1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

250


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/866/PESK

tat-30 ta’ Novembru 2006

li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal- Missjoni ta' Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea (EUMM)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/921/PESK tal-25 ta’ Novembru 2002 li testendi l-mandat tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2005/808/PESK (2) li testendi l-mandat tas-Sinjura Maryse DAVIET bħala Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea (EUMM). Skond din id-Deċiżjoni, il-mandat tagħha jiskadi fl-31 ta’ Diċembru 2006.

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/867/PESK li testendi u temenda l-mandat tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewopea (EUMM) sal-31 ta' Diċembru 2007.

(3)

Il-mandat tal-Kap ta’ Missjoni ta’ l-EUMM għandu għalhekk jiġi estiż ukoll,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Maryse DAVIET bħala Kap ta’ Missjoni ta’ l-EUMM huwa b’dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

L. HYSSÄLÄ


(1)   ĠU L 321, 26.11.2002, p. 51. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar bl-Azzjoni Konġunta 2005/807/PESK (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 61).

(2)   ĠU L 303, 22.11.2005, p. 62.