|
29.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/103 |
P9_TA(2019)0096
Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2019 li teleġi l-Ombudsman Ewropew (2019/2042(INS))
(2021/C 255/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-vot tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019, |
|
1. |
Jeleġi lil Emily O'REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura; |
|
2. |
Jitlob lil Emily O'REILLY biex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-18 ta’ Diċembru 2019
li taħtar l-Ombudsman Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman (1),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
Wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2),
Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019,
IDDEĊIEDA:
li jeleġi lil Emily O'REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura.
Magħmula fi Strasburgu, fit-18 ta' Diċembru 2019
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI