikorrenti, b’eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, tiġi rrimborsata, bl-interessi;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. L-ewwel wieħed huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta kkunsidrat li l-miżuri Nri 2 sa 4 u 6 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>miżuri kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern; it-tieni wieħed huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u t-tielet wieħed, imqajjem sussidjarjament, huwa bbażat fuq li l-Kummissjoni iddeterminat b’mod żbaljat l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata fir-rigward tal-miżuri kontenzjużi u ordnat l-irkupru tagħhom bi ksur tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis opportun li tittratta, qabel xejn, it-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, u, insegwitu, il-motivi l-oħra fl-ordni li fihom ġew invokati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni ma spjegatx suffiċjentement, fid-deċiżjoni kkontestata, diversi aspetti relatati, fl-ewwel lok, mal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, fit-tieni lok, il-kompatibbiltà tal-miżuri Nri 3, 4 u 6 mas-suq intern u, fit-tielet lok, il-kwantifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tiddependi min-natura tal-att inkwistjoni u mill-kuntest li fih ikun ġie adottat. Il-motivazzjoni għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni b’mod li, minn naħa, il-persuni interessati jkunu jafu r-raġunijiet għall-miżura adottata sabiex ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u sabiex jivverifikaw jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew le u, min-naħa l-oħra, il-qorti tkun tista’ tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl ta’ kliemu, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha tiegħu kif ukoll f’dak tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-materja inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha li l-persuni interessati jqajmu quddiemha, imma biżżejjed li hija tesponi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li jkollhom importanza essenzjali fil-kuntest tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Freistaat Sachsen <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑102/07 u T‑120/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:62">EU:T:2010:62</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi eżaminat l-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u, għalhekk, l-ewwel nett, l-eżistenza ta’ vantaġġ, it-tieni nett, l-użu ta’ riżorsi tal-Istat fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6 u, it-tielet nett, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni esponiet ir-raġunijiet li għalihom hija qieset li l-miżuri kontenzjużi kienu jinvolvu l-għoti ta’ vantaġġ lil Larko, kif jirriżulta rispettivament, mill-premessi 73 u 74, fir-rigward tal-miżura Nru 2, mill-premessi 80 sa 85 fir-rigward tal-miżura Nru 3, mill-premessi 90 sa 92 fir-rigward tal-miżura Nru 4 u mill-premessi 101 u 102 fir-rigward tal-miżura Nru 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-premessi msemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni spjegat, minn naħa, li l-garanziji tal-2008, 2010 u 2011 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, peress li l-kundizzjonijiet tal-Avviż [Komunikazzjoni] tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [107] u [108 TFUE] għal għajnuna mill-Istat<?PAGE NO="7"?> fil-forma ta’ garanziji (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 155, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Komunikazzjoni dwar il-Garanziji<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) ma ġewx issodisfatti, peress li Larko kienet impriża f’diffikultà u għalhekk il-primjum tal-garanzija ma jirriflettix ir-riskju ta’ inadempjenza għas-self iggarantit u, min-naħa l-oħra, li ż-żieda tal-kapital tal-2009 ma ssodisfatx il-kriterju tal-investitur privat, peress li l-ebda pjan ta’ ristrutturazzjoni ma ġie pprovdut lill-azzjonisti minn qabel, minkejja l-fatt li Larko kienet impriża f’diffikultà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-istess jgħodd għall-konklużjoni tal-Kummissjoni li skontha l-miżuri Nri 2, 4 u 6 involvew l-użu ta’ riżorsi ta’ Stat, kif jirriżulta, rispettivament, mill-premessa 72 tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-miżura Nru 2, mill-premessa 89 ta’ din id-deċiżjoni fir-rigward tal-miżura Nru 4 u mill-premessa 99 tal-istess deċiżjoni fir-rigward tal-miżura Nru 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-premessi msemmija fil-punt 31 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni spjegat li l-miżuri kontenzjużi, minn naħa, kienu jinvolvu r-riskju ta’ mobilizzazzjoni għar-riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, jimplikaw telf ta’ riżorsi finanzjarji għall-Istat, sa fejn ma ġewx irremunerati korrettement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-istess jgħodd għall-konklużjoni tal-Kummissjoni li skontha l-miżuri kontenzjużi kienu tali li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, kif jirriżulta mill-premessi 75 u 76 tal-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-miżura Nru 2 u tar-riferiment għal dawn tal-aħħar mill-premessi 86, 93 u 103 tal-imsemmija deċiżjoni fir-rigward tal-miżuri l-oħra kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-premessi msemmija fil-punt 33 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni spjegat, minn naħa, li Larko kienet attiva f’settur fejn il-prodotti tqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri u li esportat ħafna mill-produzzjoni tagħha lejn Stati Membri oħra u, min-naħa l-oħra, li l-miżuri kontenzjużi ppermettew li din l-impriża tkompli bl-attivitajiet tagħha, kuntrarjament għall-kompetituri l-oħra li kellhom diffikultajiet finanzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm il-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-premessi msemmija fil-punt 34 iktar ’il fuq – u b’mod partikolari dawk relatati mal-użu ta’ riżorsi tal-Istat u dawk relatati mal-preġudizzju tal-kompetizzjoni u mal-kummerċ bejn l-Istati Membri – huma estremament konċiżi, madankollu huma suffiċjenti sabiex jimmotivaw id-deċiżjoni kkontestata b’mod suffiċjenti fid-dritt, filwaqt li jqisu wkoll il-fatt li l-Kummissjoni mxiet fuq linja ta’ prattika deċiżjonali kostanti u li l-kuntest tad-deċiżjoni kkontestata kien magħruf sewwa mir-rikorrenti. Barra minn hekk, matul il-proċedura amministrattiva, l-awtoritajiet Griegi stess ma kkontestawx il-preżenza tal-kundizzjonijiet relatati mal-użu tar-riżorsi tal-Istat u l-preġudizzju tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-deċiżjoni kkontestata turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Kummissjoni u ppermettiet, kemm lir-rikorrenti sabiex tiżviluppa l-argumenti tagħha fuq il-merti ta’ dan ir-raġunament u lill-Qorti Ġenerali sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha ta’ legalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat l-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni ma tatx motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-assenza ta’ kompatibbiltà tal-miżuri Nri 3, 4 u 6 mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, minn naħa, li l-eċċezzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni ma ġietx invokata mill-awtoritajiet Griegi matul il-proċedura amministrattiva u, min-naħa l-oħra, li, min-natura tagħhom, il-miżuri kontenzjużi ma jistgħux jiġu użati sabiex jirrimedjaw għad-danni kkawżati minn avvenimenti straordinarji, minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ natura ġenerali u indipendenti mid-danni allegatament ikkawżati minn avvenimenti straordinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma tatx motivazzjoni biżżejjed għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat l-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni ma tatx motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni speċifikat li l-garanziji tal-2008, 2010 u 2011 taw vantaġġ lil Larko, li kien daqs l-ammont tas-self iggarantit, peress li Larko, li kienet impriża f’diffikultà, ma kinitx tkun tista’ tirċievi dan il-finanzjament fis-suq mingħajr l-imsemmija garanziji. Din l-ispjegazzjoni tirriżulta, rispettivament, mill-premessa 77 fir-rigward tal-miżura 2, mill-premessa 94 fir-rigward tal-miżura Nru 4 u mill-premessa 104 fir-rigward tal-miżura Nru 6. Barra minn hekk, fil-premessi 56 sa 66, il-Kummissjoni ddeskriviet fid-dettall is-sitwazzjoni ta’ diffikultà li fiha Larko kienet tinsab fiż-żmien meta ngħataw il-miżuri ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-kwantifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata hija debitament motivata fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat, b’mod iktar ġenerali, li l-argumenti tar-rikorrenti dwar in-nuqqas ta’ motivazzjoni jikkoinċidu fil-parti l-kbira tagħhom ma’ dawk żviluppati fil-kuntest tal-ewwel u t-tielet motiv u iktar jirrigwardaw il-mertu tal-motivi esposti fid-deċiżjoni kkontestata milli n-natura suffiċjenti tagħhom mill-perspettiva formali. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni jikkostitwixxi formalità sostanzjali li għandu jkun distint mill-kwistjoni tal-mertu tal-motivazzjoni, li jirriżulta mill-legalità sostantiva tal-att ikkontestat (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010322">22 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:178">EU:C:2001:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050118">18 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Confédération nationale du Crédit mutuel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑93/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:11">EU:T:2005:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dawn l-argumenti, sa fejn huma mqajma fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, jistgħu, konsegwentement, jiġu miċħuda biss bħala ineffettivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gfi PSF vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑200/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:294">EU:T:2017:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li jiġi miċħud it-tieni motiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji fil-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern mogħtija lill-miżuri kontenzjużi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tinvoka żbalji li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, mogħtija lill-miżuri kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Dan il-motiv huwa, essenzjalment, maqsum f’erba’ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni parti jikkonċernaw il-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat mogħtija lill-miżuri kontenzjużi, jiġifieri, minn naħa, l-eżistenza ta’ vantaġġ fir-rigward tal-miżuri kontenzjużi kollha u, min-naħa l-oħra, l-użu ta’ riżorsi tal-Istat sa fejn jikkonċernaw il-miżuri Nri 2, 4 u 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tielet u r-raba’ parti jikkonċernaw il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern, minn naħa, abbażi, minn naħa, tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE fir-rigward tal-miżuri Nri 3, 4 u 6 u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE fir-rigward tal-miżura Nru 6.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-Artikolu 107(1) TFUE jipprojbixxi l-miżuri li, permezz tal-użu ta’ riżorsi tal-Istat, jagħtu l-benefiċċju esklużiv ta’ ċerti impriżi jew ta’ ċerti setturi tal-ekonomija, vantaġġ li jfixkel jew jhedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ għajnuna jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, iżda wkoll interventi li, taħt forom differenti, inaqqsu l-ispejjeż li normalment jaffettwaw il-baġit ta’ impriża u li, għaldaqstant, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens ristrett tal-kelma, ikunu tal-istess natura u jkollhom effetti identiċi. Għalhekk, huma kkunsidrati bħala għajnuna l-interventi kollha mill-Istat li, taħt kwalunkwe forma, jistgħu jiffavorixxi direttament jew indirettament lil impriżi jew li għandhom jiġu kkunsidrati bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑559/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:217">EU:C:2014:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa miżura sabiex taqa’ taħt il-kunċett ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE ma humiex issodisfatti jekk l-impriża pubblika benefiċjarja setgħet tikseb l-istess vantaġġ bħal dak disponibbli għaliha permezz tar-riżorsi tal-Istat f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għal ċirkustanzi normali tas-suq, evalwazzjoni li għall-impriżi pubbliċi ssir billi jiġi applikat, bħala prinċipju, il-kriterju tal-investitur privat fl-ekonomija tas-suq (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ garanzija, ma jistax jiġi eskluż li garanzija tal-Istat tikkonċedi hija stess vantaġġi li jistgħu jimplikaw spiża addizzjonali għall-Istat. Fil-fatt, persuna li tissellef li tidħol f’self iggarantit mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru normalment tikseb vantaġġ, sa fejn l-ispiża finanzjarja li hija ser tbati hija inqas minn dik li jkollha tbati fil-każ li kellha tikseb dan l-istess finanzjament u din l-istess garanzija bil-prezz tas-suq (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑559/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:217">EU:C:2014:217</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Insegwitu, għandu jitfakkar li hija l-Kummissjoni li għandha ġġib il-prova tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, sabiex jiġi evalwat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq, b’applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi kompleta tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha, inkluż tas-sitwazzjoni tal-impriża benefiċjarja u tas-suq ikkonċernat (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Franza u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑479/11 u T‑157/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:320">EU:T:2016:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-kriterju tal-investitur privat, il-ġurisprudenza tispeċifika li dan il-kriterju, meta jkun applikabbli, jinsab fost l-elementi li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ tali għajnuna (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta jidher li l-kriterju tal-investitur privat jista’ japplika, huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jipprovdilha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà u għall-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju humiex issodisfatti u hija tista’ tirrifjuta li teżamina tali informazzjoni biss jekk il-provi prodotti jkunu ġew stabbiliti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni li twettaq l-investiment inkwistjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Jekk l-Istat Membru jipprovdiha bil-provi, il-Kummissjoni hija obbligata li twettaq evalwazzjoni globali billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha f’dan il-każ li jippermettulha li tiddetermina jekk l-impriża benefiċjarja manifestament ma kinitx tikseb faċilitajiet paragunabbli minn operatur privat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Frucona Košice vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:32">EU:C:2013:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, jekk matul il-proċedura amministrattiva Stat Membru jinvoka l-kriterju tal-investitur privat, huwa għandu l-obbligu, fil-każ ta’ dubju, li jistabbilixxi mingħajr dubju u abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli li l-miżura implementata tirriżulta mill-kwalità tiegħu ta’ azzjonist. Dawn<?PAGE NO="10"?> l-elementi għandhom juru b’mod ċar li, qabel jew fl-istess waqt tal-għoti tal-vantaġġ ekonomiku, l-Istat Membru kkonċernat ħa d-deċiżjoni li jwettaq, permezz tal-miżura effettivament implementata, investiment fl-impriża pubblika kkontrollata. F’dan ir-rigward jistgħu jkunu meħtieġa, b’mod partikolari, fatturi li juru li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, investitur privat razzjonali li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-imsemmi Stat Membru kien jagħmel, qabel ma jwettaq l-imsemmi investiment, sabiex jiddetermina l-profittabbiltà futura ta’ tali investiment (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara l-għoti tal-vantaġġ, il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat jew ġustifikazzjonijiet ulterjuri tal-għażla tal-proċess effettivament użat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta’ dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-kondotta ta’ investitur prudenti li jopera f’ekonomija tas-suq, huwa neċessarju li wieħed ipoġġi lilu nnifsu fil-kuntest tal-perijodu li fih il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju ttieħdu sabiex tiġi evalwata r-razzjonalità ekonomika tal-kondotta tal-Istat, u għaldaqstant ma għandha tinħareġ l-ebda evalwazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni iktar reċenti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan jgħodd ukoll, b’mod partikolari, meta l-Kummissjoni teżamina l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat meta mqabbla ma’ miżura li ma ġietx innotifikata lilha u li diġà ġiet implementata mill-entità pubblika kkonċernata fil-mument meta din twettaq l-eżami tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑305/13</NO.CASE>, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:435">EU:T:2015:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni kkontestata fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, kif definit f’din id-dispożizzjoni, huwa ta’ natura legali li għandu jiġi interpretat abbażi ta’ elementi oġġettivi. Għal din ir-raġuni, il-Qorti tal-Unjoni għandha, bħala regola u fid-dawl sew tal-elementi konkreti tal-kwistjoni mressqa quddiemha kif ukoll tan-natura teknika jew kumplessa tal-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, teżerċita stħarriġ sħiħ fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑29/10 u T‑33/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:98">EU:T:2012:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, il-ġurisprudenza stabbiliet ukoll li l-istħarriġ ġudizzjarju huwa limitat, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, meta l-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni jkunu ta’ natura teknika jew kumplessa. Madankollu hija l-Qorti Ġenerali li għandha tiddetermina jekk dan huwiex il-każ (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑29/10 u T-33/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:98">EU:T:2012:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan ir-rigward, meta hemm lok, għall-Kummissjoni, sabiex tivverifika jekk miżura taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tapplika l-kriterju tal-investitur privat, l-użu ta’ dan il-kriterju jimplika, b’mod ġenerali, min-naħa tal-Kummissjoni evalwazzjoni ekonomika kumplessa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa li l-eżerċizzju tagħha jimplika evalwazzjonijiet ta’ natura ekonomika li għandhom iseħħu fil-kuntest tal-Unjoni, dan ma jimplikax li l-qorti tal-Unjoni għandha tastjeni minn stħarriġ tal-interpretazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tad-data ta’ natura ekonomika. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex tivverifika biss l-eżattezza materjali tal-provi invokati, il-kredibbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda għandha wkoll tistħarreġ jekk dawn l-elementi jikkostitwixxux id-data kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk<?PAGE NO="11"?> humiex tali li jsostnu l-konklużjonijiet li jirriżultaw minnha (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑29/10 u T‑33/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:98">EU:T:2012:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tal-Unjoni, fil-kuntest ta’ dan l-istħarriġ, ma għandhiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tal-Kummissjoni b’dik tagħha. Fil-fatt, l-istħarriġ li l-qrati tal-Unjoni jeżerċitaw fuq l-evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi mwettqa mill-Kummissjoni huwa stħarriġ limitat li jillimita ruħu neċessarjament għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u tal-motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti kif ukoll tal-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ abbuż ta’ poter (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑29/10 u T‑33/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:98">EU:T:2012:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza li l-argumenti mressqa mir-rikorrenti għandhom jiġu evalwati fir-rigward ta’ kull waħda mill-miżuri ta’ għajnuna kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-miżura Nru 2 (garanzija tal-2008)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-garanzija tal-2008 ma tagħti l-ebda vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.2(a) sa (d) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni allegatament applikat b’mod żbaljat il-kundizzjoni stabbilita fil-punt 3.2(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, li timponi li min jissellef ma jkunx f’diffikultà finanzjarja sabiex jeskludi l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ Larko marret għall-agħar lejn nofs l-2008, filwaqt li, matul il-perijodu mill-2004 sa nofs l-2008 hija wriet profittabbiltà u data ekonomika pożittiva u, konsegwentement, kienet biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni, biss mill-2009, meta s-sitwazzjoni ekonomika tagħha ddeterjorat bħala riżultat tal-waqgħa fil-prezz internazzjonali tan-nikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Id-data determinanti għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, jiġifieri d-data li fiha tingħata l-garanzija ngħatat, tinsab fit-tieni nofs tal-2008, jiġifieri qabel tmiem is-sena finanzjarja 2008, u għalhekk qabel ma r-riżultati negattivi dehru fir-rapporti finanzjarji tagħha. Barra minn hekk, kuntrarjament tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni, Larko osservat l-obbligu, previst mil-leġiżlazzjoni Griega, li tadotta miżuri xierqa meta l-fondi proprji tagħha saru inqas minn 50 %, billi sejħet laqgħa ġenerali tal-kumpannija fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja 2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni allegatament applikat b’mod żbaljat il-kundizzjoni stabbilita fil-punt 3.2(d) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, li jipprevedi li l-garanzija tagħti lok għal ħlas ta’ primjum konformi mal-prezz tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Qabel kollox, il-primjum ta’ garanzija annwali ta’ 1 % jirrifletti s-solvenza tajba ta’ Larko fil-mument tal-garanzija, billi jittieħed kont tal-profittabbiltà tagħha matul it-tliet snin preċedenti; insegwitu, Larko kisbet, matul l-istess sena 2008, self mhux iggarantit mogħti minn ATE Bank u, finalment, l-imsemmi primjum kien konformi mal-primjums riċevuti mill-Istat Grieg għal garanziji ta’ self mogħtija lil kumpanniji oħra f’sitwazzjoni simili għal dik tagħha stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni allegatament applikat ħażin il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2(b) u (c) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, li jipprevedu, l-ewwel nett, li l-garanzija għandha tintrabat ma’ tranżazzjoni finanzjarja preċiża, tirrigwarda ammont massimu speċifiku u tkun limitata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, u, it-tieni, li l-garanzija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self jew ta’ l-obbligu finanzjarju ieħor dovut; dan il-limitu ma [kienx japplikax] għal garanziji li jkopru titoli ta’ dejn<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni allegatament warrbet il-fatt li l-garanzija tista’ titkejjel b’mod adegwat u li r-rata ta’ kopertura tal-garanzija ta’ 100 % kienet iġġustifikata, fir-rigward ta’ garanzija mogħtija sabiex tkopri titolu ta’ dejn fis-sens tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20041215">15 ta’ Diċembru 2004</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="390" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 390, p. 38</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura inkwistjoni pprovdiet vantaġġ selettiv lil Larko, għaliex ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2(a) u (d) ta l-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji: minn naħa, Larko kienet impriża f’diffikultà u, min-naħa l-oħra, il-primjum ta’ 1 % ma jirriflettix ir-riskju ta’ inadempjenza għas-self iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni ġustament ikkonkludietx li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2(a) u (d) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji ma kinux issodisfatti f’dan il-każ u, fl-affermattiv, jekk l-assenza tal-imsemmija kundizzjonijiet kinitx biżżejjed sabiex turi li l-miżura inkwistjoni kienet tat lil Larko vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) TFUE, u dan irrispettivament mill-kundizzjonijiet previsti fil-punt 3.2(b) u (c) ta’ din il-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilita fil-punt 3.2(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, hemm lok li tiġi vverifikata jekk il-Kummissjoni setgħetx, ġustament, tikkonkludi li Larko kienet impriża f’diffikultà fis-sens ta’ din il-komunikazzjoni u, fl-affermattiv, jekk l-Istat Grieg kienx jaf jew kellux ikun jaf dwar is-sitwazzjoni ta’ diffikultà ta’ din tal-aħħar waqt l-għoti tal-garanzija tal-2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ Larko bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, għandu jitfakkar li l-punt 3.2(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji jirreferi għal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Dawn tal-aħħar, għal dak li huwa rilevanti f’dan il-każ, jipprevedu kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Fis-sens tal-punt 9, impriża hija f’diffikultà <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>meta ma jirnexxilhiex, bir-riżorsi tagħha jew minn riżorsi li tista’ tieħu mill-proprjetarji/azzjonisti u mill-kredituri, twaqqaf it-telf li, fin-nuqqas ta’ intervent estern mill-awtoritajiet pubbliċi, iwassalha kważi żgur għall-falliment ekonomiku, f’qasir żmien jew fi żmien medju<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali];</P></ITEM><ITEM><P>fis-sens tal-punt 10(a), impriża hija, bħala regola u irrispettivament mid-daqs tagħha, meqjusa bħala f’diffikultà, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>fil-każ ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, meta iktar minn nofs il-kapital azzjonarju tagħha jkun intilef, u iktar minn kwart ta’ dan il-kapital ikun intilef matul l-aħħar tnax-il xahar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali];</P></ITEM><ITEM><P>fis-sens tal-punt 11, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>anki jekk il-kundizzjonijiet tal-punt 10 ma jkunux issodisfatti, impriża tista’ tiġi kkunsidrata f’diffikultà b’mod partikolari meta jkunu preżenti s-sinjali normali ta’ impriża f’diffikultà, bħal żieda fit-telf, tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ, tkabbir fl-inventarju tal-istokk, eċċess ta’ kapaċità, tnaqqis fil-fluss tal-flus, żieda fid-dejn, żieda tal-piżijiet finanzjarji u tnaqqis fil-valur nett tal-assi jew valur nett tal-assi ta’ żero<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-premessi 56 sa 66 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kklassifikat lil Larko bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>impriża f’diffikultà<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> waqt l-għoti tal-miżuri kontenzjużi, inklużi l-garanzija tal-2008. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq ir-rapporti finanzjarji ta’ Larko għas-snin finanzjarji mill-2007 sa l-ewwel nofs tal-2012 u rreferiet għaċ-ċirkustanzi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-punt 10(a) tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni, matul is-sena 2008, Larko kellha fondi proprji negattivi u t-telf akkumulat tagħha kien qabeż l-ammont tal-kapital soċjali tagħha. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-ammont tal-kapital azzjonarju tagħha ma naqasx b’iktar min-nofs, kif previst fil-punt 10 tal-imsemmija linji gwida, huwa dovut biss għall-fatt li ma adottax il-miżuri xierqa previsti mil-leġiżlazzjoni Griega;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett, fir-rigward tal-punt 11 tal-imsemmija linji gwida, Larko kien sofriet tnaqqis kunsiderevoli fl-ammont tad-dħul mill-bejgħ tagħha bejn l-2007 u l-2009 u telf kunsiderevoli fl-2008 u fl-2009. Barra minn hekk, filwaqt li żied l-ammont tad-dħul mill-bejgħ u d-dħul tagħha fl-2010 u l-2011, dawn iż-żidiet ma kinux biżżejjed sabiex jippermettu l-irkupru finanzjarju tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet nett, kuntrarjament għall-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Griegi, id-diffikultajiet ta’ Larko fl-2008 u l-2009 ma kinux dovuti għal tnaqqis fil-prezz tal-ferronikel.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tar-riżultati ekonomiċi li d-deċiżjoni kkontestata tirreferi għalihom u li ma humiex ikkontestati mir-rikorrenti, din tal-aħħar b’mod partikolari uriet fondi proprji negattivi, li jwassal f’telf kunsiderevoli għall-ammont tal-kapital azzjonarju tagħha, tnaqqis fl-ammont tad-dħul mill-bejgħ tagħha bi kważi nofs meta mqabbel mas-sena ta’ qabel u telf kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-eżistenza ta’ kapital proprja negattiv, imsemmija mill-Kummissjoni, tista’ titqies bħala indikatur importanti tas-sitwazzjoni ta’ diffikultà finanzjarja ta’ impriża (ara, f’dan is-sens, fit-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Freistaat Sachsen <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-102/07 u T-120/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:62">EU:T:2010:62</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan japplika wkoll fir-rigward tat-tnaqqis kunsiderevoli fid-dħul mill-bejgħ u t-telf sinjifikattiv akkumulat minn Larko fl-2008, ċirkustanzi li huma msemmija wkoll fil-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (ara t-tielet subparagrafu tal-punt 77, iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Sussegwentement, mid-dokumenti annessi mal-proċess tal-kawża jirriżulta li l-garanzija tal-2008 ingħatat b’deċiżjoni ministerjali tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>. Għaldaqstant, il-fatt li d-deterjorazzjoni kien bdiet tidher biss minn nofs l-2008 ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli tikkonkludi li Larko kien f’diffikultà fi tmiem l-2008, waqt l-għoti tal-garanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Finalment, kif ġie enfasizzat fil-punti 63 u 64 tad-deċiżjoni kkontestata, il-fatt li s-sitwazzjoni ta’ diffikultà kienet ikkawżata minn tnaqqis mhux mistenni fil-prezz tal ferronickel, anki jekk ippruvat, ma jikkontestax, fih innifsu, il-konklużjoni li biha Larko kienet impriża f’diffikultà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, abbażi tal-elementi li kellha u fid-dawl tal-marġni diskrezzjonali tagħha (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 60 iktar ’il fuq), il-Kummissjoni setgħet ġustament tikkonkludi li Larko kienet kumpannija f’diffikultà meta ngħatatilha l-garanzija tal-2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, huwa neċessarju li jiġi vverifikat jekk, fil-mument tal-għoti tal-garanzija fl-2008, l-Istat Grieg, bħala azzjonist ta’ Larko, kellu jkun jaf bis-sitwazzjoni ta’ diffikultà tagħha. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 56 iktar ’il fuq, il-kwistjoni dwar jekk l-Istat Membru aġixxiex bħala investitur privat għandha tiġi evalwata fil-mument meta din tal-aħħar ħadet id-deċiżjoni tagħha li tinvesti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li din is-sitwazzjoni ta’ diffikultà ġiet żvelata biss wara t-tmiem l-2008, meta kien imsemmija fid-data finanzjarja, stabbilita fl-aħħar tas-sena baġitarja. Bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, hija speċifikat li, bħala kumpannija mhux ikkwotata fil-Borża, hija ma kellha l-ebda obbligu li tirrediġi rapporti ta’ kull tliet xhur jew rapporti ta’ bilanċ interim oħra u hija ma pproduċietx tali elementi fil-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Ma hemm l-ebda element fil-proċess tal-kawża li juri b’mod ċert li l-Istat Membru kien jaf bis-sitwazzjoni ta’ diffikultà ta’ Larko fil-mument tal-għoti tal-garanzija tal-2008. Għaldaqstant tqum il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni ssodisfatx l-oneru tal-prova billi bbażat ruħha, essenzjalment, fuq il-preżunzjoni li l-Istat Grieg kellu jkun jaf bis-sitwazzjoni ta’ diffikultà ta’ Larko fi tmiem l-2008, waqt l-għoti tal-garanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 56 iktar ’il fuq, meta Stat Membru jinvoka l-kriterju tal-investitur privat matul il-proċedura amministrattiva, huwa għandu, f’każ ta’ dubju, jistabbilixxi mingħajr ekwivoku u fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli li l-miżura implementata tirriżulta mill-klassifikazzjoni tiegħu ta’ azzjonist, fuq il-bażi, b’mod partikolari, ta’ elementi li juru li d-deċiżjoni tiegħu hija bbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi simili għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, investitur privat razzjonali li jinsab f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun qrib ta’ dik tal-imsemmi Stat Membru kellu jistabbilixxi, qabel ma għamel l-imsemmi investiment, bil-għan li jiddetermina l-profittabbiltà futura ta’ tali investiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kienet diġà kkonstatat li Larko kienet impriża f’diffikultà mill-2008, li kien jirriżulta mir-rapporti finanzjarji ta’ Larko, kif ġie rrilevat fil-punt 78 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ddikjarat fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>d-dehra ekonomika ħażina [tagħha] […] bdiet tiġi kkonstata minn Lulju 2008<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u, filwaqt li enfasizzat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[hija] kellha profitti u data ekonomika tajba sa nofs [din] is-sena<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, hija rrikonoxxiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>hija [kellha] insegwitu aggravament brutali li fl-aħħar [kien] wassalha sabiex ikollha, fi tmiem is-sena, dehra estremament negattiva<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Madankollu, la l-awtoritajiet Griegi matul il-proċedura amministrattiva u lanqas ir-rikorrenti matul din l-istanza ma wrew li l-Istat Grieg għamel xi tentattiv kwalunkwe sabiex jinforma ruħu dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ Larko fil-mument tal-għoti tal-garanzija tal-2008. Huma lanqas ma wrew, b’mod partikolari abbażi tal-kontijiet ta’ din tal-aħħar, li ma setgħux ikunu jafu bis-sitwazzjoni ta’ diffikultà finanzjarja li kellha quddiemha r-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li kien raġonevoli jew, għall-inqas mhux manifestament żbaljat, min-naħa tal-Kummissjoni, li tqis li azzjonist prudenti kien, mill-inqas, ġie infurmat dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-impriża qabel ma jagħti garanzija bħal dik tal-2008. Barra minn hekk, hawn hemm l-azzjonist maġġoritarju ta’ din l-impriża u l-miżura kienet ingħatat lejn tmiem is-sena kontabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat lil Larko bħala impriża f’diffikultà waqt l-għoti tal-miżura Nru 2 u għalhekk stabbilixxiet li l-kundizzjoni stipulata fil-punt 3.2(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji ma ġietx issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li l-punt 3.2(d) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji jipprevedi, essenzjalment, li t-telf ta’ riskju għandu normalment jiġi rremunerat bi primjum ta’ garanzija xieraq fuq l-ammont kopert mill-garanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, fis-sens tal-punt 3.2(d) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, il-prezz imħallas għall-garanzija għandu jitqabbel mal-primjum ta’ garanzija ta’ riferiment korrispondenti offert fis-swieq finanzjarji. Jekk ma hemmx tali primjum, l-ispiża finanzjarja totali tas-self iggarantit, inkluż ir-rata ta’ interessi u l-primjum mogħti, għandu jitqabbel mal-prezz tas-suq ta’ self simili mhux<?PAGE NO="15"?> iggarantit. Fiż-żewġ każijiet, hemm lok li jiġu eżaminati l-karatteristiċi tal-garanzija u tas-self sottostanti u b’mod partikolari l-ammont u t-tul tat-tranżazzjoni, il-sigurtà mogħtija minn min jissellef u elementi oħra li jaffettwaw il-valutazzjoni tar-rata ta’ rkupru, il-probabbiltà ta’ inadempjenza minn min jissellef minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, il-qasam tal-attività tiegħu u l-prospetti tiegħu, kif ukoll kundizzjonijiet ekonomiċi oħra. Din l-analiżi għandha b’mod partikolari tippermetti lil min jissellef permezz ta’ marka ta’ riskju (rating), ibbażata jew fuq il-klassifikazzjoni stabbilita minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni rrikonoxxuta internazzjonalment, jew fuq il-klassifikazzjoni interna użata mill-bank li jagħti s-self sottostanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-premessa 73 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li l-primjum ta’ garanzija annwali ta’ 1 % <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ma [setax] jitqies li jirrifletti r-riskju ta’ inadempjenza għas-self garantit, minħabba d-diffikultajiet finanzjarji sinifikanti ta’ [Larko] u b’mod partikolari l-proporzjon għolja tagħha tad-dejn mal-ekwità [fondi proprji].<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għalkemm mhux iddettaljat b’mod partikolari, din il-konstatazzjoni ma hijiex affettwata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Kummissjoni la stabbiliet il-primjum tal-garanzija ta’ riferiment offrut fis-swieq finanzjarji, u lanqas prezz tas-suq għal self simili mhux iggarantit. Lanqas ma kklassifikat lil Larko b’marka tar-riskju stabbilita minn aġenzija internazzjonali jew mill-bank li jagħti s-self sottostanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ diffikultà ekonomika u finanzjarja ta’ Larko, ma kienx manifestament żbaljat li jiġi konkluż li din tal-aħħar ma setatx tikseb il-garanzija tal-2008 bħala korrispettiv tal-ħlas ta’ primjum ukoll baxx, li, ġeneralment, tapplika għal tranżazzjonijiet li ma jinvolvux riskji għoljin, mingħajr intervent mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, fil-punt 37 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kienet iddikjarat b’mod ċar li ma kienx jidher <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> li primjum ta’ 1 % kien jirrifletti r-riskju ta’ inadempjenza għas-self iggarantit, peress li d-diffikultajiet finanzjarji kunsiderevoli ta’ Larko u, b’mod partikolari, il-proporzjon għoli tad-dejn mal-fondi proprji u l-eżistenza ta’ fondi proprji negattivi, la r-rikorrenti u lanqas l-awtoritajiet Griegi ma ressqu, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, elementi li juru li l-primjum inkwistjoni kien jikkorrispondi għal primjum li kien offrut fis-swieq finanzjarji jew bil-prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni setgħet ġustament tirrileva li, fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ Larko, primjum ta’ garanzija annwali ta’ 1 % ma setax jitqies bħala li jirrifletti r-riskju ta’ inadempjenza għas-self iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti speċifiċi l-oħra mressqa mir-rikorrenti, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tas-sitwazzjoni diffiċli tagħha, huwa diffiċli li wieħed jemmen li investitur privat kien jagħti l-imsemmija garanzija sempliċement abbażi tal-profittabbiltà ta’ Larko matul it-tliet snin ta’ qabel, mingħajr ebda element li juri s-saħħa attwali tal-imsemmija kumpannija u mingħajr ebda riferiment għall-prospetti futuri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li l-għoti ta’ self mhux iggarantit minn ATE Bank ma huwiex biżżejjed sabiex juri s-solvenza tajba ta’ Larko, peress li ATE Bank tappartjeni lill-Istat Grieg. Barra minn hekk, kif sostniet il-Kummissjoni, il-fatt li, wara li kisbet self mhux assigurat minn ATE Bank, Larko kisbet self li kien jeħtieġ il-garanzija kontenzjuża juri li s-sitwazzjoni ekonomika ta’ din tal-aħħar iddeterjorat iktar tard matul l-istess sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-fatt li l-Istat Grieg ta garanziji lil impriżi oħra b’rati ta’ primjums komparabbli ma jistax jixxiebah, fih innifsu, mal-aġir ta’ investitur privat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-primjum ta’ garanzija annwali ta’ 1 % ma kienx konformi mal-aġir ta’ investitur privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, tqum il-kwistjoni dwar jekk, kif issostni r-rikorrenti, l-osservanza tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.2(b) u (c) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji hija biżżejjed sabiex teskludi l-preżenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, anki jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.2(a) u (d) tal-imsemmija komunikazzjoni ma humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-punt 3.2 tal-imsemmija komunikazzjoni jispeċifika l-kundizzjonijiet stipulati fl-imsemmi punti, (a) sa (d), huma, meħuda flimkien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>suffiċjenti sabiex jeskludu l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Minn dan isegwi li l-osservanza ta’ waħda jew iktar minn dawk il-kundizzjonijiet ma teskludix, waħedha, il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa veru li, kif speċifikat fil-punt 3.6 tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, invokat mir-rikorrenti, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti minnha ma jfissirx li l-garanzija hija kklassifikata awtomatikament bħala għajnuna mill-Istat, għandu jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-punti 74 sa 102 iktar ’il fuq, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma wettqitx tali klassifikazzjoni awtomatikament, iżda bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq elementi konkreti li juru li l-miżura kontenzjuża ma kinitx konformi mal-prinċipju tal-investitur privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi rrilevat li l-argumenti tar-rikorrenti dwar l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2(b) u (c) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji huma ineffettivi. Fil-fatt, l-osservanza ta’ dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, jekk wieħed jassumi li din seħħet, ma hijiex biżżejjed sabiex teskludi l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>L-ewwel parti tal-ewwel motiv fir-rigward tal-miżura Nru 2 għandha għalhekk tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-miżura Nru 3 (żieda fil-kapital tal-2009)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li ż-żieda fil-kapital tal-2009 ma tagħti l-ebda vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn tikkonforma mal-prinċipju tal-investitur privat, abbażi tal-elementi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, minn din iż-żieda fil-kapital, l-Istat Grieg, bħala azzjonist, kellu l-għan li jiżgura l-profittabbiltà fit-tul ta’ Larko, billi jipproteġi l-valur ekonomiku ta’ din l-aħħar kumpannija matul perijodu ta’ riċessjoni u billi kisbet profitt f’perijodu ta’ żmien medju u fit-tul permezz tal-bejgħ tal-kumpannija;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni, iż-żieda fil-kapital kienet akkumpanjata mit-teħid ta’ miżuri sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tiżdied il-kompetittività ta’ Larko;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet nett, l-Istat kien qed jipprova jakkwista sehem maġġoritarju sabiex iniedi l-bejgħ tal-kumpannija;</P></ITEM><ITEM><P>ir-raba’ nett, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-sehem ta’ ETE fiż-żieda fil-kapital inkwistjoni;</P></ITEM><ITEM><P>fil-ħames lok, l-imsemmija deċiżjoni, b’mod żbaljat, għamlet distinzjonijiet bejn is-sehem ta’ ETE u dak tal-Istat. Sussidjarjament, iż-żieda fil-kapital fl-2009 ma kellhiex titqies bħala vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) TFUE għall-ammont meħtieġ sabiex tinżamm l-istess rata ta’ sehem li l-Istat Grieg kellu f’Larko qabel iż-żieda fil-kapital u għalhekk sabiex jiddefendi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>pożizzjoni dinamika tiegħu bħala azzjonist<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li ż-żieda fil-kapital tal-2009 tat vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li, minn naħa, l-ebda pjan ta’ ristrutturazzjoni ma kien ipprovdut lill-azzjonisti qabel iż-żieda tal-kapital, minkejja l-fatt li Larko kienet impriża f’diffikultà u, min-naħa l-oħra, l-ammont finali taż-żieda fil-kapital kien insuffiċjenti sabiex ikopri l-fondi proprji negattivi ta’ Larko u ma setatx għalhekk titqies bħala miżura li tipproteġi l-valur tal-impriża u tinkoraġġixxi r-ristrutturazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll, qabel kollox, li sehem ta’ ETE ma kienx prova biżżejjed sabiex tistabbilixxi l-parteċipazzjoni konkomitanti tal-Istat ma’ dik tal-azzjonisti privati, peress li din il-kumpannija kienet marbuta ma’ Larko mhux biss bħala azzjonista, iżda wkoll bħala debitur, insegwitu, li l-Istat kien diġà ta garanzija lil Larko fl-2008 u, finalment, li azzjonista l-oħra, il-Public Power Corporation, kienet iddikjarat li ma kinitx ser tieħu sehem fiż-żieda fil-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif issostni l-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma pproduċiet ebda prova, b’mod partikolari pjan ta’ impriża reali (business plan), li juri li l-Istat Grieg kien qies il-profittabbiltà fit-tul ta’ Larko. B’risposta għal mistoqsija mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti ppreżentat il-minuti tal-laqgħa straordinarja tal-bord tad-diretturi tagħha tat-<DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE>, li jindikaw li l-president tal-bord tad-diretturi kien indika li pjan ta’ impriża kien ġie ippreżentat f’laqgħa li nżammet fid-<DATE ISO="20081219">19 ta’ Diċembru 2008</DATE> mal-Ministeru tal-Finanzi u m’ azzjonisti oħra. Madankollu, mill-proċess tal-kawża ma jirriżultax li tali pjan, li barra minn hekk ma ntbagħatx lill-Qorti Ġenerali u li l-eżistenza tiegħu ġiet ikkontestata mill-Kummissjoni, kien intbagħat lill-Kummissjoni waqt il-proċedura amministrattiva. L-eżistenza ta’ dan il-pjan, jekk wieħed jassumi li seħħ u irrispettivament mill-kontenut tiegħu, ma hijiex għaldaqstant rilevanti għall-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-assenza ta’ kwalunkwe elementi li juri l-Istat Grieg kien stima li l-profittabbiltà fit-tul ta’ Larko tikkostitwixxi indizju importanti tal-assenza ta’ razzjonalità ekonomika taż-żieda fil-kapital inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Ċertament, kuntrarjament għal dak li ddikjarat il-Kummissjoni fil-premessa 80 tad-deċiżjoni kkontestata, iż-żieda effettiva fil-kapital, li l-premessa 16 tal-istess deċiżjoni tammonta għal EUR 65.5 miljun, li minnhom madwar EUR 45 miljun mogħtija mill-Istat Grieg, ma kinitx biżżejjed sabiex tkopri l-fondi proprji negattivi ta’ Larko, li, kif jirriżulta mit-tabella mdaħħla fil-premessa 56 tal-imsemmija deċiżjoni, jammontaw għal EUR 35 miljun. Madankollu, dan huwa żball li ma jistax jikkontesta l-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li hija bbażata prinċipalment fuq l-assenza ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għalhekk, kien raġonevoli jew, għall-inqas, mhux manifestament żbaljat li jiġi konkluż li, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, investitur prudenti, fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist, ma kienx jagħmel rikapitalizzazzjoni daqshekk sinjifikattiva mingħajr ma jkollu xi element dwar il-prospetti ekonomiċi u finanzjarji ta’ din il-kumpannija, jew pjan ta’ ristrutturazzjoni, ladarba Larko kienet impriża f’diffikultà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti speċifiċi l-oħrajn imressqa mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Qabel kollox, il-fatt li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni u ta’ vijabbiltà kienu bħala regola previsti, jekk wieħed jassumi li huwa stabbilit, ma huwiex, fih innifsu, fattur li juri l-profittabbiltà taż-żieda tal-kapital tal-2009, u dan iktar u iktar fl-assenza ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni reali. L-istess jgħodd għad-dokument, prodott mir-rikorrenti bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali, li fihom lista ta’ miżuri, ġeneriċi ħafna, ta’ tnaqqis fl-ispejjeż, anki jekk wieħed jassumi li din il-lista ġiet prodotta mill-awtoritajiet Griegi matul il-proċedura amministrattiva, li ma ntwerietx.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Insegwitu, ir-rikorrenti ma ressqet l-ebda element qabel iż-żieda tal-kapital tal-2009 li juri li l-Istat, permezz ta’ din il-miżura, effettivament kien qed ifittex li jakkwista sehem maġġoritarju fil-kapital ta’ Larko bil-għan li jniedi l-bejgħ ta’ din tal-aħħar u li din l-istrateġija kienet konformi mal-prinċipju tal-investitur privat. Barra minn hekk, il-minuti tal-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Larko tal-2009 prodotti mir-rikorrenti ma jipprovdu l-ebda indikazzjoni speċifika f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn l-ebda element fil-proċess ma jirriżulta li l-akkwist ta’ sehem maġġoritarju mill-Istat Grieg kien jiffavorixxi l-bejgħ ta’ Larko f’kundizzjonijiet iktar favorevoli u li, konsegwentement, dan l-akkwist kien ikun konformi għall-aġir ta’ azzjonist privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tas-sehem konkomitanti ta’ ETE fiż-żieda fil-kapital tal-2009, minn naħa waħda, għandu jitfakkar li l-konkomitanza ta’ investimenti pubbliċi u privati ma tistax waħedha, anki fil-preżenza ta’ investiment privat sinjifikattiv, tkun biżżejjed sabiex jiġi konkluż li hemm assenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-punti l-oħra ta’ fatt jew ta’ liġi rilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120911">11 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑565/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:415">EU:T:2012:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hem lok li jiġi rrilevat ukoll li l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Istat huwa darbtejn l-ammont ta’ dak ta’ ETE u li din tal-aħħar, li kienet l-azzjonista prinċipali ta’ Larko qabel iż-żieda tal-kapital, saret it-tieni l-ikbar azzjonista fi tmiem din it-tranżazzjoni. Barra minn hekk, ir-rapport finanzjarju annwali ta’ ETE għall-2008, ippreżentat mill-Kummissjoni, jikkonferma li ETE annullat kompletament il-valur kontabbli tas-sehem tagħha fil-kapital ta’ Larko, peress li ma kellhiex l-intenzjoni li tirkupra l-valur kontabbli tal- investiment fid-dawl tad-diffikultajiet finanzjarji ta’ Larko. F’ċirkustanzi bħal dawn, is-sehem ta’ ETE ma seta jipprovdi ebda sostenn għall-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>L-ewwel parti tal-ewwel motiv fir-rigward tal-miżura Nru 3 għandha għalhekk tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-miżura Nru 4 (garanzija tal-2010)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-garanzija tal-2010 ma tagħti l-ebda vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn hija tissodisfa l-kundizzjonijiet, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, l-għoti ta’ garanzija fiċ-ċirkustanzi tal-każ kien prattika komuni, speċjalment peress li s-sentenza tal-Areios Pagos (il-Qorti ta’ Kassazzjoni), li kienet tat is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, kienet qieset bħala probabbli li Larko jkollha suċċess fil-kawża prinċipali;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett, Larko kienet impriża f’diffikultà u kienet sofriet dannu irreparabbli minħabba l-fatt tal-aċċelerazzjoni tal-qbid tal-assi fl-assenza ta’ garanzija u, konsegwentement, l-Istat Grieg, bħala azzjonist, kellu jsostniha sabiex tipprepara għall-privatizzazzjoni tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet nett, il-kopertura, it-tul u l-primjum tal-garanzija tal-2010 kienu jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet tas-suq;</P></ITEM><ITEM><P>ir-raba’ nett, kuntrarjament għal dak li huwa ddikjarat fil-premessa 42 tad-deċiżjoni kkontestata, bl-ebda mod ma jirriżulta li ETE ma kinitx tagħti l-ittra ta’ garanzija fl-assenza ta’ garanzija mill-Istat. Fi kwalunkwe każ, ETE kellha pożizzjoni għal kollox speċjali, għaliex kien l-azzjonist maġġoritarju ta’ kumpannija kreditriċi ta’ Larko, li kienet il-parti opposta fil-proċeduri ġudizzjarji li fil-kuntest tagħhom il-garanzija tal-2010 ingħatat.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni, b’mod passiv, li din il-miżura ma tagħti ebda vantaġġ, sa fejn hemm dejn tal-Istat li fir-rigward tiegħu, u dan irrispettivament mill-fatt li l-awtoritajiet Griegi, kuntrarjament għal dak li għamlu għall-miżura Nru 6, ma invokawx dan l-argument matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni stabbiliet li, għalkemm f’ċirkustanzi simili, l-għoti ta’ garanziji jista’ jikkostitwixxi prattika kummerċjali, f’dan il-każ, l-Istat assuma r-riskju kollu u pprovda garanzija għal dejn, filwaqt li Larko kienet f’diffikultà u li l-azzjonista privata ETE ma kinitx qasmet proporzjonalment dan ir-riskju. Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fit-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, peress li l-primjum ta’ 2 % ma kienx jirrifletti r-riskju ta’ inadempjenza ta’ Larko.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-argumenti tar-rikorrenti ma jistgħux jikkontestaw din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma hemm xejn li jindika li s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Areios Pagos (il-Qorti tal-Kassazzjoni) ikkunsidrat is-suċċess ta’ Larko bħala probabbli fit-tilwima fil-kawża prinċipali. Kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-fatt li din il-qorti tiċħad it-talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>jekk ma titqiesx probabbli li hemm riskju ta’ dannu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ma jimplikax neċessarjament li, fil-każ oppost fejn il-qorti tagħti s-sospensjoni, bħal f’dan il-każ, huwa jikkunsidra suċċess fit-tilwima fil-kawża prinċipali, is-sentenza msemmija iktar ’il fuq tikkonċerna biss il-possibbiltà ta’ dannu u mhux l-eżistenza ta’ dejn fit-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa ineffettiv. Fil-fatt, irrispettivament mill-probabbiltà ta’ suċċess fit-tilwima nazzjonali u b’hekk l-eżistenza tad-dejn, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm għajnuna mill-Istat mill-fatt li l-Istat kien assuma r-riskju kollu u pprovda garanzija għal dejn, filwaqt li Larko kienet f’diffikultà, li l-azzjonista privata ETE ma kinitx qasmet proporzjonalment dan ir-riskju u li l-primjum ta’ 2 % ma kienx jirrifletti r-riskju ta’ inadempjenza ta’ Larko (ara l-punt 125 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-fatt li Larko kienet impriża f’diffikultà ma jiġġustifikax, mill-perspettiva ta’ azzjonist privat, il-fatt li, quddiem il-ħtieġa, għall-azzjonisti, li jintervjenu, l-Istat kien assuma waħdu r-riskju kollha b’korrispettiv tal-ħlas ta’ primjum baxx ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti ma wrietx li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li primjum ta’ 2 % ma kienx jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet tas-suq, minħabba l-ammont imnaqqas tal-primjum u minħabba li Larko, bħala impriża f’diffikultà, kienet esposta għar-riskju ta’ inadempjenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, irrispettivament mill-fatt jekk l-awtoritajiet Griegi rrikonoxxew jew le li ETE ma kinitx ingħatat l-ittra ta’ garanzija fl-assenza tal-garanzija tal-Istat, kif jirriżulta mill-premessa 42 tad-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li jista’ raġonevolment ikun mistenni fil-kuntest ta’ azzjonisti privati, ETE ma qasmitx ir-riskju li jirriżulta mill-garanzija inkwistjoni mal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki meta jitqies li, minħabba l-pożizzjoni partikolari ta’ ETE, dan tal-aħħar ma kellux jaqsam ir-riskju tal-garanzija 2010, jibqa’ l-fatt li, kif spjegat iktar ’il fuq, Larko ma setatx jikseb tali garanzija fis-suq u li l-primjum ta’ 2 % ma kienx jirrifletti r-riskju ta’ inadempjenza tiegħu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li Larko kien irċeviet vantaġġ li ma setgħetx tikseb fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>L-ewwel parti tal-ewwel motiv fir-rigward tal-miżura Nru 4 għandha għalhekk tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-miżura Nru 6 (garanzija tal-2011)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-garanziji tal-2011 ma jagħtu l-ebda vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn l-eventwali element ta’ għajnuna li jinsab f’dawn il-garanziji jiġi kkumpensat b’arretrati fiskali dovuti mill-Istat Grieg fir-rigward tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni b’mod żbaljat ċaħdet l-argument tal-awtoritajiet Griegi dwar il-possibbiltà li jiġu kkumpensati d-djun ta’ Larko fir-rigward tal-Istat Grieg, marbuta mar-rimbors tat-taxxi, mal-ammont tal-għajnuna. F’dan ir-rigward, l-evalwazzjoni tal-miżura inkwistjoni hija inkonsistenti ma’ dik tal-miżura Nru 5 (ara l-punt 5 iktar ’il fuq), li biha l-Kummissjoni rrikonoxxiet li kumpens simili ma wassal għal ebda vantaġġ selettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tispeċifika li dan l-argument ma jirreferix għal kumpens bejn l-arretrati tal-Istat fir-rigward ta’ Larko u dejn futur, iżda għal kumpens għal dawn l-arretrati bl-element eventwali ta’ għajnuna li jinsab fil-garanziji tal-2011, li kien jeżisti fil-mument tal-għoti ta’ din l-għajnuna fi tmiem l-2011. Barra minn hekk, dan l-argument ma jkunx kontradittorju, sa fejn, wara l-kumpens magħmul fil-kuntest tal-miżura Nru 5, ikun hemm bilanċ ta’ djun tal-Istat fir-rigward tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-garanziji tal-2011, il-Kummissjoni tirreferi għall-evalwazzjoni tagħha tal-miżuri Nri 2 u 4, li fir-rigward tagħhom hija kkonkludiet li dawn tal-aħħar ipprovdew vantaġġ selettiv lil Larko, peress li din tal-aħħar hija impriża f’diffikultà u l-primjum ta’ 1 % ma jirriflettix ir-riskju ta’ inadempjenza għas-self iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tikkonċerna l-miżuri Nri 2 u 4 ma hijiex affettwata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, kif jirriżulta mill-punti 63 sa 107 u 122 sa 133 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tista’ tiġbed l-ebda argument mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżura Nru 5, li permezz tagħha l-Kummissjoni stabbilixxiet li s-sostituzzjoni, b’ittri ta’ garanzija, tal-pagament minn qabel ta’ taxxa supplimentari, li kienet relatata ma’ azzjoni legali, ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-aħħar miżura, il-Kummissjoni rrikonoxxiet, fil-premessa 97 tad-deċiżjoni kkontestata, li d-dritt li tissostitwixxi l-pagament tat-taxxa supplimentari b’ittri ta’ garanzija kien ingħata lil Larko minn qorti, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal kwalunkwe impriża f’sitwazzjoni simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma huwiex il-każ fir-rigward tal-miżura Nru 6, li dwarha r-rikorrenti ssostni, kif intqal mill-awtoritajiet Griegi, li l-vantaġġ mogħti kien ikkumpensat mill-arretrati tal-Istat fir-rigward tagħha, jiġifieri rimbors tat-taxxi. Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li miżura ma tistax tevita l-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat meta l-benefiċjarju tal-għajnuna huwa suġġett għal oneru speċifiku li huwa distint u mhux relatat mal-miżura inkwistjoni (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Orange vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑385/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:117">EU:T:2015:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-miżura Nru 6 tat vantaġġ lil Larko fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-ewwel motiv fir-rigward tal-miżura Nru 6 għandha tiġi miċħuda u, konsegwentement, l-ewwel parti tal-motiv għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, dwar l-użu ta’ riżorsi tal-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrenti tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu tar-riżorsi tal-Istat fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li dawn il-miżuri ma kinux jinvolvu l-użu ta’ riżorsi tal-Istat, minħabba li ma kinux jinvolvu riskju konkret biżżejjed għall-baġit tal-Istat, minħabba s-solvenza tajba tagħha, l-assenza ta’ kull anteċedent ta’ attivazzjoni tal-garanziji u l-fatt li l-imsemmija garanziji ma kinux sussegwentement attivati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti żżid li l-miżura Nru 6 ma tinvolvix l-użu ta’ riżorsi tal-Istat, peress li, fil-mument tal-għotja tagħha, l-Istat Grieg kellu djun ta’ madwar EUR 60 miljun lejn Larko ġejjin mir-rimbors tat-taxxi, bħat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni dwar l-użu tar-riżorsi tal-Istat hija sekondarja għal dik tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv, li kienet is-suġġett tal-ewwel parti tal-ewwel motiv. Fil-fatt, hija ġurisprudenza stabbilita li kwalunkwe garanzija tal-Istat mhux remunerata skont il-kundizzjonijiet tas-suq tista’ tinvolvi telf ta’ riżorsi tal-Istat, anki jekk ma tkunx mobilizzata, sa fejn tista’ timplika oneru addizzjonali għall-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, C‑559/12 P, EU:C:2014: 217, punt 95 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Konsegwentement, sa fejn il-garanziji tal-2008, 2010 u 2011 ma ngħatawx skont il-kundizzjonijiet tas-suq, għandu jiġi kkonstatat li dawn l-istess miżuri jinvolvu l-użu ta’ riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-miżura Nru 6, din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-eżistenza, preżumibbilment stabbilita, tal-arretrati tal-Istat fir-rigward ta’ Larko, jiġifieri rimbors tat-taxxi. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 142 iktar ’il fuq, miżura ma tistax tevita l-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat meta l-benefiċjarju ta’ din il-miżura huwa suġġett għal oneru speċifiku li huwa distint u mhux relatat mal-miżura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Hemm lok għaldaqstant li tiġi miċħuda t-tieni parti tal-ewwel motiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq-tielet parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tal-għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2)(b) TFUE mogħtija lill-miżuri Nri 3, 4 u 6</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-miżuri Nri 3, 4 u 6 għandhom jitqiesu bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE minħabba li kienu ngħataw sabiex jirrimedjaw għad-danni kkawżati minn żewġ avvenimenti straordinarji:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel wieħed jikkonċerna l-għeluq tal-operazzjoni ta’ diversi fran elettriċi fl-impjant ta’ Larko wara żewġ inċidenti fatali tax-xogħol li seħħew fit-2 u s-<DATE ISO="20090826">26 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li naqqas ħafna l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni jikkonċerna l-waqfien tal-pagament ta’ arretrati ta’ taxxa mill-Istat Grieg bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fil-Greċja, li pprovokat, sa fejn tikkonċernaha, problemi serji ta’ likwidità u, konsegwentement, diffikultajiet ta’ aċċess għas-self.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, fis-sens tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE, hija kompatibbli mas-suq intern <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>kull għajnuna mogħtija sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ deroga mill-prinċipju ġenerali, stabbilit fl-Artikolu 107(1) TFE, li għajnuna mogħtija mill-Istat ma hijiex kompatibbli mas-suq intern, l-Artikolu 107(2)(b)TFUE għandu jiġi interpretat restrittivament. Għalhekk, huma biss, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati direttament minn diżastri naturali jew minn avvenimenti oħra straordinarji, li jistgħu jiġu kkumpensati. Għalhekk, għandu jkun hemm rabta bejn id-danni kkawżati mill-ġrajja straordinarja u l-għajnuna mogħtija mill-Istat u huwa neċessarju li ssir evalwazzjoni preċiża kemm jista’ jkun tad-danni subiti (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080625">25 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑268/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:222">EU:T:2008:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma eżaminatx il-kompatibbiltà tal-miżuri kontenzjużi mad-dispożizzjoni inkwistjoni, peress li l-awtoritajiet Griegi ma invokawx din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Ċertament, hekk kif issostni r-rikorrenti, iż-żewġ ċirkustanzi msemmija hawn fuq kienu msemmija b’mod sporadiku, fir-rigward tal-miżuri Nri 3 u 4, fl-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Griegi matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-imsemmija awtoritajiet ma invokawx il-ġustifikazzjoni prevista mill-Artikolu 107(2)(b) TFUE fir-rigward ta’ dawn iċ-ċirkustanzi. Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak tipprevedi l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 156 iktar ’il fuq, ma hemm l-ebda korrispondenza bejn l-ammont tad-danni allegatament ikkawżati miż-żewġ avvenimenti imsemmija mir-rikorrenti u l-ammont ta’ garanziji u ż-żieda fil-kapitali inkwistjoni, li, barra minn hekk, jikkostitwixxu miżuri ta’ natura ġenerali li ma tantx jistgħu jintużaw għal użu bħal dak previst mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hekk, ma kien hemm xejn li jissuġġerixxi li l-eċċezzjoni msemmija iktar ’il fuq tista’ tiġi applikata fiċ-ċirkustanzi tal-każ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma eżaminatx, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, il-kompatibbiltà mal-imsemmija dispożizzjoni tal-miżuri Nri 3 u 4, u iktar u iktar il-miżura Nru 6, li fir-rigward tagħha dawn iċ-ċirkustanzi lanqas kienu imsemmija (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-171/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:219">EU:T:2005:219</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0166">166</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0168">168</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ma ddikjaratx il-miżuri kontenzjużi bħala kompatibbli mas-suq preċedenti fis-sens tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Għalhekk it-tielet parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tal-għajnuna kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE mogħtija lill-miżuri Nri 3, 4 u 6</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-miżura Nru 6 għandha titqies bħal għajnuna kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, minħabba li kienet kompatibbli mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, C 83, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ‘il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>qafas temporanju 2009<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>prorogata<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Temporanju tal-Unjoni għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="006" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 6, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>qafas temporanju<?PAGE NO="23"?> tal-2011<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>). Hija tippreċiża li, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti mill-qafas temporanju tal-2011, interpretat fid-dawl ta’ dak tal-2009, hija ma kinitx impriża f’diffikultà fl-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE> u li l-imsemmi qafas jipprevedi primjums ta’ rifuġju, bħall-primjum ta’ 1 % previst mill-miżura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-miżura inkwistjoni għandha titqies, totalment jew parzjalment, bħala kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u mal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni. Hija ssostni li, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Griegi, huma kienu nnotifikaw il-miżura inkwistjoni lill-Kummissjoni permezz ta’ fajl mehmuż ma’ posta elettronika tas-<DATE ISO="20120316">16 ta’ Marzu 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni għandha, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3) TFUE, setgħa diskrezzjonali wiesgħa li l-eżerċizzju tagħha jimplika evalwazzjonijiet kumplessi ta’ natura ekonomika u soċjali (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160308">8 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Greċja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑431/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:145">EU:C:2016:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-kuntest, l-istħarriġ ġudizzjarju tal-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u ta’ motivazzjoni kif ukoll għall-verifika tal-eżattezza materjali tal-fatti invokati u tal-assenza ta’ żball ta’ liġi, żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti jew abbuż ta’ poter (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kronofrance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/05 P u C‑80/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:482">EU:C:2008:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Madankollu, peress li adottat ir-regoli ta’ kondotta u peress li stqarret permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom li hija kienet ser tapplikahom minn hemm ’il quddiem għall-każijiet li jikkonċernawhom, il-Kummissjoni għamlet restrizzjoni fuqha nnifisha fl-eżerċizzju tal-imsemmija setgħa diskrezzjonali u ma tistax, fil-prinċipju, tmur kontra dawn ir-regoli mingħajr ma tinsab fi ksur, skont il-każ, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħal dawk tal-ugwaljanza fit-trattament jew tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sakemm ma tagħtix raġunijiet li jiġġustifikaw, fid-dawl ta’ dawn l-istess prinċipji, il-fatt li hija qed titbiegħed mir-regoli tagħha stess (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Smurfit Kappa Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑304/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:351">EU:T:2012:351</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, fil-premessa 115 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-miżura Nru 6 ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet tal-qafas temporanju tal-2011, peress li Larko hija impriża f’diffikultà. Il-Kummissjoni kkonstatat ukoll li l-ammont totali taż-żewġ garanziji qabżu l-kont tal-pagi annwali tal-Larko, il-garanzija qabżet 90 % tas-self u l-primjum ta’ 1 % fis-sena ma setax jitqies bħala primjum tas-suq, li jirrifletti r-riskju ta’ inadempjenza għall-ammont garantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-garanziji tal-2011 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-uniku qafas temporanju tal-2011, li kien fis-seħħ fid-data tal-għoti tagħhom u mhux ukoll fil-qafas temporanju tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Insegwitu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-garanziji tal-2011, għall-inqas, ma jissodisfawx xi wħud mill-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti mill-qafas temporanju tal-2011, applikabbli f’dan il-każ, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>it-tieni subparagrafu (d) tal-punt 2.3 tal-qafas temporanju tal-2011 jipprevedi li, għall-impriżi l-kbar, bħal Larko, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw il-primjum annwali għal garanziji ġodda abbażi tal-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-primjum <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>rifuġju<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> li jinsab anness mal-istess qafas temporanju. Issa, għall-impriżi li jaqgħu fil-kategorija ta’ marka <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>CCC<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u l-kategoriji iktar baxxi, il-primjum <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>rifuġju<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> l-iktar baxx huwa stabbilit għal 380 punt ta’ bażi, filwaqt li l-primjum ta’ garanziji tal-2011 huwa ta’ 1 %. jiġifieri 100 punt ta’ bażi;</P></ITEM><?PAGE NO="24"?><ITEM><P>it-tieni subparagrafu (b) tal-punt 2.3 tal-qafas qafas temporanju tal-2011 jirrikjedi li l-ammont massimu tas-self ma jaqbiżx l-ispiża tal-pagi annwali tal-benefiċjarju għall-2010, filwaqt li l-awtoritajiet Griegi, fl-osservazzjonijiet tagħhom kif imqassra fil-premessa 51, it-tieni sentenza, taħt (d), tad-deċiżjoni kkontestata, jirrikonoxxu li l-ammont totali taż-żewġ tranżazzjonijiet ta’ self iggarantit qabeż il-pagi annwali totali ta’ Larko ta’ EUR 3 miljun;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni subparagrafu (f) tal-punt 2.3 tal-qafas temporanju tal-2011 jirrikjedi li l-garanzija ma taqbiżx 90 % tas-self għat-tul kollu tas-self, filwaqt li l-garanziji koprew 100 % tas-self, kif ġie rrikonoxxut mill-istess awtoritajiet Griegi, fl-osservazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, kif imqassra fil-tieni sentenza (e) tal-premessa 51 tad-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, il-fatt invokat minn dawn l-awtoritajiet li l-miżura inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>kienet l-unika possibbiltà għal [Larko] li jkollha aċċess għall-finanzjament, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tal-ekonomija Griega<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> hija ineffettiva;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni subparagrafu (i) tal-punt 2.3 tal-qafas temporanju tal-2011 jistabbilixxi li l-impriżi f’diffikultà huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, filwaqt li huwa kostanti li Larko kienet impriża f’diffikultà matul l-għoti tal-miżura Nru 6. F’dan ir-rigward, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li r-riferiment, f’din id-dispożizzjoni, għall-impriżi f’diffikultà għandu jiġi interpretat fid-dawl tat-tieni subparagrafu (i) tal-punt 4.3.2 tal-qafas temporanju tal-2009, sa fejn jikkonċerna biss l-impriżi li ma kinux f’diffikultà fl-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, peress li dan l-argument jikkontradixxi t-test stess tat-tieni subparagrafu (i) tal-punt 2.3 tal-qafas temporanju, tal-2011, applikabbli f’dan il-każ.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li l-ħames subparagrafu tal-punt 2.1 tal-qafas temporanju tal-2011 jispeċifika li l-Istati Membri huma marbuta li juru li l-għajnuna mill-Istat innotifikata skont dan il-qafas huma neċessarji, xierqa u proporzjonati sabiex jirrimedjaw għal disturb gravi tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li, f’dan il-każ, ma jidhirx mill-elementi tal-proċess li l-awtoritajiet Griegi kienu nnotifikaw kif xieraq il-miżura inkwistjoni jew ipprovdew tali dimostrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, fil-premessa 116 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura Nru 6 ma setgħetx tiġi kklassifikata bħala għajnuna għas-salvataġġ, peress li l-awtoritajiet Griegi ma semmewx dan l-argument jew ipprovdew notifika f’dan ir-rigward. Hija żiedet, fil-premessa 117 ta’ din id-deċiżjoni, li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni ma għadhomx jiġu ssodisfatti, minħabba li l-garanziji inkwistjoni ma kinux intemmu wara sitt xhur, l-awtoritajiet Griegi ma kinux innotifikaw pjan ta’ ristrutturazzjoni jew stralċ u ma kien hemm l-ebda prova li tindika li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu neċessarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, minn naħa, l-awtoritajiet Griegi ma nnotifikawx il-miżura Nru 6 fid-dawl tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni u, min-naħa l-oħra, li mill-proċess tal-kawża ma jirriżultax li dawn l-awtoritajiet kienu ppreżentaw, fi żmien sitt xhur mill-implementazzjoni, pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ stralċ jew il-prova li s-self kien irrimborsat fl-intier tiegħu jew li l-garanzija kienet intemmet, kuntrarjament għal dak li jipprevedi l-paragrafu 25(c) tal-imsemmija Linji Gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta stabbiliet li l-miżura Nru 6 ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-qafas temporanju tal-2011 u tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda u, konsegwentement, l-ewwel motiv fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji fil-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tagħha, li jiġbor fih argumenti sostanzjati b’mod mifrux ħafna matul ir-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/99 fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6, jiġifieri għajnuna fil-forma ta’ garanzija, sa fejn il-Kummissjoni għamlet żbalji fil-kwantifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata u ordnat l-irkupru bi ksur tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-garanziji ma kinux jissejħu u s-self iggarantit kien diġà ġie rrimborsat, totalment jew parzjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova tal-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> msemmija fit-tielet subparagrafu (a) tal-punt 4.1 tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, il-klassifikazzjoni ta’ Larko bħala impriża f’diffikultà ma kinitx suffiċjenti sabiex turi l-eżistenza ta’ tali ċirkustanzi. Barra minn hekk, kien ikun possibbli, f’dan il-każ, li jitqabblu l-primjums kontenzjużi ma’ primjums oħra tas-suq jew, fl-assenza ta’ dan, jiġu kkalkolati dawn il-primjums skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="014" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 C 14, p. 6</REF.DOC.OJ>) u ta’ annessi tal-qafas temporanju tal-2009 u tal-qafas temporanju tal-2011. Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>dubjuż<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li Larko kienet ibbenefika minn garanziji tas-suq mingħajr intervent mill-Istat ma jikkorrispondix mal-livell ta’ prova rikjesta għal tali dimostrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tirrikjedi li l-Kummissjoni, meta hija tordna l-ħlas lura ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha titħallas lura (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001012">12 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:559">EU:C:2000:559</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050512">12 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑415/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:287">EU:C:2005:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tordna l-irkupru ta’ ammont speċifiku, hija għandha, skont l-obbligu tagħha li teżamina b’mod xieraq u imparzjali l-fajl fil-kuntest tal-Artikolu 108 TFUE, tistabbilixxi, b’mod daqstant preċiż li ċ-ċirkustanzi tal-kawża jippermettu, il-valur tal-għajnuna li l-impriża bbenefikat minnha. Meta terġa’ tistabbilixxi s-sitwazzjoni preċedenti għall-ħlas tal-għajnuna, minn naħa, il-Kummissjoni hija marbuta tiżgura li l-vantaġġ reali tal-għajnuna huwa eliminat u b’hekk tordna l-irkupru tat-totalità tal-għajnuna. Hija ma tistax tordna l-irkupru ta’ somma inferjuri jew superjuri għall-valur tal-għajnuna riċevuta mill-benefiċjarju (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Scott vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑366/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:99">EU:T:2007:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 57 iktar ’il fuq, għall-investigazzjoni tal-mistoqsija jekk l-Istat aġixxiex bħala investitur prudenti li jinnegozja f’suq ħieles, wieħed għandu jmur lura fil-kuntest taż-żmien li fih ittieħdu l-miżuri għal sostenn finanzjarju, sabiex wieħed ikun jista’ jiddeċiedi jekk l-atteġġament tal-Istat kienx ekonomikament raġonevoli, u li wieħed għandu jastjeni minn kull deċiżjoni relatata ma’ sitwazzjonijiet iktar tard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Huwa għalhekk fil-mument meta tingħata l-garanzija u mhux meta tkun mobilizzata jew meta tinvolvi pagamenti li hemm lok li jiġi ddeterminat jekk tikkostitwixxix jew le għajnuna mill-Istat, fl-affermattiv, li tiġi kkalkolata l-ammont tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>SNCF vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-242/12</NO.CASE>, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:1003">EU:T:2015:1003</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0332">332</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, l-assenza ta’ sejħa ta’ garanziji u l-allegat rimbors, totali jew parzjali, ta’ self iggarantit, imsemmija mir-rikorrenti, jikkostitwixxu element ulterjuri li ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni waqt il-kalkolu tal-għajnuna inkompatibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni setgħetx tikkonkludi, fil-premessi 77, 94 u 104 (li impliċitament jirreferu għall-premessa 77) tad-deċiżjoni kkontestata, li Larko kienet irċeviet vantaġġ daqs l-ammont totali tas-self iggarantit, peress li, mingħajr il-garanzija tal-Istat, ma kinitx tista’ tirċievi dan il-finanzjament mis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-premessi 56 sa 66 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tar-rikorrenti fiż-żmien meta ngħataw il-miżuri ta’ għajnuna u kkonkludiet minn dan li kienet impriża f’diffikultà li kienet f’sitwazzjoni estremament ikkumplikata. Hija rrilevat li, abbażi tad-data finanzjarja ewlenija ta’ din l-impriża għas-snin mill-2007 sa l-ewwel nofs tal-2012, tnaqqis kostanti u kunsiderevoli fl-ammont tad-dħul mill-bejgħ tagħha u l-eżistenza ta’ fondi proprji negattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Fil-premessa 77 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-garanzija tal-2008 (miżura Nru 2) kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li din l-għajnuna kienet ekwivalenti għall-ammont totali tas-self iggarantit, peress li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>[kien] dubjuż li [Larko], minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi tagħha, kienet issib kwalunkwe finanzjament fis-suq irrispettivament mill-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. L-istess konklużjoni tinġibed mill-premessa 104 tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn tikkonċerna l-garanziji tal-2011 (miżura Nru 6). Fir-rigward tal-garanzija 2010 (miżura Nru 4), fil-premessa 94 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li l-ammont ta’ għajnuna kien daqs l-ammont iggarantit, għaliex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>[kien] ċar li, irrispettivament mill-kundizzjonijiet, l-ebda parteċipant fis-suq raġonevoli ma kien ikun kapaċi jiggarantixxi dan l-ammont lil [Larko], minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi tagħha<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-miżuri Nri 2 u 6, għandu jiġi kkonstatat li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>dubjuż<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> diġà ntużat, b’mod xieraq, fl-evalwazzjoni preliminari magħmula mill-Kummissjoni fil-premessa 39 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ u li, ċertament, l-użu ta’ din il-kelma jidher li huwa inqas xieraq sabiex tesprimi l-evalwazzjoni finali tal-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, dwar il-fatt li Larko ma setax ikollha aċċess, fis-suq, għal miżuri paragunabbli mal-miżuri kontenzjużi, iktar u iktar peress li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni sostanzjalment identika, il-Kummissjoni użat il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>dubjuż<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fir-rigward ta’ dawn il-miżuri u l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>ċar<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> fir-rigward tal-miżura Nru 4. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, speċifikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>fatt huwa meqjus li ġie stabbilit meta l-eżistenza tiegħu dehret iktar probbabli min-nuqqas ta’ eżistenza tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, li jimplika l-obbligu li jiġu evalwati l-fatti b’mod adegwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tad-deċiżjoni kkontestata u tal-premessa 77 tagħha, kuntest li r-rikorrenti ma setgħetx tinjora, jirriżulta b’mod ċar biżżejjed li l-Kummissjoni qieset li kien, għall-inqas, ftit probabbli li Larko setgħet tikseb self fis-suq mingħajr l-intervent tal-Istat Grieg, minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi tagħha. Barra minn hekk, fir-rigward tal-miżura Nru 2, wara li ddikjara li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>[kien] dubjuż li [Larko], minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi tagħha, kienet issib kwalunkwe finanzjament fis-suq irrispettivament mill-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, l-istess premessa 77 tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>[f]i kliem ieħor, il-Kummissjoni tqis li [Larko] rċeviet vantaġġ daqs l-ammont tas-self garantit, minħabba li mingħajr il-garanzija mill-Istat ma kinitx tkun kapaċi tirċievi finanzjament mis-suq<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>. Dan jgħodd ukoll għall-premessa 104 dwar il-miżura Nru 6, li tirreferi, parzjalment, għall-evalwazzjoni tal-miżura Nru 2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>dubjuż<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ma jistax, fih innifsu, jikkontesta l-fondatezza tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-miżuri Nri 2 u 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li, f’ċerti ċirkustanzi, il-vantaġġ li jirriżulta minn garanzija mill-Istat jista’ jkun daqs l-ammont sħiħ tas-self iggarantit, tali konklużjoni ma tistax, minn naħa, tkun ibbażata fuq iċ-ċirkustanza li s-self ma kienx jingħata fl-assenza tal-garanzija, ċirkustanza li taqa’ fil-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat u mhux fil-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ din l-għajnuna. Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni, l-użu tal-possibbiltà li jiġi kkalkolat il-vantaġġ li jirriżulta minn garanzija tal-Istat daqs l-ammont sħiħ tas-self iggarantit ma jistax jiġi ġġustifikat sempliċiment mill-fatt li l-impriża benefiċjarja hija<?PAGE NO="27"?> f’diffikultà, minħabba l-implikazzjonijiet kbar ta’ tali approċċ u b’mod partikolari tar-riskju li l-benefiċjarju jkun marbut li jħallas l-ammont sħiħ tas-self lill-Istat, anki meta kien jista’ jirrimborsa l-imsemmi self lill-kreditur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-Kummissjoni stess fit-tielet subparagrafu (a) tal-punt 4.1 tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, li jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>[…] [G]ħal kumpanniji f’diffikultà, garanti tas-suq, jekk ikun hemm, jitlob fiż-żmien meta ssir il-garanzija ħlas ta’ premium għoli meta wieħed iqis ir-rata mistennija ta’ inadempjenza. Jekk il-probabilità li min jissellef ma jkunx kapaċi jħallas lura s-self issir partikolarment kbira, huwa possibbli li din ir-rata tas-suq ma tkunx teżisti u f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-element ta’ l-għajnuna tal-garanzija jista’ jirriżulta li jkun għoli daqs l-ammont effettivament kopert minn dik il-garanzija.<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>Mit-tielet subparagrafu (a) tal-punt 4.1(3) tal-Komunikazzjoni dwar il-Garanziji, li l-Kummissjoni ssostni li applikat f’dan il-każ, jirriżulta li l-evalwazzjoni tal-element ta’ għajnuna ta’ garanzija jwassal għal riżultati progressivi, sal-punt li l-imsemmi element huwa daqs l-ammont totali tas-self kopert mill-garanzija, li jista’ jseħħ fil-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>ċirkostanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> li fihom huwa impossibbli għal min jissellef li jirrimborsa s-self koperta mill-garanzija bil-mezzi tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huwa veru li, fil-premessi 77, 94 u 104 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, meta kkunsidrat li Larko kienet irċeviet vantaġġ daqs l-ammont ta’ self iggarantit, ibbażat ruħha fuq motivazzjoni qasira, li ssemmi biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>id-diffikultajiet ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ta’ Larko.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni kkontestata kollha, u b’mod partikolari mill-premessi 56 sa 66 tagħha, jirriżulta li, fiż-żmien meta ngħataw il-miżuri ta’ għajnuna, Larko kien f’qagħda estremament delikata, b’mod partikolari minħabba t-tnaqqis kostanti fl-ammont tad-dħul mill-bejgħ tagħha u l-eżistenza ta’ fondi proprji negattivi, li ssuġġerixxa li l-kapital azzjonarju kollu tal-impriża intilef. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li wettqet żball meta kkonkludiet li kien hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>ċirkostanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> li għamluha impossibbli għal Larko li tirrimborsa s-self kollu bil-mezzi tagħha stess. Barra minn hekk, peress li dawn l-elementi ma kinux kontradetti b’xi element ieħor prodott mill-awtoritajiet Griegi jew mir-rikorrenti waqt il-proċeduri u mqiegħed fil-proċess ta’ din il-kawża, il-Kummissjoni, ġustament, evalwat il-miżuri kontenzjużi skont l-informazzjoni disponibbli għaliha fil-mument meta adottat id-deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/00 P u C‑75/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0168">168</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, rikorrent ma jistax jinvoka quddiem il-qorti punti ta’ fatt li ma ġewx imressqa matul il-proċedura prekontenzjuża prevista fl-Artikolu 108 TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-382/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:363">EU:C:2002:363</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940914">14 ta’ Settembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-278/92 sa C‑280/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:325">EU:C:1994:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi kollha, għandu jiġi rrilevat li, minkejja l-kliem li jistgħu jiġu kkritikati ta’ ċerti premessi tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ evalwazzjoni meta ikkonkludiet li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji tal-Istat mogħtija lir-rikorrenti kien daqs l-ammont sħiħ tas-self iggarantit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud it-tielet motiv u, konsegwentement, ir-rikors kollu kemm hu, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet, li huwa ntiż li jikseb ordni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>rimbors<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, bl-interessi, ta’ kwalunkwe somma li tista’ tiġi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>rkuprata<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, direttament jew indirettament, mir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="28"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Csehi</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="29"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji fil-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern mogħtija lill-miżuri kontenzjużi</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti, dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-miżura Nru 2 (garanzija tal-2008)</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-miżura Nru 3 (żieda fil-kapital tal-2009)</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-miżura Nru 4 (garanzija tal-2010)</ITEM.CONT><ITEM.REF>18</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-miżura Nru 6 (garanzija tal-2011)</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti, dwar l-użu ta’ riżorsi tal-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq-tielet parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tal-għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2)(b) TFUE mogħtija lill-miżuri Nri 3, 4 u 6</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-raba’ parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tal-għajnuna kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE mogħtija lill-miżuri Nri 3, 4 u 6</ITEM.CONT><ITEM.REF>22</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet motiv, ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji fil-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata fir-rigward tal-miżuri Nri 2, 4 u 6</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>28</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>