32004D0059



Official Journal L 012 , 17/01/2004 P. 0051 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Diċembru 2003

dwar l-issoktar fis-sena 2004 ta’ provi u testijiet komparattivi Komunitarji fuq materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE mibdijin fl-2002

(2004/59/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar it-tqegħid fis-suq (marketing) ta’ mateerjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali [1],

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/898/KE tat-12 ta’ Diċembru 2001 li tiġbor l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi Komunitarji fuq materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 2001/898/KE tiġbor l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu taħt id-Direttiva 98/56/KE fir-rigward pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens mill-2002 sa l-2004.

(2) Provi u testijiet mwettqa fl-2002 u fl-2003 għandhom jissoktaw fl-2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Provi u testijiet komparattivi Komunitarji li bdew fl-2002 fuq materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens għandhom jissoktaw fl-2004 skond id-Deċiżjoni 2001/898/KE.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 226, tat-13.8.1998, p. 16. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).

[2] ĠU L 331, tal-15.12.2001, p. 101.

--------------------------------------------------