Official Journal L 338 , 28/12/1996 P. 0038 - 0039
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2494/96 tat-23 ta' Diċembru 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2493/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi iktar' il fuq, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tarifa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ f'oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3; Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolamennt huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar in-Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklissifikati fin-nomeklatura kkombinata taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija iktar ’il fuq. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot ta' tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti bir-Regolament tista’ tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1996. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] Ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Folja ta' terephthalate ta' politin, ta' ħxuna ta' mhux iktar minn 10 mikrometri, miksija b'linka termali u ppreżentat f'rollijiet ta' wisa' ta' 62 ċm. | 32159080 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interprestazzjoni tan-nomenklatura kkombinata, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3215, 321590 u 32159080. | --------------------------------------------------