2002D0757 — MT — 30.03.2007 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Settembru 2002

dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta’ emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ‘t Veld sp. nov.

(notifikata bid-dokument numru C(2002) 3380)

(2002/757/KE)

(ĠU L 252, 20.9.2002, p.37)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta' April 2004

  L 189

1

27.5.2004

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta' Marzu 2007

  L 90

83

30.3.2007




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Settembru 2002

dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta’ emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ‘t Veld sp. nov.

(notifikata bid-dokument numru C(2002) 3380)

(2002/757/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/29/KE tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 rigward il-miżuri ta’ protezzjoni kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tagħhom u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/36/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3), it-tielet sentenza tagħha,

Billi:

(1)

Meta Stat Membru jikkunsidra li hemm periklu tad-dħul u l-firxa ta’ organiżmu li jagħmel il-ħsara mhux elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE fit-territorju tiegħu, dan jista’ temporanjament jieħu l-miżuri addizzjonali meħtieġa sabiex jipproteġi lilu nnifsu kontra dan il-periklu.

(2)

Ir-Renju Unit għarraf, nhar id-29 ta’ April 2002, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’tifqigħat tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ‘t Veld sp. nov. (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “l-organiżmu ta’ ħsara”) fuq it-territorju tiegħu u adotta, nhar it-13 ta’ Mejju 2002, miżuri addizzjonali maħsuba li ma jħallux id-dħul u l-firxa fil-Komunità ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara. L-Olanda u l-Ġermanja wkoll irrappurtaw, nhar id-29 ta’ April 2002, tifqigħat ta’ dan l-organiżmu fit-territorji rispettivi tagħhom.

(3)

L-organiżmu ta’ ħsara bħalissa mhuwiex elenkat fl-Annessi I jew II tad-Direttiva 2000/29/KE. Madankollu, analiżi preliminari dwar perikli mid-dud u insetti bażata fuq tagħrif xjentifiku disponibbli wriet li dan l-organiżmu u l-effetti ta’ ħsara tiegħu, joħolqu ċerta preokkupazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti fil-Komunità, b’mod partikolari fil-każ ta’ iżolati mhux Ewropej, preżenti biss fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, għas-siġar tal-ballut fil-Komunità u dak ta’ l-iżolati Ewropej għall-pjanti ornamentali bħall-Rhododendron spp. u Viburnum spp. Is-servizzi relevanti ta’ l-Istati Membri ġew mitluba biex ikomplu bl-istudju xjentifiku rigward ir-riskju marbut ma’ l-iżolati mhux Ewropej għas-siġar tal-ballut fil-Komunità, l-epidemjoloġija ta’ l-organiżmu ta’ ħsara u l-pjanti li joqgħod fihom.

(4)

Hu għalhekk meħtieġ li jittieħdu miżuri proviżorji fitosanitarji ta’ emerġenza kontra d-dħul u l-firxa fil-Komunità ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(5)

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għad-dħul jew il-firxa ta’ l-organiżmu ta’ ħsara, għall-produzzjoni u moviment fil-Komunità ta’ pjanti magħrufa li jkun fihom dan l-organiżmu, għall-kontroll ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara u għal sorveljanza aktar ġenerali dwar il-preżenza jew l-assenza fit-tul ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara fl-Istati Membri. Madankollu m’hemmx bżonn li dawn il-miżuri jiġu applikati għall-pjanti Rhododendron simsii Planch., minbarra frott u żrieragħ, għax l-informazzjoni li hawn tindika li dawn il-pjanti m’humiex milquta minn dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(6)

Ir-riżultati tal-miżuri msemmija hawn fuq se jkunu regolarment assessjati fl-2002 u fl-2003, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ informazzjoni li għandhom jipprovdu l-Istati Membri. Miżuri oħra possibbli wara dawn se jiġu kunsidrati fid-dawl tar-riżultati ta’ dik l-istima, u l-opinjoni xjentifika mogħtija mill-Istati Membri.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni,:

(1) “l-organiżmu ta’ ħsara”jfisser Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ‘t Veld sp. nov.

▼M2

(2) “pjanti suxxetibbli”, għajr il-frott u ż-żerriegħa ta' l-Acer macrophyllum Pursh, Acer pseudoplatanus L., Adiantum aleuticum (Rupr.) Paris, Adiantum jordanii C. Muell., Aesculus californica (Spach) Nutt., Aesculus hippocastanum L., Arbutus menziesii Pursch., Arbutus unedo L., Arctostaphylos spp. Adans, Calluna vulgaris (L.) Hull, Camellia spp. L., Castanea sativa Mill., Fagus sylvatica L., Frangula californica (Eschsch.) Gray, Frangula purshiana (DC.) Cooper, Fraxinus excelsior L., Griselinia littoralis (Raoul), Hamamelis virginiana L., Heteromeles arbutifolia (Lindley) M. Roemer, Kalmia latifolia L., Laurus nobilis L., Leucothoe spp. D. Don, Lithocarpus densiflorus (Hook. & Arn.) Rehd., Lonicera hispidula (Lindl.) Dougl. ex Torr.&Gray, Magnolia spp. L., Michelia doltsopa Buch.-Ham. ex DC, Nothofagus obliqua (Mirbel) Blume, Osmanthus heterophyllus (G. Don) P. S. Green, Parrotia persica (DC) C.A. Meyer, Photinia x fraseri Dress, Pieris spp. D. Don, Pseudotsuga menziesii (Mirbel) Franco, Quercus spp. L., Rhododendron spp. L., għajr ir-Rhododendron simsii Planch., Rosa gymnocarpa Nutt., Salix caprea L., Sequoia sempervirens (Lamb. ex D. Don) Endl., Syringa vulgaris L., Taxus spp. L., Trientalis latifolia (Hook), Umbellularia californica (Hook.& Arn.) Nutt., Vaccinium ovatum Pursh u Viburnum spp. L.

(3) “injam suxxetibbli” ifisser injam ta' l-Acer macrophyllum Pursh, Aesculus californica (Spach) Nutt., Lithocarpus densiflorus (Hook. & Arn.) Rehd., Quercus spp. L. u Taxus brevifolia Nutt.

(4) “qxur tas-siġar suxxetibbli” ifisser qxur tas-siġar iżolati l-Acer macrophyllum Pursh, Aesculus californica (Spach) Nutt., Lithocarpus densiflorus (Hook. & Arn.) Rehd., Quercus spp. L. u Taxus brevifolia Nutt.

▼B

Artikolu 2

Id-dħul u l-firxa fil-Komunità ta’ iżolati mhux Ewropej jew Ewropej ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara għandu jkun projbit.

Artikolu 3

1.  Pjanti u njam suxxettibbli jistgħu biss jiddaħħlu fit-territorju tal-Komunità jekk jikkonformaw mal-miżuri fitosanitarji ta’ emerġenza preskritti fil-punti 1a u 2 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jekk ikunu spezzjonati mad-dħul tagħhom fil-Komunità għall-preżenza ta’ iżolati mhux Ewropej ta’ l-organiżmu ta’ ħsara, skond l-Artikolu 13(1)(a), tad-Direttiva 2000/29/KE, u dikjarati ħielsa minn dan wara l-ispezzjoni.

2.  Id-dispożizzjonijiet speċifikati fil-punti 1a u 2 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw biss għal pjanti u njam suxxettibbli li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u destinati għall-Komunità u li jkunu telqu fl-1 ta’ Novembru 2002 jew wara.

3.  Il-miżuri preskritti fil-Parti A, Taqsima I(3), ta’ l-Anness IV rigward l-injam ta’ l-ispeċi Quercus L., inkluż l-injam li ma żammx l-għamla naturali tonda tiegħu, li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, m’għandhomx japplikaw għal injam suxxettibbli ta’ l-ispeċi Quercus L. li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-punt 2(b) ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

4.  Mill-1 ta’ Novembru 2002, ►M1  il-pjanti maħsuba għat-taħwil tal-Viburnum spp., il-Camellia spp. u r-Rhododendron spp., għajr għar-Rhododendron simsii Planch, għajr għaż-żerriegħa ◄ , li joriġinaw minn pajjiżi terzi għajr l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, imdaħħla fil-Komunità jistgħu biss jiġu mċaqilqa fil-Komunità jekk magħhom ikun hemm passaport tal-pjanti imħejji u maħruġ skond id-Direttiva 92/105/KEE ( 3 ) tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

Qxur suxxettibbli ta’ siġar li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika ma jistgħux jiddaħħlu fil-Komunità.

▼M1

Artikolu 5

1.  Il-pjanti maħsuba għat-taħwil tal-Viburnum spp., il-Camellia spp. and u r-Rhododendron spp., għajr għar-Rhododendron simsii Planch, għajr għaż-żerriegħa, li jiroġinaw fil-Komunità ma jistgħux jiġu mċaqalqa ►M2  fi ħdan il-Komunità ◄ għajr jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' l-Anness ma din id-Deċiżjoni. Il-produtturi ta' dawn il-pjanti għandhom ikunu rreġistrati skond id-disposizzjonijioet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KE ( 4 ).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi rreġistrati għandhom jinnotifikaw kull okkorrenza sospetta jew kull preżenza kkonfermata ta' l-organiżmu ta' ħsara lill-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom.

▼B

L-Artikolu 6

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġiet uffiċjali ta' l-organiżmu ta' ħsara fit-territorju tagħhom, inklużi kemm il-pjanti kkultivati u kemm dawn mhux ikkultivati/mhux amministrati, sabiex jistabbilixxu jekk ikunx hemm xiehda ta' infestazzjoni mill-organiżmu ta' ħsara.

▼M2

2.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ stipulat fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu avvżati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull sena sa l-1 ta' Diċembru.

▼M1

3.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri approprjati ġewwa t-territorju tagħhom għalbiex iwettqu l-monitoraġġ uffiċjali tal-movimenti tal-pjanti suxxettibbli sabiex jaċċertaw jekk jikkonformawx mal-kondizzjonijiet iddikjarati f'din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jaġġustaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2002 il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu rwieħhom kontra d-dħul u l-firxa ta’ l-organiżmu ta’ ħsara, b’mod li l-miżuri jkunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni, u jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bil-miżuri aġġustati.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta mhux aktar tard ►M2  il-31 ta' Jannar 2008 ◄ .

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

1a.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Parti A(2), u l-Anness IV, Parti A(1),(11.1), (39) u (40) tad-Direttiva 2000/29/KE, pjanti suxxettibbli li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jkun hemm magħhom ċertifikat li jissemma ►M1  l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE ◄ :

(a) li jgħid li huma joriġinaw minn żoni li fihom iżolati mhux Ewropej ta’ l-organiżmu ta’ ħsara mhux magħruf li nstabu. L-isem taż-żona għandu jissemma fiċ-ċertifikat taħt ir-rubrika “post ta’ oriġini”; jew

(b) maħruġ wara verifika uffiċjali li l-ebda sinjal ta’ iżolati mhux Ewropej ta’ l-organiżmu ta’ ħsara ma ġie osservat fuq xi pjanti suxxettibbli fil-post tal-produzzjoni, waqt l-ispezzjonijiet uffiċjali, inkluż l-ittestjar fil-laboratorju għal kull sintomu suspett imwettaq mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni.

Barra minn hekk, iċ-ċertifikat jinħareġ biss wara li kampjuni rappreżentattivi tal-pjanti jkunu ttieħdu qabel ma jkunu tgħabbew fuq vapur, u jkunu ġew eżaminati u misjuba ħielsa minn iżolati mhux Ewropej ta’ l-organiżmu ta’ ħsara wara l-ispezzjonijiet. Dan ta’ l-aħħar għandu jissemma fiċ-ċertifikat taħt ir-rubrika “dikjarazzjoni addizzjonali” bħala “misjub ħieles minn iżolati mhux Ewropej ta’ Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ‘t Veld sp. nov.”

1b.

Il-pjanti suxxettibbli li ddaħħlu u li jissemmew fil-punt 1a jistgħu biss ikunu mċaqilqa fil-Komunità jekk ikun hemm magħhom passaport ta’ pjanti imħejji u maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/105/KEE li jafferma l-ispezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1).

2.

Injam suxxettibbli li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika jista’ biss jiddaħħal fil-Komunità jekk ikollu miegħu iċ-ċertifikat imsemmi ►M1  l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE ◄ :

(a) li jgħid li dan joriģina minn zoni fejn iżolati mhux Ewropej ta’ l-organiżmu ta’ ħsara mhux magħruf li dehru. L-isem taż-żona għandu jissemma fiċ-ċertifikat taħt ir-rubrika “post ta’ oriġini”, jew

(b) li nħareġ wara verifika uffiċjali li l-injam kienet tneħħietlu l-qoxra u:

(i) li ngħata l-forma kwadra, b’mod li tilef totalment il-wiċċ tond, jew

(ii) li l-kontenut ta’ ilma fl-injam ma jaqbiżx l-20 % bħala perċentwal tal-materja niexfa, jew

(iii) li l-injam ġie diżinfettat permezz ta’ trattament xieraq ta’ arja sħuna jew misħun;

jew

(ċ) fil-każ ta’ njam isserrat b’residwu tal-qoxra fil-post, jew mingħajru, jekk hemm evidenza b’marka “Imnixxef f’kalkara”, “MK” jew xi marka oħra rikonoxxuta fuq livell internazzjonali mwaħħla fuq l-injam jew fuq l-imballaġġ tiegħu skond l-użanza kummerċjali attwali, li dan l-injam ġie mnixxef f’kalkara għal kontenut ta’ ndewwa inqas minn 20 %, espress f’perċentwal tal-materja niexfa, waqt il-manifattura tiegħu, miksub bi skeda xierqa ta’ ħin/temperatura.

▼M1

3.

Il-pjanti maħsuba għat-taħwil tal-Viburnum spp., il-Camellia spp. and u r-Rhododendron spp., għajr għar-Rhododendron simsii Planch, għajr għaż-żerriegħa, li jiroġinaw fil-Komunità jistgħu jiġu ►M2  iċċaqlaq fi ħdan il-Komunità ◄ biss jekk ikunu akkumpanjati b'passaport tal-pjanti u:

(a) il-pjanti joriġinaw f'żoni li fihom l-organiżmu ta ħsara huwa magħruf li ma jirrikorrix, jew

(b) ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal ta' l-organiżmu ta' ħsara fuq il-pjanti fil-post tal-produzzjoni mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni fuq spezzjonijiet uffiċjali, inklużi t-testijiet tal-laboratorju dwar kull sintomu ta' suspett, imwettqa għall-inqas darba fiż-żmenijiet approprjati meta l-pjanti jkunu qegħdin jikbru b'mod attiv ►M2   u, mill-1 ta' Mejju 2007 'l quddiem, imwettqa mill-inqas darbtejn tul l-istaġjun ta' tkabbir f'ħinijiet xierqa meta l-pjanti qegħdin fi tkabbir attiv; l-intensità ta' dawn l-ispezzjonijiet se jqisu s-sistema ta' produzzjoni partikolari tal-pjanti ◄ ; jew

▼M2

(ċ) f'każijiet fejn sinjali ta' organiżmu ta' ħsara nstabu fuq il-pjanti fil-post ta' produzzjoni, ġew implimentati proċeduri xierqa bit-tir li jeqirdu l-organiżmu ta' ħsara, li jikkonsisti mill-inqas f'dan li ġej:

(i) Qerda tal-pjanti infettati u l-pjanti kollha suxxetibbli fi ħdan raġġ ta' 2 m mill-pjanti infettati, li jinkludu l-materjal ta' tkabbir u l-frak tal-pjanti assoċjati,

(ii) għall-pjanti kollha suxxettibbli f'raġġ ta' 10 m mill-pjanti infettati, u kull pjanta li tibqa’ mil-lott affettwat:

— il-pjanti ġew miżmuma fuq il-post tal-produzzjoni,

— twettqu spezzjonijiet uffiċjali supplimentari mill-inqas darbtejn fit-tliet xhur wara li jkunu ġew meħuda l-miżuri ta' qerda meta l-pjanti jkunu għadhom fi tkabbir attiv, u

— filwaqt li matul dan il-perjodu taż-żmien ta' tliet xhur ma jkun twettaq l-ebda trattament li jista' joħnoq is-sintomi ta' l-organiżmu ta' ħsara,

— il-pjanti nstabu ħielsa mill-organiżmu ta' ħsara f'dawn l-ispezzjonijiet uffiċjali,

(iii) għall-pjanti l-oħra kollha suxxettibbli fil-post tal-produzzjoni, il-pjanti għaddew minn spezzjoni uffiċjali intensiva mill-ġdid wara s-sejba u nstabu ħielsa mill-organiżmu ta' ħsara f'dawn l-ispezzjonijiet,

(iv) ittieħdu miżuri fitosanitarji xierqa fuq iż-żona tat-tkabbir fi ħdan raġġ ta' 2 m mill-pjanti infettati.

▼M1

4.

Fil-każijiet meta jkunu nstabu sinjali ta' l-organiżmu ta' ħsara fuq kull pjanta f'postijiet fil-Komunità għajr għall-postijiet tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex għall-inqas iżommu fil-konfini tiegħu l-oganiżmu ta' ħsara. Dan jista' jinkludi li tiġi stabbilita ż-żona interessata li fiha għandhom jiġu implimentati l-miżuri.



( 1 ) ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

( 2 ) ĠU L 116, tat-3.5.2002, p. 16.

( 3 ) ĠU L 4 tat-8.1.1993, p. 22.

( 4 ) ĠU L 344, tal-26.11.1992, p. 38