|
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 393/13 |
Notifikata minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8685 — Foncière des Régions/Marriott International/Le Méridien Hotel f’Nizza)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 393/06)
|
1. |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
FDR takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll uniku ta’ Lehwood Nice SAS li hija s-sid tal-assi ta’ Le Méridien Nice. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. Billi takkwista l-kontroll uniku ta’ Lehwood, FDR se takkwista wkoll indirettament il-kontroll konġunt ta’ Le Méridien Nice flimkien ma’ Starwood, affiljata ta’ Marriott International, Inc., li tiġġestixxi indirettament lil Le Méridien Nice fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ ġestjoni. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal FDR: grupp Franċiż ta’ investiment tal-proprjetà immobbli li l-portafoll tal-assi kummerċjali tiegħu jikkonsistit prinċipalment f’uffiċċji kif ukoll f’assi residenzjali u lukandi. — għal Starwood: sussidjarja li totalment proprjetà ta’ Marriott. Marriott hija kumpanija tal-ospitalità diversifikata li taġixxi bħala maniġer u franchisor ta’ lukandi u proprjetajiet tat-timeshare. Mit-tmiem is-sena 2016, Marriott ħaddmet u kellha franchise ta’ xi 6 080 proprjetà madwar id-dinja. — għal Le Méridien Nice: lukanda b’erba’ stilel li tinsab f’Nizza. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8685 — Foncière des Régions/Marriott International/Le Méridien Hotel f’Nizza Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.