Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/866/PESK tat- 30 ta’ Novembru 2006 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal- Missjoni ta' Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea (EUMM)
Official Journal L 335 , 01/12/2006 P. 0047 - 0047
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0250 - 0250
20061130 Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/866/PESK tat- 30 ta’ Novembru 2006 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal- Missjoni ta' Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea (EUMM) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/921/PESK tal- 25 ta’ Novembru 2002 li testendi l-mandat tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha, Billi: (1) Fil- 21 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2005/808/PESK [2] li testendi l-mandat tas-Sinjura Maryse DAVIET bħala Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea (EUMM). Skond din id-Deċiżjoni, il-mandat tagħha jiskadi fl- 31 ta’ Diċembru 2006. (2) Fit- 30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/867/PESK li testendi u temenda l-mandat tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ ta’ l-Unjoni Ewopea (EUMM) sal- 31 ta' Diċembru 2007. (3) Il-mandat tal-Kap ta’ Missjoni ta’ l-EUMM għandu għalhekk jiġi estiż ukoll, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-mandat tas-Sinjura Maryse DAVIET bħala Kap ta’ Missjoni ta’ l-EUMM huwa b’dan estiż sal- 31 ta' Diċembru 2007. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Novembru 2006. Għall-Kunsill Il-President L. Hyssälä [1] ĠU L 321, 26.11.2002, p. 51. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar bl-Azzjoni Konġunta 2005/807/PESK (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 61). [2] ĠU L 303, 22.11.2005, p. 62. --------------------------------------------------