IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.4.2023
COM(2023) 213 final
ANNESS
tal-
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)
ANNESS
L-Istati Membri tal-Unjoni li huma Membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni għandhom jappoġġaw l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin fl-istadju 7 tul l-Assemblea Ġenerali tal-OIV skedata għad-9 ta’ Ġunju 2023:
–OENO-SCMA 20-666: Analiżi multi elementali fl-inbid bl-użu tal-Ispettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-MS);
–OENO-SCMA 21-687: Validazzjoni tal-metodu ta’ assaġġ tal-aċidu sorbiku fl-inbejjed bl-użu tal-kromatografija likwida (OIV-OENO 06-2006);
–OENO-TECHNO 19-657: Trattament tal-inbid bl-użu ta’ teknoloġija tal-membrana akkoppjata b’adsorbiment fuq il-karbonju attivat jew polimeri oħra għall-użu enoloġiku biex jitnaqqsu l-fenoli volatili żejda;
–OENO-TECHNO 19-658: Ħall tal-inbid – Tneħħija tal-metall minn ħall matur b’reżini kelanti.