|
8.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 213/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2008
dwar il-ħatra ta’ membru Finlandiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2008/647/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Finlandiż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar battal wara r-riżenja tas-Sur Eero LEHTI,
IDDEĊIEDA LI:
Artikolu 1
Is-Sur Thomas PALMGREN, Rappreżentant għall-Affarijiet Internazzjonali, Suomen Yrittäjät (Federazzjoni ta’ l-Intrapriżi Finlandiżi), hu maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 342). Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).