14.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10696 – ARAMCO OVERSEAS COMPANY / BP EUROPA / LOTOS – AIR BP POLSKA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 351/04)

1.   

Fis-7 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Aramco Overseas Company B.V. (“AOC”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Saudi Arabian Oil Company (l-Arabja Sawdija),

—

BP Europa SE (“BP Europa”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn BP p.l.c. (ir-Renju Unit),

—

Lotos – Air BP Polska sp. z o.o. (“il-Kumpanija fil-Mira”, il-Polonja).

AOC u BP Europa se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AOC tipprovdi lill-affiljati tagħha fil-grupp Saudi Aramco b’firxa wiesgħa ta’ servizzi inklużi servizzi ta’ appoġġ finanzjarju, ġestjoni tal-katina tal-provvista, servizzi ta’ appoġġ tekniku u varjetà ta’ servizzi ta’ appoġġ amministrattiv,

—

BP Europa qed twettaq il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet ta’ BP fil-Polonja, inkluża l-provvista ta’ fuel tat-triq permezz tal-pompi tal-petrol tagħha stess u permezz ta’ siti tal-konċessjonarji u l-bejgħ ta’ lubrikanti, inkluż permezz tal-marka Castrol. BP bħalissa ma tipprovdix jew tbigħ fuels tal-avjazzjoni fil-Polonja,

—

Il-Kumpanija fil-Mira hija impriża bi sħab (joint venture, JV) ikkontrollata bi sħab minn Grupa Lotos S.A. u BP Europa u attiva fil-bejgħ tal-fuel tal-ġettijiet JET-A1 u l-petrol tal-avjazzjoni, u r-riforniment ta’ inġenji tal-ajru b’dawn il-fuels tal-avjazzjoni f’ajruporti li jinsabu fil-Polonja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10696 – ARAMCO OVERSEAS COMPANY / BP EUROPA / LOTOS – AIR BP POLSKA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.