|
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 179/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1247]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/25/UE tad-9 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi l-proċeduri ta' informazzjoni għall-iskambju, bejn l-Istati Membri, ta' organi umani maħsuba għat-trapjant (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 15zn (id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE:
|
“15zna. |
32012 L 0025: Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/25/UE tad-9 ta' Ottubru 2012, li tistabbilixxi l-proċeduri ta' informazzjoni għall-iskambju, bejn l-Istati Membri, ta' organi umani maħsuba għat-trapjant (ĠU L 275, 10.10.2012, p. 27).
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Din id-Direttiva ta' Implimentazzjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2012/25/UE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 275, 10.10.2012, p. 27.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.