<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-432/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0432</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1045">EU:C:2019:1045</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20191204">4.12.2019</DATE> – Kawża C‑432/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20191204">4 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Regolamenti (KE) Nru 510/2006 u (UE) Nru 1151/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13(1)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 583/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Aceto Balsamico di Modena (IĠP)<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-komponenti mhux ġeografiċi ta’ din id-denominazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑432/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180702">2 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Balema GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis (Relatur), E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, kap ta’ unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190523">23 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena, minn A. Ringle u A. Rinkler, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Balema GmbH, minn C. Eggers u C. Böhler, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u U. Bartl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn G. Kanellopoulos kif ukoll minn A.‑E. Vasilopoulou u E.‑E. Krompa, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González u L. Aguilera Ruiz, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Eggers kif ukoll minn D. Bianchi, B. Hofstötter u I. Naglis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2009 tat-<DATE ISO="20090703">3 ta’ Lulju 2009</DATE> li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto Balsamico di Modena (IĠP)] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 175, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Consorzio<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), għaqda ta’ produtturi ta’ prodotti mmarkati bid-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Aceto Balsamico di Modena (IĠP)<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, u Balema GmbH dwar l-użu minn din tal-aħħar tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>balsamico<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> fuq it-tikketti tal-prodotti magħmulin mill-ħall li ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din l-indikazzjoni ġeografika protetta (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>IĠP<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335M" PAGE.FIRST="213" DATE.PUB="20081213">ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213</REF.DOC.OJ>) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-<DATE ISO="19920714">14 ta’ Lulju 1992</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4). Min-naħa tiegħu, huwa ġie mħassar u ssostitwit essenzjalment b’effett mit-<DATE ISO="20130103">3 ta’ Jannar 2013</DATE>, bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 510/2006, li l-kliem tiegħu rriproduċa dak tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2081/92 u li issa jinstab essenzjalment fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Nru 1151/2012, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>isem li sar ġeneriku<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser l-isem ta’ prodott agrikolu jew ta’ l-ikel illi, minkejja li huwa relatat mal-post jew mar-reġjun fejn dan il-prodott jew dan l-ikel ġie magħmul jew manufatturat oriġinarjament, dan l-isem ikun sar l-isem komuni ta’ prodott agrikolu jew ta’ prodott ta’ l-ikel.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 510/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Oġġezzjoni/deċiżjoni dwar reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, kien jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, kif ukoll fl-ewwel, it-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [tad-dokument uniku u tar-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet], kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz jista’ joġġezzjona għar-reġistrazzjoni proposta billi jippreżenta dikjarazzjoni debitament sostanzjata lill-Kummissjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk oġġezzjoni hija ammissibbli […], il-Kummissjoni għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jimpenjaw ruħhom f’konsultazzjonijiet xierqa.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura [fl-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124)], filwaqt li tikkunsidra trattament ġust u tradizzjonali u l-possibbiltà eżistenti ta’ konfużjoni.</ALINEA><ALINEA>Id-deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet ġew riprodotti, rispettivament, fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(3), fl-Artikolu 52(3)(b) u fl-Artikolu 52(4) tar-Regolament Nru 1151/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament Nru 510/2006, li l-kliem tiegħu jirriproduċi mingħajr tibdil fis-sustanza l-kliem tal-Artikolu 13(1) u (3) tar-Regolament Nru 2081/1992, u li issa jinstab fl-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament Nru 1151/2012, kien jindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ismijiet irreġistrati għandhom jkunu protetti kontra:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta’ isem reġistrat fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex koperti mir-reġistrazzjoni safejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti reġistrati taħt dak l-isem jew safejn l-użu ta’ l-isem jisfrutta r-reputazzjoni ta’ l-isem protett;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, ukoll jekk l-oriġini vera tal-prodott hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>stil<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tip<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>metodu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kif prodott fi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>imitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew simili;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-ippakkjar minn ġewwa jew minn barra, il-materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott konċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’konteni li x’aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kwalunkwe prattika oħra li x’aktarx tqarraq lill-konsumatur fir-rigward ta’ l-oriġini vera tal-prodott.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fejn isem reġistrat ikun fih l-isem ta’ prodott agrikolu jew oġġett ta’ l-ikel li huwa kkunsidrat ġeneriku, l-użu ta’ dak l-isem ġeneriku fuq il-prodott agrikolu jew l-oġġett ta’ l-ikel xieraq m’għandux ikun ikkunsidrat li huwa kuntrarju għall-punti (a) jew (b) fl-ewwel subparagrafu.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ismijiet protetti ma jistgħux isiru ġeneriċi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 583/2009</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessi tiegħu, ir-Regolament Nru 583/2009 ġie adottat abbażi tar-Regolament Nru 510/2006, b’mod partikolari tat-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(5) ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 2 sa 5, 7, 8 u 10 sa 12 tar-Regolament Nru 583/2009 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Ġermanja, il-Greċja u Franza ddikjaraw rwieħhom kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) [Nru 510/2006]. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni tal-Ġermanja kienet dovuta l-aktar minħabba l-biża’ li r-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ma tirriflettix il-fatt li hemm prodotti oħra li ilhom fis-suq legalment għal talanqas ħames snin u li nbigħu bid-denominazzjonijiet Balsamessig/Aceto balsamico, kif ukoll skont il-karattru ġeneriku tagħhom marbut ma’ dawn id-denominazzjonijiet. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>L-oġġezzjoni ta’ Franza tirrigwarda b’mod partikolari l-fatt li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ma għandhiex reputazzjoni għaliha nnifisha, differenti minn dik tal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Aceto balsamico tradizionale di Modena<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li diġà ġiet reġistrata bħala denominazzjoni tal-oriġini protetta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 813/2000 [,as-<DATE ISO="20000417">17 ta’ April 2000</DATE> li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjoni ta’ l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 20]. Skont Franza, il-konsumaturi setgħu jitqarrqu fir-rigward tan-natura u l-oriġini ta’ dan il-prodott.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-Greċja saħqet fuq l-importanza tal-produzzjoni tal-ħall balsamiku fuq it-territorju tagħha, li jinbiegħ taħt l-ismijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>balsamico<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>balsamon<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u l-impatt żvantaġġuż, li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jkollha fuq dawn il-prodotti li ilhom fis-suq legalment għal talanqas ħames snin. Il-Greċja ssostni wkoll li l-ismijiiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>aceto balsamico<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>balsamiku<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> eċċ huma ġeneriċi.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Peress li l-ebda qbil ma ntlaħaq bejn Franza, il-Ġermanja u l-Greċja u l-Italja fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni jkollha tadotta deċiżjoni […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni talbet għall-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-ismijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ċ-ċertifikati tal-ispeċifiċità […] biex dan jivverifika jekk ġewx sodisfatti l-kundizzonijiet għar-reġistrazzjoni. Fl-opinjoni unanima tiegħu tas-<DATE ISO="20060306">6 ta’ Marzu 2006</DATE>, il-Kumitat qies li d-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> għandha reputazzjoni indiskutibbli fis-suq nazzjonali, kif ukoll internazzjonali, u li l-bosta riċetti tat-tisjir f’ħafna Stati Membri, il-preżenza mifruxa tagħha fuq l-Internet u fl-istampa jew fil-midja huma xhieda tal-utilizzazzjoni frekwenti tagħha. L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jissodisfa wkoll ir-rekwiżit inerenti ta’ reputazzjoni speċifika għal prodott li jikkorrispondi għal din id-denominazzjoni. Il-Kumitat jinnota l-koeżistenza ta’ dawn il-prodotti fis-swieq għal mijiet ta’ snin. Bl-istess mod il-Kumitat iddeċieda li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Aceto balsamico tradizionale di Modena<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> huma prodotti differenti minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-klijentela li jattiraw, l-użu tagħhom, u l-mod ta’ distribuzzjoni tagħhom kif ukoll il-preżentazzjoni u l-prezz tagħħhom, u b’dan il-mod it-trattament ugwali tal-produtturi konċernati tagħhom huwa żgurat u ma jagħtux lok għal ingann tal-konsumatur. Il-Kummissjoni tikkonferma dawn il-kunsiderazzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Jidher li l-Ġermanja u l-Greċja, fl-oġġezzjonijiet tagħhom dwar il-karattru ġeneriku tal-isem propost għar-reġistrazzjoni, ma qisux d-denominazzjoni msemmija kollha kemm hi, jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, iżda biss biss partijiet minnha, jiġifieri t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>aceto<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>,<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>balsamico<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>aceto balsamico<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jew it-traduzzjonijiet tagħhom. Madankollu, il-protezzjoni hija kkonferita fuq id-denominazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. It-termini individwali mhux ġeografiċi tad-denominazzjoni komposta, ukoll jekk jintużaw flimkien, kif ukoll it-traduzzjoni tagħhom, jistgħu jiġu utilizzati fit-territorju [tal-Unjoni] skont il-prinċipji u r-regoli applikabbli tal-liġi [tal-Unjoni].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għalhekk għandha tiddaħħal fir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Reġistru ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 583/2009 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[i]d-denominazzjoni li tinsab fl-Anness I ta’ dan [tal-aħħar] hija b’dan irreġistrata<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Dan l-anness jindika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Aceto Balsamico di Modena (IĠP)<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Balema tipproduċi u tikkummerċjalizza prodotti abbażi tal-ħall magħmul minn inbejjed ta’ Baden (il-Ġermanja) li ilha tiddistribwixxi tal-inqas għal dawn l-aħħar 25 sena. Fuq it-tikketti ta’ dawn il-prodotti hemm indikat b’mod partikolari l-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Balsamico<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Deutscher balsamico<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li huma inklużi fil-frażijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Theo der Essigbrauer, Holzfassreifung, Deutscher balsamico traditionell, naturtrüb aus badischen Weinen<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> (Theo dak li jagħmel il-ħall, maturazzjoni fil-btieti tal-injam, balzmu Ġermaniż tradizzjonali, mhux iffiltrat magħmul minn inbejjed ta’ Baden) jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>1. Deutsches Essig-Brauhaus, Premium, 1868, Balsamico, Rezeptur No. 3<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (l-Ewwel Produttur Ġermaniż tal-ħall, Premium, 1868, Balzmu, Riċetta Nru 3) li jitwaħħlu fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Consorzio, billi qies li l-użu minn Balema tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Balsamico<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> kien ta’ ħsara għall-IĠP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, bagħtitilha ittra ta’ intimazzjoni. B’risposta għal dan, din il-kumpannija fetħet kawża quddiem il-qrati Ġermaniżi bil-ħsieb li jiġi kkonstatat li ma hijiex obbligata ma tużax din il-kelma għal prodotti magħmula mill-ħall prodotti fil-Ġermanja, fil-forma ta’ tikketti msemmija fil-punt preċedenti. Billi dik il-kawża ġiet miċħuda fl-ewwel istanza, l-imsemmija kumpannija appellat minnha, liema appell intlaqa’ b’mod partikolari peress li dan l-użu ma kienx imur kontra l-Artikolu 13(1)(1)(b) tar-Regolament Nru 1151/2012, billi l-protezzjoni mogħtija lil din l-IĠP mir-Regolament Nru 583/2009 kienet tkopri biss lid-denominazzjoni globali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Adita mill-Consorzio b’rikors għal <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT> kontra din id-deċiżjoni, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) tqis li s-suċċess ta’ dan ir-rikors jiddependi fuq il-punt dwar jekk l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Balsamico<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jew tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Deutscher balsamico<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> jiksirx l-Artikolu 13(1)(1)(a) jew (b) tar-Regolament Nru 1151/2012, fatt li jimplika li għandu qabelxejn jiġi ddeterminat jekk il-protezzjoni tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> mogħtija mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 583/2009 tikkonċernax biss lil din id-denominazzjoni globali jew inkella tkoprix ukoll l-użu tal-kelmiet individwali mhux ġeografiċi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1151/2012 u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-protezzjoni ta’ denominazzjoni komposta minn diversi kelmiet, irreġistrata bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika, tista’ tkopri l-kelmiet differenti li jikkomponuha. Madankollu, il-portata tal-protezzjoni ta’ IĠP komposta minn diversi elementi setgħet tiġi validament ristretta mill-att li jirreġistra d-denominazzjoni kkonċernata.<?PAGE NO="6"?> Din il-qorti tqis ukoll li ż-żieda mill-Kummissjoni ta’ rimarki, fil-premessi tar-regolamenti li jirreġistraw id-denominazzjonijiet protetti, li jillimitaw il-portata tal-protezzjoni ma tikkostitwixxix deroga illegali mir-Regolament Nru 1151/2012, peress li l-Kummissjoni kienet awtorizzata, skont dan tal-aħħar, li tadotta deċiżjoni fuq ir-reġistrazzjoni meta tkun tqajmet oppożizzjoni u ma jkunx intlaħaq ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, fil-kawża odjerna tħaddan l-opinjoni li l-premessi 3, 5 u 10 tar-Regolament Nru 583/2009 jimmilitaw favur restrizzjoni tal-portata tal-protezzjoni lid-denominazzjoni globali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, li teskludi l-komponenti differenti mhux ġeografiċi. Barra minn hekk, għalkemm huwa veru li, għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>DOP<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Aceto balsamico tradizionale di Modena<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, irreġistrati permezz tar-Regolament Nru 813/2000, il-legalità tal-użu liberu tal-komponenti mhux ġeografiċi ta’ dawn id-denominazzjonijiet globali kellha, fl-assenza ta’ xi istruzzjoni f’dan ir-rigward fir-Regolament li jirreġistra lil dawn tal-aħħar, tiġi eżaminata każ b’każ fid-dawl tal-Artikolu 13(1)(1)(b) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1151/2012, madankollu ma huwiex kontradittorju, fir-rigward tal-IĠP inkwistjoni quddiemha, li jiġi ammess li saret restrizzjoni għall-protezzjoni ta’ din tal-aħħar permezz tar-Regolament Nru 583/2009, peress li l-assenza ta’ preċiżjoni f’dan is-sens fir-Regolament li jirreġsitra dawn id-DOP tista’ tirriżulta sempliċement mill-assenza ta’ oġġezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Il-protezzjoni tad-denominazjoni globali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tkopri l-użu tat-termini individwali mhux ġeografiċi li jikkostitwixxu tali denominazzjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>Aceto<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>Balsamico<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>Aceto Balsamico<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>)?<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara li qara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, il-Consorzio, permezz tal-ittra tas-<DATE ISO="20190807">7 ta’ Awwissu 2019</DATE>, talab li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. Insostenn tat-talba tiegħu, il-Consorzio essenzjalment isostni li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma bbażati fuq elementi ġodda li għadhom ma ġewx diskussi bejn il-partijiet, marbuta mar-reġistrazzjoni tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>Aceto balsamico tradizionale di Modena<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> kif ukoll mal-fatt li jistgħu jkunu inkwistjoni kliem komuni, u li r-risposta proposta ma tindirizzax il-problema vera tal-kawża u lanqas ma tippermetti lill-qorti tar-rinviju li ssolvi b’mod utli l-kawża pendenti quddiemha. Minn dawn il-konklużjonijiet jirriżulta wkoll li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex informazzjoni suffiċjenti sabiex tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ jew il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-kawża odjerna, dan ma huwiex il-każ. Fil-fatt, minbarra li ma ġietx allegata l-eżistenza ta’ fatt ġdid, il-Consorzio u l-partijiet ikkonċernati l-oħra li pparteċipaw fil-kawża odjerna setgħu jesponu, kemm matul il-fażi bil-miktub kif ukoll fil-fażi orali tagħha, l-argumenti fattwali u legali li huma kienu jqisu li huma rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula. F’dan ir-rigward, jeħtieġ jiġi rrilevat, b’mod partikolari, inkonnessjoni ma’ elementi allegatament ġodda li jagħmel riferiment għalihom il-Consorzio, li l-ewwel wieħed ġie indirizzat espressament mill-qorti tar-rinviju fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari u li t-tieni wieħed ġie invokat b’mod partikolari mill-Kummissjoni<?PAGE NO="7"?> fl-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub u kien is-suġġett ta’ mistoqsija bil-miktub magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-partijiet li kellhom iwieġbu għaliha waqt is-seduta. B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, ġaladarba nstema’ l-Avukat Ġenerali, li hija għandha f’idejha l-elementi kollha neċessarji sabiex tagħti deċiżjoni u li l-kawża ma kellhiex tiġi deċiża abbażi ta’ fatt ġdid jew ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-partijiet jew il-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-istanzi ta’ kritika avvanzata kontra l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, jeħtieġ jitfakkar, minn naħa, li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jipprovdux għall-possibbiltà li l-partijiet ikkonċernati jippreżentaw osservazzjonijiet b’risposta għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polbud – Wykonawstwo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:804">EU:C:2017:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mitsubishi Shoji Kaisha u Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:594">EU:C:2018:594</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu r-rwol li jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta bil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas bir-raġunijiet li fl-aħħar tagħhom huwa jasal għalihom. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ parti kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu xi jkunu d-domandi li huwa jeżamina fihom, fih innifsu ma jistax jikkostitwixxi raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polbud– Wykonawstwo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:804">EU:C:2017:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mitsubishi Shoji Kaisha u Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:594">EU:C:2018:594</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 583/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> tkopri l-użu tal-kelmiet individwali mhux ġeografiċi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 583/2009, moqri flimkien mal-premessa 11 u l-Anness I ta’ dan tal-aħħar, id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>Aceto Balsamico di Modena (IĠP)<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> hija rreġistrata u inserita fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. B’hekk, skont il-kliem ta’ dan l-Artikolu 1, hija d-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> fl-intier tagħha li hija rreġistrata u, konsegwentement, protetta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fis-sistema ta’ protezzjoni maħluqa mir-Regolament Nru 2081/92, li ġiet riprodotta fir-Regolament Nru 510/2006 u li hija issa prevista mir-Regolament Nru 1151/2012, il-kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni li għandha tingħata lill-partijiet kostitwenti differenti ta’ denominazzjoni rreġistrata jaqgħu taħt evalwazzjoni li hija l-kompetenza tal-qorti nazzjonali li tagħmel, abbażi ta’ analiżi ddettaljata tal-kuntest fattwali ppreżentat quddiemha mill-partijiet interessati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980609">9 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Chiciak u Fol</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/97 u C‑130/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:274">EU:C:1998:274</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080226">26 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:117">EU:C:2008:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, fir-rigward ta’ denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>komposta<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> irreġistrata skont ir-Regolament Nru 2081/92, il-fatt li għal din tal-aħħar ma teżisti l-ebda indikazzjoni, fil-forma ta’ riferiment fil-qiegħ tal-paġna fir-regolament li jirreġistraha, li tispeċifika li t-talba għar-reġistrazzjoni ma saritx għal waħda mill-partijiet ta’ din id-denominazzjoni, ma jimplikax<?PAGE NO="8"?> neċessarjament li kull waħda mill-partijiet tagħha hija protetta. Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, fil-fatt, anki jekk jista’ jirriżulta li huwa minnu li mill-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 2081/92 jirriżulta li, fl-assenza ta’ ċirkustanzi speċifiċi li jindikaw is-sens kuntrarju, il-protezzjoni mogħtija minn din id-dispożizzjoni tkopri mhux biss id-denominazzjoni komposta bħala tali, iżda wkoll kull waħda mill-partijiet kostitwenti tagħha, dan huwa minnu biss jekk din il-parti kostitwenti la tkun kelma ġenerika u lanqas komuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980609">9 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Chiciak u Fol</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/97 u C‑130/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:274">EU:C:1998:274</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li s-sistema ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel li kienet inkluża fir-Regolament Nru 2081/92 ġiet, inkonnessjoni mal-protezzjoni ta’ dawn id-denominazzjonijiet, riprodotta, mingħajr tibdil fis-sustanza, fir-Regolament Nru 510/2006 mbagħad fir-Regolament Nru 1151/2012 u billi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dan l-regolament ġew riprodotti, ukoll mingħajr tibdil fis-sustanza, fl-Artikolu 13 ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti suċċessivi, hemm lok li jiġi kkonstatat li din il-ġurisprudenza tibqa’ rilevanti u li għaldaqstant tapplika għad-denominazzjonijiet komposti, bħall-IĠP inkwistjoni, irreġistrati skont ir-Regolament Nru 510/2006 u issa protetti mir-Regolament Nru 1151/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, miċ-ċirkustanzi speċifiċi marbuta mar-reġistrazzjoni, mir-Regolament Nru 583/2009, tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> jirriżulta li l-protezzjoni mogħtija lil din id-denominazzjoni ma tistax tkopri l-kelmiet individwali mhux ġeografiċi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dispożittiv ta’ att huwa indiviżibbli mill-motivazzjoni tiegħu, u għandu jiġi interpretat, jekk hemm bżonn, fid-dawl tal-motivi li wasslu għall-adozzjoni tiegħu (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000627">27 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:345">EU:C:2000:345</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:244">EU:C:2004:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kawża odjerna, mill-premessa 8 tar-Regolament Nru 583/2009 jirriżulta li hija d-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> li għandha reputazzjoni indiskutibbli fis-suq nazzjonali kif ukoll fis-swieq esterni u li għaldaqstant hija din id-denominazzjoni komposta bħala tali li tissodisfa l-kundizzjoni marbuta ma’ reputazzjoni speċifika tal-prodott li jikkorrispondi għal din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-oġġezzjonijiet ifformulati kontra r-reġistrazzjoni tal-imsemmija denominazzjoni mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika Ellenika, fil-premessa 10 ta’ dan ir-regolament, hemm irrilevat li dawn l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>ma qisux d-denominazzjoni msemmija kollha kemm hi, jiġifieri l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="2019" ID="QE0067"/>, iżda biss biss partijiet minnha, jiġifieri t-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>aceto<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="2019" ID="QE0068"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>balsamico<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="2019" ID="QE0069"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>aceto balsamico<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="2019" ID="QE0070"/>, jew it-traduzzjonijiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>; li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>[m]adankollu, il-protezzjoni hija kkonferita fuq id-denominazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="2019" ID="QE0072"/><QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>t-termini individwali mhux ġeografiċi tad-denominazzjoni komposta, ukoll jekk jintużaw flimkien, kif ukoll it-traduzzjoni tagħhom, jistgħu jiġu utilizzati fit-territorju [tal-Unjoni] skont il-prinċipji u r-regoli applikabbli tal-liġi [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-premessa 11 tal-imsemmi regolament, huwa indikat li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>[f]id-dawl ta’ dawn l-elementi, id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="2019" ID="QE0075"/> għalhekk għandha tiddaħħal fir-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>Reġistru ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="2019" ID="QE0076"/><QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant jirriżulta b’mod inekwivoku mill-premessi tar-Regolament Nru 583/2009 li l-kelmiet mhux ġeografiċi tal-IĠP inkwistjoni, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>aceto<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>balsamico<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, kif ukoll l-kombinazzjoni tagħhom u t-traduzzjonijiet tagħhom ma jistgħux jibbenefikaw mill-protezzjoni li kienet mogħtija mir-Regolament Nru 510/2006 u li hija issa żgurata mir-Regolament Nru 1151/2012 lill-IĠP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn naħa, huwa stabbilit li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>aceto<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> hija kelma komuni, kif diġà ġie kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811209">9 ta’ Diċembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>193/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:298">EU:C:1981:298</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa l-oħra, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>balsamico<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> hija t-traduzzjoni, bit-Taljan, tal-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>balzmu<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, li ma għandha l-ebda konnotazzjoni ġeografika u li, inkonnessjoni mal-ħall, tintuża komunement sabiex isir riferiment għal ħall li għandu togħma ħelwa u qarsa. Għaldaqstant din hija wkoll kelma komuni fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 26 tas-sentenza odjerna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-aħħar, kif irrileva essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punti 57 u 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-interpretazzjoni tal-portata tal-protezzjoni mogħtija lill-IĠP inkwistjoni tapplika fid-dawl tar-reġistrazzjonijiet tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>Aceto balsamico tradizionale di Modena<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>Aceto balsamico tradizionale di Reggio Emilia<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>, li barra minn hekk, kif jindikaw il-premessi tar-Regolament Nru 583/2009, ukoll ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni waqt l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar. Fil-fatt, l-użu fit-test ta’ dawn id-DOP tal-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>aceto<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>balsamico<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> kif ukoll l-użu tal-kominbazzjoni tagħhom u tat-traduzzjonijiet tagħhom ma jistgħux jistqiesu bħala li jistgħu jirrekaw ħsara lill-protezzjoni mogħtija lill-IĠP inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonjiet preċedenti kollha, jeħtieġ tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 583/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> ma tkoprix l-użu tal-kelmiet individwali mhux ġeografiċi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2009 tat-<DATE ISO="20090703">3 ta’ Lulju 2009</DATE> li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto Balsamico di Modena (IĠP)], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tad-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>Aceto Balsamico di Modena<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> ma tkoprix l-użu tal-kelmiet individwali mhux ġeografiċi ta’ din tal-aħħar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>