31993R3680



Official Journal L 341 , 31/12/1993 P. 0042 - 0052
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0184
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0184


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3680/93

ta' l-20 ta' Diċembru 1993

li qiegħed ċertu miżuri ta' konservazzjoni u treġġija għar-risorsi tas-sajd fil-Medda Regolatorja kif imfisser fil- Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

B'konsiderazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3760/92 ta' l-20 ta' Diċembru 1992 fuq it-twaqqif ta' sistema tal-Komunità għall-meded tas-sajd u l-akwakultura [1], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda fuq il-Liġi tal-Baħar, li fiha hemm prinċipji u regoli relatati mal-konservazzjoni u t-treġġija ta' riżorsi ħajjin ġewwa ż-żoni esklusivi ekonomiċi ta' l-Istati kostali u fl-ibħra għoljien;

Billi l-Konvenzjoni fuq Kooperazzjoni Multilaterali tal-Futur fil-Meded tas-Sajd fil-Majjistral ta' l-Atlantiku minn 'il quddiem riferuta bħala l-Konvenzjoni NAFO, ġiet approvata mill-Kunsill bir-Regolament (KEE) Nru 3179/78 [2] u ġiet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1979; billi l-Medda Regolatorja kif imfissra tikkonsisti minn dik il-parti tal-Medda tal-Konvenzjoni li hija lil hinn mill-medded li fihom Stati kostali jezerċitaw ġurisdizzjoni tas-sajd;

Billi l-Konvenzjoni NAFO li tistabbilixxi qafas xieraq għall-konservazzjoni razzjonali u t-treġġija tar-risorsi tas-sajd għall-Medda Regolatorja bil-għan li jintlaħaq l-aħjar użu dwar dan; billi, għal dan il-għan, il-Partijiet Kontrattwali jimpenjaw li jwettqu miżuri konġunti;

Billi, fid-dawl ta' parir xjentifiku disponibbli, il-qbid ta' ċertu speċi f'ċertu partijiet tal-Medda Regolatorja għandu jkun limitat; billi, b'mod konformi ma' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, jaqa fuq il-Kunsill li jwaqqaf il-qbid totali permess (TACijiet) b'ħażniet jew grupp ta' ħażniet, is-sehem disponibbli għall-Komunità u l-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom il-qbid irid isir sabiex jiġi allokat is-sehem disponibbli għall-Komunità madwar l-Istati Membri;

Billi, sabiex jiġi żgurat il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-esplojtazzjoni bbilanċjata, miżuri ta' konservazzjoni tekniċi għandhom jiġu mfissra, inter alia għad-daqs tal-malji, il-livell ta' qbid ieħor u d-daqsijiet ta' ħut awtorizzat;

Billi sabiex kontrolli jkunu jistgħu jsiru fuq qbid mill-Medda Regolatorja waqt li l-miżuri ta' monitoraġġ qed jiġu ssupplimentati li hemm ipprovdut fir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 [3] ċertu miżuri speċifiċi ta' kontroll għandhom jiġu mfissra, inter alia, għad-dikjarazzjoni tal-qbid, il-komunikażzjoni ta' l-informazzjoni, iż-żamma ta' xbiek mhux awtorizzat u l-informazzjoni u l-assistenza relatati mal-ħażna u l-ipproċessar tal-qbid,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Skop

1. Bastimenti tal-Komunità fil-Medda Regolatorja u li l-abbord hemm ħut mir-riżorsi ta' dik il-medda għandhom jagħmlu hekk lil hinn mill-għanijiet u l-prinċipji tal-Konvenzjoni NAFO.

2. Bil-għan li jiżgura permezz ta' l-azzjoni konġunta tal-Partijiet Kontrattwali l-konservazzjoni u t-treġġija razzjonali tar-risorsi tas-sajd fil-Medda Regolatorja għall-iskop li jintlaħaq l-aħjar użu dwar dan, dan ir-Regolament iqiegħed:

- limiti tal-qbid,

- miżuri ta' konservazzjoni tekniċi,

- miżuri ta' kontroll internazzjonali,

- dispożizzjonijiet relatati mal-ipproċessar u t-trasmissjoni ta' ċertu data xjentifika u statiska.

L-Artikolu 2

Parteċipazzjoni tal-Komunità

1. L-Istati Member għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni elenku tal-bastimenti kollha rregistrati fil-portijiet tagħhom jew li jxejru l-bandiera tagħhom li huma bil-ħsieb li jieħdu sehem fl-attivitajiet tas-sajd fil-Medda Regolatorja ta' l-anqas 30 jum qabel il-bidu tat-tali attività jew skond il-każ mhux aktar tard mill-20 jum ta' wara d-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-informazzjoni mgħoddija għandha tinkludi:

(a) isem il-bastiment;

(b) in-numru ta' reġistrazzjoni uffiċjali tal-bastiment mgħoti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(ċ) port tal-bastiment fejn hu stazzjonat;

(d) isem tas-sid jew kerrej tal-bastiment;

(e) dikjarazzjoni li l-kaptan ġie ipprovdut b'kopja tar-regolamenti fis-seħħ fil-Medda Regolatorja;

(f) l-ispeċi prinċipali li għalih jistad il-bastiment fil-Medda Regolatorja;

(g) il-medded l-oħra fejn il-bastiment ikun mistenni li jistad.

L-Artikolu 3

Limiti ta' qbid

Qbid fl-1994 ta' l-ispeċi mqiegħed fl-Anness I dwar dan tal-bastimenti tas-sajd reġistrati fil-portijiet ta' l-Istati Membri jew ixxejjer il-bandiera tagħhom għandu jkun limitat, fi ħdan id-diviżjonijiet tal-Medda Regolatorja li għaliha saret referenza f'dak l-Anness, għall-kwoti mqiegħda dwar dan.

L-Artikolu 4

Miżuri tekniċi

1. Daqsijiet tal-malji

2. Affarijiet miżjuda ma' l-ixbieki

3. Qbid sekondarju

Qbid sekondarju ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness I li għalihom l-ebda kwota ma hi stabbilita mill-Komunità bħala parti mill-Medda Regolatorja u meħuda f'dik il-parti meta jsir sajd direttament għal:

- waħda jew aktar ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness I, jew

- waħda jew aktar ta' l-ispeċi minbarra dawk elenkati fl-Anness I,

li ma je ċċedhux għal kull speċi abbord 2500 kg jew 10 % tal-piż ta' kull ħut abbord, liema minnhom huwa l-akbar. Madankollu, f'parti mill Medda Regolatorja fejn l-istad dirett ta' ċertu speċi huwa projbit, qbid sekondarju ta' kull speċi elenkata fl-Anness m'għandux jaqbeż 1250 kg jew il-5 % rispettivament.

4. Daqs minimu tal-ħut

L-Artikolu 5

Miżuri ta' kontroll

1. Barra li għandhom jikkomformaw ma' l-Artikoli 6, 8, 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, kaptani ta' bastimenti għandhom idaħlu fir-reġistru l-informazzjoni elenkata fl-Anness V ta' dan.

Bil-konformità ma' l-Artikolu 15 tat-tali Regolament, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni tal-qbid ta' speċi mhux suġġett għall-kwota.

2. Meta jsir sajd għal wieħed jew aktar ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness II, bastimenti jistgħu ma jġorrux xbiek li d-daqs tal-malju huwa iżgħar minn dak imqiegħed fl-Artikolu 4(1).

Madankollu, bastimenti li jsajdu matul l-istess vjaġġ f'meded minbarra dawk tal-Medda Regolatorja jistgħu jżommu tali xbieki abbord basta dawn ix-xbieki huma sekurament marbuta u stivati u mhumiex disponibbli għall-użu mmedjat, jiġifieri jingħad:

(a) xbieki għandhom ikunu mneħħija mill-alloġġ tagħhom u l-irmonk tagħhom jew mill-gumni ta' l-ixbieki u ħbula;

(b) xbieki li jinġarru fil jew fuq il-gverta iridu jkunu marbuta fiż-żgur bħala parti mis-sovrastruttura.

3. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jxejru l-bandiera ta' Stat Membru jew reġistrat f'wieħed mill-portijiet għandu, fir-rigward tal-qbid ta' l-ispeċi elenkat fl-Anness I, iżomm:

(a) reġistru li jżomm, bl-ispeċi u bil-prodott ipproċessat, il-ħruġ aggregat; jew

(b) pjan ta' ħażna, bid-diversi speċi, prodotti pproċċessati, li jindikaw fejn huma lokalizzati fl-istiva.

Kaptani ta' bastimenti għandhom jipprovdu l-assistenza meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kwantitajiet iddikjarati fir-reġistru u l-prodotti tal-proċessi stivati abbord jiġu vverifikati.

L-Artikolu 6

Data ta' natura statistika u xjentifika

1. Sabiex jiżguraw parir fuq konċentrazzjoni tal-barbun tat-tbajja Amerikan ġovenili u barbun ta' l-għajn f'diviżjoni 3LNO tal-Medda Regolatorja:

(a) L-Istati Membri għandhom jipprovdu, kif ibbażat fuq id-dħul rilevanti fir-reġistru, kif hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 5(1), qbid nominali u statistika tar-rimi, imqassma skond kull żona mhux akbar minn 1o latitudni u 1o lonġitudni, imqassar fuq bażi ta' kull xahar;

(b) kampjun ta' t-tul għandu jiġi ipprovdut kemm għall-qbid nominali u għar-rimi, b'intensità fuq il-kampjuni miġbura fuq l-istess skala kif addottata f'(a) u mqassra fuq bażi ta' kull xahar.

2. Sabiex jiġi assessjat l-effetti tal-qbid sekondarju tal-merluzz fiż-żoni tas-sajd tas-salamun raġel fl-istaġun tal-bajd u fiż-żoni tas-sajd tal-ħut ċatt fil-Flemish Cap:

(a) L-Istati Membri għandhom jissuplixxu, fuq il-bażi tad-dħul rilevanti fir-reġistru kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 5(1), statistika fuq rimi ta' merluzz meħud miż-żoni ta' tkabbir tas-salamun raġel fl-istaġun tal-bajd u tal-ħut ċatt fil-medda msemmija hawn fuq, flimkien mar-rapporti normali, imqassra fuq bażi ta' kull xahar;

(b) kampjun ta' tul tal-merluzz meħud miż-żoni ta' tkabbir tas-sajd tas-salamun raġel fl-istaġun tal-bajd u tal-ħut ċatt fiż-żona msemmija hawn fuq, għandhom jiġu pprovduti għaż-żewġ komponenti separatament, bl-informazzjoni dwar il-fond li jakkompanja kull kampjun, imqassar fuq bażi ta' kull xahar.

3. Kampjun tat-tul għandu jittieħed minn kull parti tal-qabda rispettiva ta' kull speċi konċernata b'tali manjiera li ta' l-anqas kampjun wieħed li huwa statistikament sinjifikanti huwa meħud mill-qabda kull ġurnata. Id-daqs tal-ħuta għandu jiġi mkejjel mill-ponta ta' l-imnieħer sat-tarf tad-denb tal-ġwienaħ.

Għall-iskopijiet imqiegħda fil-paragrafi 1 u 2, kampjuni ta' tul meħuda kif deskritti f'dan ir-Regolament għandhom jittieħdu bħala rappreżentativi tal-qbid kollha ta' l-ispeċi konċernati.

L-Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Bourgeois

[1] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 378, tat-30.12.1978, p. 1.

[3] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Stokk | Stat Membru | kwota ta' l-1994 (tunnellati) |

Speci | Reġjun Ġeografika | Żona |

Merluzz | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 2 J - 3KL | Il-Belġju |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli għall-Istati Membri | |

KE totali | 0 |

Merluzz | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 NO | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | 5 |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | 1832 |

Franza | 28 |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | 345 |

Ir-Renju Unit | 3 |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 2213 |

Merluzz | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 M | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | 513 |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | 1574 |

Franza | 221 |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | 2155 |

Ir-Renju Unit | 1022 |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 5485 |

Salamun raġel ta' l-Atlantiku fil-perjodu tal-bajd | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 M | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 4030 |

Salamun raġel ta' l-Atlantiku fil-perjodu tal-bajd | Majjistral tal-Atlantiku | NAFO 3 LN | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | 476 |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 476 |

Barbun tat-tbajja Amerikan | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 M | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 175 |

Barbun tat-tbajja Amerikan | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 LNO | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 61 |

Barbun tal-għajn b'denbu isfar | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 LNO | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 140 |

Barbun saħħar | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 NO | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 0 |

Kapellin | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO 3 NO | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | 0 |

Klamar | Majjistral ta' l-Atlantiku | NAFO-sottożoni 3 + 4 | Il-Belġju | |

Id-Danimarka | |

Il-Ġermanja | |

Il-Greċja | |

L-Ispanja | |

Franza | |

L-Irlanda | |

L-Italja | |

Il-Lussemburgu | |

L-Olanda | |

Il-Portugall | |

Ir-Renju Unit | |

Disponibbli mill-Istati Membri | |

KE totali | p.m. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Isem komuni | Isem Xjentifiku |

Ħut tal-qiegħ prinċipali (barra l-ħut ċatt)

Merluzz ta' l-Atlantiku | Gadus morhua |

Bakkaljaw | Melanogrammus aeglefinus |

Salamun ta' l-Atlantiku raġel fl-istaġun tal-bajd | Sebastes spp. |

Golden redfish | Sebastes marinus |

Marlozz lewn il-fidda | Sebastes mentella |

Marlozz ħamrani | Merluccius bilinearis |

Pollakkju | Urophucis chuss |

| Pollachius virens |

Flatfish

Barbun tat-tbajja Amerikan | Hippoglossoides platessoides |

Barbun saħħar | Glyptocephalus cynoglossus |

Barbun ta' denbu isfar | Limanda ferruginea |

Ħalibatt ta' Greenland | Reinhardtius hippoglossoides |

Ħalibatt ta' l-Atlantiku | Hippoglossus hippoglossus |

Barbun tax-xitwa | Pseudopleuronectes americanus |

Barbun tas-sajf | Paralichthys dentatus |

Barbun tat-tip windowpane | Scophthalmus aquosus |

Flatfish (NS) | Pleuronectiformes |

Ħut ieħor tal-qiegħ

Petriċia Amerikana | Lophius americanus |

Searobini ta' l-Atlantiku | Prionotus spp. |

Tomcod ta' l-Atlantiku | Microgadus tomcod |

Merlangu blu | Micromesistius poutassou |

Kunnar | Tautogolabrus adspersus |

Cusk | Brosme brosme |

Merluzz ta' Greenland | Gadus ogac |

Kisja blu | Molva dypterygia |

Kisja | Molva molva |

Lumpfish | Cyclopterus lumpus |

Kingfish tat-Tramuntana | Menticirrhus saxatilis |

Puffer tat-Tramuntana | Sphoeroides maculatus |

Budakkra (NS) | Lycodes spp. |

Pout ta' l-oċean | Macrozoarces americanus |

Merluzz polari | Boreogadus saida |

Roundnose grenadier | Coruphaenoides rupestris |

Roughhead grenadier | Macrouris berglax |

Sandeels | Ammodytes spp. |

Skolpin | Myoxocephalus spp. |

Skup | Stenotomus chrysops |

Tawtoga | Tautoga onitis |

Tilefish | Lopholatilus chamaeleonticeps |

Marlozz abjad | Urophycis tenuis |

Wolfishess (NS) | Anarhichas spp. |

Wolffish tal-Atlantiku | Anarhichas lupus |

Wolfish ittikjat | Anarhichas minor |

Ħut tal-qiegħ (NS) | … |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

BUKAGĦWAR TAN-NAĦA TA' FUQ AWTORIZZAT

1. Bukagħwar tan-naħa ta' fuq tip ICNAF

Biċċa rettangolari ta' xbiek mehmuża man-naħa ta' fuq tal-cod-end sabiex tnaqqas jew tipprevieni ħsara mal-ħtiġiet segwenti:

(a) ix-xbiek m'għandux ikollu daqs tal-malju inqas minn dak speċifikat għax-xibka nfisha;

(b) ix-xbiek jista' jinqafel mal-cod-end biss matul u fuq it-truf laterali tax-xbiek u jkun maqful b'tali mod li jestendi il-quddiem mill-biċċa li taqsam mhux aktar minn erba' malji u jispiċċa mhux inqas minn erba' malji quddiem il-malji tal-codline; billi biċċa li taqsam mhuwiex użat, ix-xbiek m'għandux jestendi aktar minn terz tal-cod-end imkejjel minn mhux inqas minn erba' malji quddiem il-malji tal-codline;

(ċ) in-numru ta' malji fil-wesgħa tal-malji għandu jkun ta' l-anqas darba u nofs aktar minn numru ta' malji fil-wesgħa tal-parti tal-cod-end li hija koperta, iż-żewġ wesgħat meħuda fl-angoli retti għall-assi lonġitudinali tal-cod-end.

2. Bukagħwar tan-naħa ta' fuq "perpur multiplu"

Biċċiet ta' xbiek li għandhom fil-partijiet kollha tal-malji dimensjonijiet li, kemm jekk il-biċċiet tax-xbiek huma mxarba jew niexfa, m'humiex inqas mill-malji tax-xibka li fuqhom ikunu mehmuża, kemm-il darba jkunu

(i) kull biċċa ta' xbiek:

(a) huwa maqful biss tul it-tarf ta' quddiem matul il-cod-end fl-angolu rett għall-assi lonġitudinali tiegħu;

(b) huwa ta' l-anqas ugwali fil-wesgħa tal-cod-end (tali wisgħa jiġi mkejjel fl-angoli retti għall-assi lonġitudinali mal-cod-end fil-punt tar-rabta);

(ċ) mhuwiex aktar minn 10 malji fit-tul;

(ii) it-tul aggregat ta' kull biċċa ta' xibka hekk marbuta ma teċċedhiex żewġ terzi tat-tul tal-cod-end.

3. Malji kbar (tip Pollak immodifikat) bukagħwar tan-naħa ta' fuq

Biċċa rettangolari ta' xbiek magħmul mill-istess materjal ta' ħajt bħal tal-cod-end, jew ta' waħda, ħoxna mingħajr għoqod tal-materjal tal-ħajt, mehmuz mal-parti ta' wara tan-naħa ta' fuq tal-cod-end li jestendi fuq kollox jew kull parti tan-naħa ta' fuq tal-cod-end, li għandu f'kull parti daqs tal-malju d-doppju tal-cod-end meta mkejjel imxarrab u maqful tul il-cod-end, fit-truf laterali u ta' wara biss ta' l-ixbiek b'tali mod li kull malju ta' l-ixbiek jaqbel eżattament ma' l-erba' malji tal-cod-end.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Speċi | Daqs minimu | Definizzjoni |

Merluzz ta' l-Atlantiku | 41 ċm | tul tal-forketta |

Barbun tat-tbajja Amerikan | 25 ċm | tul totali |

Barbun tad-denb isfar | 25 ċm | tul totali |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Speċifikażzjonijiet li jrid ikunu jinsabu fir-reġistru

Dettalji | Kodiċi |

Isem tal-bastiment | 01 |

Nazzjonalità tal-bastiment | 02 |

Numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment | 03 |

Port of reġistrazzjoni | 04 |

Tip ta' attrezzar tas-sajd użat (kuljum) | 10 |

Tip ta' attrezzar tas-sajd | 2 |

Data:

— jum | 20 |

— xahar | 21 |

— sena | 22 |

Pożizzjoni:

— latitudni | 31 |

— lonġitudni | 32 |

— żona ta' natura statistika | 33 |

Numru ta' ħidmiet tas-sajd kull perjodu ta' 24 siegħa | 40 |

Numru ta' sigħat ta' sajd bl-attrezzar kull perjodu ta' 24 siegħa | 41 |

Isem ta' l-ispeċi | 2 |

Qbid kuljum ta' l-ispeċi (f'tunnellati ta' piż ħaj) | 50 |

Qbid kuljum, kull speċi, għall-konsum uman | 61 |

Kwantitajiet mormija kuljum għal kull speċi | 63 |

Post ta' trasbord | 70 |

Data(i) ta' trasbord | 71 |

Firma tal-Kaptan | 80 |

Abbrevjazzjoni | L-isem ta' l-ispeċje tal-ħut |

Malti | Latin |

ALE | Alewife | Alosa pseudoharengus |

ARG | L-Argentine ta' l-atlantiku | Argentina silus |

BUT | Budakkra ta' l-għajn Amerikan | Peprilus triacanthus |

CAP | Kapellin | Mallotus villosus |

COD | Merluzz | Gadus morhua |

GHL | Ħalibatt ta' Greenland | Reinhardtius hippoglossoides |

HAD | Bakkaljaw | Melanogrammus aeglefinus |

HER | Aring | Clupea harengus |

HKR | Marlozz aħmar | Urophycis chuss |

HKS | Marlozz lewn il-fidda | Merluccius bilinearis |

MAC | Makkarell | Scomber scombrus |

PLA | Barbun Amerikan | Hippoglossoides platessoides |

POK | Bakkaljaw | Pollachius virens |

RED | Salamun aħmar | Sebastes marinus |

RMG | Roundnose grenadier | Macrourus rupestris |

SHR | Gambli | Pandalus spp. |

SQU | Klamar | Loligo pealei — Illex illecebrosus |

WIT | Barbun saħħar | Glyptocephalus cynoglossus |

YEL | Barbun tal-għajn b'denbu isfar | Limanda ferruginea |

Abbrevjazzjonijiet standard għall-attrezzar tas-sajd

OTB | Xibka lontra tal-qiegħ (ġenb jew poppa, mhux speċifikat) |

OTB 1 | Tartarun għall-lontra tal-qiegħ (ġenb) |

OTB 2 | Tartarun għall-lontra tal-qiegħ (poppa) |

OTM | Tartarun għall-lontra ta' nofs l-ilma (ġenb jew poppa, mhux speċifikat) |

OTM 1 | Tartarun għall-lontra ta' nofs l-ilma (ġenb) |

OTM 2 | Tartarun għall-lontra ta' nofs l-ilma (poppa) |

PTB | Tartarun pari tal-qiegħ (2 bastimenti) |

PTM | Tartarun pari ta' nofs l-ilma (2 bastimenti) |

GM | Xbieki tal-garġi (mhux speċifikat) |

GNS | Xbiek tal-garġi mqiegħed |

LL | Lanez twal (imqegħda jew li jinġarru, mhux speċifikat) |

LLS | Lanez twal (imqegħda) |

LLD | Lanez twal (li jinġarru) |

MIS | Attrezzi tas-sajd mixellanji |

NK | Attrezzi tas-sajd mhux magħrufa |

--------------------------------------------------