|
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 190/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Marzu 2007
dwar il-miżura implimentata mill-Ġermanja favur il-Bavaria Film GmbH – C 51/03 (eks NN 57/03)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1170)
(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/515/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 88(2),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 62(1)(a),
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (1) u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Wara lmenti dwar għajnuniet allegatament mogħtija lill-Bavaria Film GmbH. (minn hawn ‘il quddiem “BAV”) fit-23 ta’ Lulju 2003 il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali. Il-Ġermanja adottat l-opinjoni tagħha fl-20 t’ Ottubru 2003; il-kompetituri u partijiet interessati oħra ma tawx l-opinjoni tagħhom. Fit-3 ta’ Mejju 2005 il-Kummissjoni talbet informazzjoni, li l-Ġermanja tat bil-miktub fl-1 ta’ Lulju 2005. Wara laqgħa li saret fit-12 t’ Ottubru 2005 il-Ġermanja tat aktar informazzjoni fid-9 ta’ Novembru u fil-21 ta’ Novembru 2006. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA ORIĠINALI
2.1. Introduzzjoni
|
(2) |
Fl-1999 fuq art tal-BAV beda xogħol ta’ bini ta’ studju tal-films (minn hawn ‘il quddiem studju) mill-aktar avvanzat. Fuq din l-art hemm il-kwartieri tal-BAV, il-Filmstadt Geiselgasteig fi Freistaat ġol-Bavarja. Il-BAV hija intrapriża tal-produzzjoni tal-films skond id-dritt privat (2). |
2.2. L-Investitur – il-kumpanija bi skop speċjali BFH
|
(3) |
L-investiment imsemmi hawn fuq sar minn kumpanija bi skop speċjali, il-Bayerische Filmhallen GmbH. (minn hawn ‘il quddiem “BFH” ). |
|
(4) |
Il-kapital irreġistrat tal-BFH jammonta għal EUR 50 000, li fih hemm involut il-bank LfA tal-Bavarja (minn hawn ‘il quddiem “LfA”) b’49 %, il-persuna privata Lothar Wedel (3) b’sehem fiduċjarju ta’ 21 % u l-BAV b’sehem ta’ 30 %. Il-valur nominali tal-kapital miżmum mill-BAV jammonta għalhekk għal EUR 15 000. L-ishma tal-LfA u tal-BAV ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-kontributi rispettivi tagħhom għall-kostituzzjoni tal-BFH. |
2.3. Il-kundizzjonijiet tal-finanzjament
|
(5) |
Barra mill-kapital investit l-LfA tat lill-BFH sussidju ta’ mhux aktar minn EUR 3.8 miljun kif ukoll kreditu ta’ finanzjament intermedju (li aktar tard kellu jinbidel f’sussidju) ta’ 3.1 miljun EUR (4). Is-6.9 miljun EUR flimkien kienu destinati għall-iffinanzjar ta’ l-ispejjeż kollha għall-bini ta’ l-istudju tal-films il-ġdid. |
|
(6) |
Barra l-kapital investit ta’ EUR 15 000 il-BAV tat lill-BFH aċċess biex tuża l-istudju bla ħlas għal 25 sena. Wara li jgħaddu l-25 sena l-bini l-ġdid tal-BFH bit-tagħmir li fih b’kollox isir minnufih proprjetà tal-BAV. |
|
(7) |
Il-BAV tamministra s-sit tal-produzzjoni għall-BFH. Skond il-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju id-dħul mill-kera ta’ l-istudju ġie kkalkolat fl-ewwel tliet snin minn Ottubru 1999 sa Ottubru 2002 kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
Il-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju jipprovdi, li wara t-tliet snin mill-fażi tal-bidu tal-BFH, għalhekk fil-bidu tar-raba’ sena f’Ottubru 2002, id-dħul mill-kera ta’ l-istudju l-ġdid wara t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż għat-tiswija, manutenzjoni, assigurazzjoni u kummerċjalizzazzjoni jitqassam bejn l-azzjonisti skond l-investiment rispettiv tagħhom fil-BFH (6). Tabella nru 2 turi d-dħul attwali mill-kera ta’ l-istudju l-ġdid mill-2002 sa l-2005 u t-tqassim tiegħu: Tabella nru 2 Dħul u Ħlasijiet 2002-2005
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-PROĊEDURA TAL-BIDU
|
(9) |
Fil-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni kienet tal-fehma, li meqjusa l-kundizzjonijiet, li bihom dawk involuti investew fil-BFH, l-investiment tal-LfA skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE kien ekwivalenti għal għajnuna finanzjarja, u l-Kummissjoni kellha dubju dwar il-kompatibbiltà tal-finanzjament mas-suq komuni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk l-involviment tal-LfA fil-BFH kienx kompatibbli mal-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq, peress li l-BAV u l-LfA ma investewx fil-BFH taħt l-istess kundizzjonijiet. Fil-fatt l-LfA għandha sehem ta’ 70 % mill-kapital irreġistrat tal-BHF għal investiment ta’ 6.9 miljun EUR u l-qligħ mill-ishma tal-BFH, filwaqt li l-BAV għandha sehem ta’ 30 % għal EUR 15 000 u l-25 sena li matulhom għandha d-dritt għall-użu ta’ l-art, li l-valur tagħha ġie stmat madwar EUR 3 miljun. |
|
(10) |
Fid-deċiżjoni tagħha sabiex tibda l-proċedura l-Kummissjoni argumentat li l-LfA hija bank nazzjonali u l-investiment iffinanzjat minnha li gej minn mezzi nazzjonali possibbilment jirrappreżenta għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni, li l-benefiċjarju finali tagħha huwa l-BAV. |
4. L-OPINJONI TAL-ĠERMANJA
|
(11) |
Bażikament il-Ġermanja hija ta’ l-opinjoni, li l-ebda għajnuna m’hija disponibbli, għax din hija kwistjoni ta’ investiment infrastrutturali u l-ebda intrapriża partikolari m’għandha vantaġġ. Jekk madankollu hemm xi element ta’ għajnuna, fl-opinjoni tal-Ġermanja din taqa’ taħt dik li tissejjaħ l-eċċezzjoni kulturali ta’ l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat KE. |
|
(12) |
L-istudju jinkera għall-produzzjoni tal-films. Skond il-Ġermanja għall-kiri ta’ l-istudju l-istess kundizzjonijiet japplikaw għall-kerrejja kollha, għalhekk anki għall-BAV u għall-kumpaniji rispettivi tagħha. Dan ġie wkoll stabbilit fil-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju, li jirregola l-amministrazzjoni tal-bini u l-ġestjoni ta’ l-istudju mill-BAV. B’hekk il-BAV skond il-Ġermanja ma tieħu l-ebda trattament preferenzjali. |
|
(13) |
Il-Ġermanja ppreżentat lista tal-films prodotti fl-istudju, li minnha rriżulta li aktar minn żewġ terzi ta’ dawn il-films ġew prodotti minn intrapriżi, li m’għandhom l-ebda relazzjoni mal-BAV (7). |
|
(14) |
Bħala prova li la l-BAV u l-ebda utenti oħra tas-sit tal-produzzjoni ma kellhom l-ebda preferenza, fl-2005 l-Ġermanja ppreżentat lista tal-prezzijiet tal-kera ta’ 25 studju tal-films (li l-kobor tagħhom huwa ta’ bejn 748 m2 u 4 225 m2) fost l-oħrajn fil-Ġermanja, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fil-Bulgarija, fir-Renju Unit u fl-Italja. Il-prezzijiet tal-kera varjaw bejn EUR 0.27/m2 (fl-Italja) u EUR 4.34/m2 (fir-Renju Unit). Fl-2005 il-prezz tal-kera għall-istudju l-ġdid tal-BFH li huwa kbir 3 060 m2 kien ta’ EUR 1.02/m2. Dan il-prezz kellhom iħallsuh l-utenti kollha ta’ l-istudju, anki l-BAV. |
5. L-IŻVILUPPI MATUL IL-PROĊEDURA
|
(15) |
Sabiex tneħħi kull dubju, li seta’ kien hemm xi għajnuniet, u biex tagħti lill-proċess xejra aktar trasparenti, wara l-introduzzjoni tal-proċedura l-Ġermanja pproponiet il-bidla li ġejja (minn hawn, ‘il quddiem imsejħa “l-istrateġija l-ġdida”):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. L-EVALWAZZJONI
|
(16) |
Il-miżura oriġinali li qed tiġi kkunsidrata kien l-investiment tal-LfA ta’ mhux aktar minn EUR 6,9 miljun fl-istudju l-ġdid u l-interess tagħha fil-BFH. |
|
(17) |
Kif stabbilit fid-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċedura, dan il-proċess għal raġunijiet li ġejjin jista’ jkun jittratta għajnuna nazzjonali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE favur il-BAV:
|
6.1. L-eżistenza ta’ għajnuna – l-impatt ta’ l-istrateġija l-ġdida
6.1.1. Fil-ġejjieni
|
(18) |
Il-Ġermanja ħejjiet il-bidliet kollha għall-applikazzjoni ta’ l-istrateġija ġdida, warrbet l-elementi kollha bikrija u futuri li kienu possibbli u kkommettiet ruħha, sabiex tapplika l-istrateġija, hekk kif id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun ittieħdet. |
|
(19) |
L-LfA se tixtri l-ishma ta’ 30 % tal-BAV għall-prezz ta’ EUR 15 000. Dan il-prezz kien iprovdut fil-Ftehim li permezz tiegħu l-BFH ġiet kostitwita u jikkorrispondi eżatt mal-prezz, li l-Bavarja kienet oriġinarjament tħallas għall-ishma tagħha. Għall-bejgħ ta’ l-ishma tagħha fil-BFH m’huwa se jingħata l-ebda vantaġġ lill-BAV, li jista’ jitqies bħala għajnuna. L-LfA se jkollha 100 % ta’ l-ishma u konsegwentement se jkollha 100 % tad-dħul tal-BFH. |
|
(20) |
Fil-ġejjieni l-BAV se titlob lill-BFH tħallas prezz fis-sena għall-ispejjeż tal-ġestjoni tan-negozju skond “in-nefqa attwali”. Skond l-informazzjoni li tat il-Ġermanja f’Novembru 2006, l-ispejjeż annwali fl-2006 jammontaw għal EUR 106 405. L-ispejjeż attwali se jiġu kkalkolati u fatturati kull sena u verifikati minn espert indipendenti. Se jkun żgurat, li l-BAV titħallas biss għall-servizzi attwalment mogħtija, biex b’hekk titneħħa l-possibbiltà li jingħata kumpens żejjed. B’hekk ma jinħoloq l-ebda vantaġġ għall-BAV fil-forma ta’ ħlas ta’ kumpens eċċessiv għall-amministrazzjoni, li tkun ekwivalenti għal għajnuna finanzjarja. |
|
(21) |
Sa l-2024, il-BFH tħallas lill-BAV għall-kiri ta’ l-art. Dan jammonta għal 5 % tal-valur ta’ l-art stmat minn konsulent indipendenti (9). F’dan ir-rigward din tista’ titqies bħala n-nefqa tal-kiri, u li tiggarantixxi lill-BAV dħul xieraq għall-art tagħha. Madankollu l-BFH mhux se tħallas il-kera fix-xahar f’kontanti, iżda l-ħlas għall-użu flimkien ma’ l-interessi se jkunu differiti (10). Se jiġi żgurat li l-BAV se titħallas biss għall-użu ta’ l-art, biex b’hekk titneħħa l-possibbiltà ta’ kumpens żejjed. |
|
(22) |
Fl-2024, wara li jgħaddu l-25 sena, il-valur tas-suq ta’ l-istudju l-ġdid se jiġi stmat minn konsulent indipendenti u l-BAV tista’ takkwista l-istudju l-ġdid mill-BFH għal dan il-prezz u jekk ikun meħtieġ tħallas dan mid-domanda għall-kiri flimkien ma’ l-interessi Jekk il-valur tas-suq ta’ l-art fl-2024 jaqbeż id-domanda fir-rigward tal-BAV, il-BAV tħallas id-differenza. Konsegwentement mhux possibbli li l-BAV tibbenefika minn xi vantaġġ bil-ksib ta’ l-istudju (11). B’hekk huwa stabbilit li l-istrateġija ġdida tiggarantixxi li fil-ġejjieni l-BAV ma tingħata l-ebda vantaġġ mill-operazzjoni ta’ l-istudju ġdid fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE u konsegwentement mhux possibbli li fil-ġejjieni tista’ tingħata xi għajnuna nazzjonali favur il-BAV. Il-BAV se tirrinunzja għall-sehemha ta’ mhux aktar minn 30 % u se titlob ħlas mill-BFH ta’ l-ispejjeż attwali għall-ġestjoni ta’ l-istudju ġdid u għall-kiri tal-bini. Wara 25 sena l-BAV se jkollha tħallas prezz relevanti għall-kundizzjonijiet tas-suq għall-ksib tas-sit tal-produzzjoni. Oriġinarjament kien ġie pprovdut, li wara li jgħaddu l-25 sena l-BAV tieħu pussess tal-bini tal-BHF bit-tagħmir kollu li fih mingħajr ma jkollha għalfejn tħallas xejn. |
6.1.2. Fl-imgħoddi – Effetti tal-miżura li diġà jidhru qabel l-applikazzjoni ta’ l-istrateġija ġdida
|
(23) |
It-tabelli nru 1 u 2 jagħtu informazzjoni dwar il-ħlas li l-BAV irċeviet mill-1999 sa l-2005. Dan il-ħlas jinqasam f’żewġ kategoriji: il-ħlas għall-attività tan-negozju u s-sehem mill-profitti miftiehem tal-BAV. Dan jista’ jitqassar kif ġej: Tabella nru 4 Ħlas lill-BAV – Ħlas u Profitt
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(24) |
Il-ħlasijiet li rċeviet il-BAV għall-ġestjoni tas-sit tal-produzzjoni (ara ringiela Ċ u l-informazzjoni dettaljata f’ringieli D u E ta’ tabella nru 4), jirriflettu sa ċertu punt l-ispejjeż attwali u l-ħlasijiet globali stabbiliti minn qabel fil-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju. Fis-snin 2000 u 2004, li huma meqjusa bħala s-snin ta’ l-ogħla livell, dawn il-ħlasijiet kienu aktar baxxi minn kif kienu ppjanati l-ispejjeż b’mod dettaljat, li għall-2006 kien pjanat l-ammont ta’ madwar EUR 106 405 (ara t-tabella nru 3). Fil-fatt il-ħlasijiet lill-BAV ammontaw biss għal EUR 103 000. |
|
(25) |
Madankollu dan ma ta lill-BAV l-ebda vantaġġ żejjed. Is-sehem mill-profitti tal-BAV kien maħsub bħala bilanċ għall-użu ta’ l-art mingħajr ħlas. Dawn il-ħlasijiet huma aktar baxxi mill-prezz tas-suq għad-dħul mill-kera ta’ l-art, li bħalissa jammonta għal EUR 183 500 fis-sena (ara premessa (15)) |
|
(26) |
Minn tabella nru 4 jirriżulta, li bl-għadd totali tad-dħul kollu tal-BAV (mill-ġestjoni u l-profitti, ara ringiela nru I) is-somma tal-ħlasijiet kollha li l-BAV kienet irċeviet mill-1999 sa l-2005, hija aktar baxxa mill-valur stmat tas-suq għall-użu ta’ l-art (li bħalissa jammonta għal EUR 183 500 fis-sena). Dan huwa stabbilit fil-pjan oriġinali, li fih il-BAV kellha tieħu pussess tal-bini l-ġdid tal-BFH bit-tagħmir li fih b’kollox wara li jgħaddu l-25 sena mingħajr ma jkollha għalfejn tħallas xejn. Dan kien ikun ifisser vantaġġ żejjed għall-BAV. Madankollu l-istrateġija ġdida tipprovdi, li l-BAV tikseb l-istudju għall-prezz tas-suq. Minn dan kollu jirriżulta, li fis-snin mill-1999 sa l-2005 il-BAV ma kellha l-ebda vantaġġ mill-miżura fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. |
|
(27) |
Konsegwentement jista’ jiġi konkluż li l-BAV ma rċeviet l-ebda għajnuna nazzjonali b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni preżenti ta’ l-istudju l-ġdid. |
6.2. Uħud mill-għajnuniet b’konnessjoni ma’ l-użu ta’ l-istudju
|
(28) |
Barra li jista’ jkun hemm ħlas żejjed għall-BAV għall-ġestjoni ta’ l-istudju (ara tabella nru 4 hawn fuq) il-BAV tista’ tkun qed tibbenefika minn trattament preferenzjali bl-użu ta’ l-istudju. |
|
(29) |
Skond l-informazzjoni li tat il-Ġermanja, il-biċċa l-kbira tal-films ġew prodotti minn intrapriżi li ma kellhom l-ebda konnessjoni mal-BAV (12). Il-Ġermanja ikkonfermat, li l-BAV ma tibbenefika mill-ebda privileġġi permezz ta’ l-aċċess tagħha għall-istudju. Barra minn dan, il-produtturi tal-films setgħu jużaw l-istudju taħt l-istess kundizzjonijiet u għall-istess prezz bħall-BAV u dan jistgħu ukoll jibqgħu jagħmluh. Il-Kummissjoni ġiet żgurata, li l-BAV qed tiġi ttrattata bħall-kompetituri l-oħra u li la bbenefikat u lanqas se tibbenefika minn trattament preferenzjali, b’hekk permezz ta’ l-użu ta’ l-istudju l-ġdid fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE din la ħadet u lanqas se tieħu l-ebda vantaġġ. |
6.3. Il-kompatibbiltà ta’ l-istrateġija ġdida mal-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq
|
(30) |
Fuq il-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq, li għalih saret referenza fid-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura, jista’ jiġi innotat li f’dan il-każ qed jiġi ttrattat il-fatt, li l-LfA u l-BAV ma nvestewx fil-BHF bl-istess kundizzjonijiet u dan ġie meqjus bħala għajnuna lill-BAV. L-istrateġija ġdida tittratta din il-problema billi l-LfA issir l-uniku proprjetarju tal-BFH. L-istrateġija ġdida tipprovdi, li d-dħul tal-BFH tal-prezzijiet tas-suq li jħallsu l-utenti kollha ta’ l-istudju huwa 100 % tal-LfA u t-tqassim kollu tal-profitti tal-BFH imur għall-LfA. Fl-aħħar nett fl-2004 l-LfA tieħu prezz tas-suq għall-bejgħ ta’ l-istudju. Konsegwentement għandu jiġi prima facie konkluż li l-investiment tal-LfA fil-BFH huwa konformi mal-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq. |
7. KONKLUŻJONIJIET
|
(31) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fuq imsemmija l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura emendata skond l-istrateġija ġdida ma tagħti lill-BAV l-ebda vantaġġ u konsegwentement ma tagħti l-ebda għajnuna nazzjonali lill-BAV fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE , |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-investiment tal-bank LfA tal-Bavarja fil-Bayerische Filmhallen GmbH. ma jammontax għal għajnuna ta’ kwalunkwe forma mogħtija mill-Ġermanja favur il-Bavaria Film GmbH fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 249, 17.10.2003, p. 2.
(2) Mit-tradizzjoni ta’ kumpanija stabbilita tal-films ta’ l-1919 żviluppat il-kumpanija Bavaria Film li dak iż-żmien kellha aktar minn 30 kumpanija rispettiva fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fl-Italja u fir-Repubblika Ċeka. Il-grupp Bavaria jopera madwar id-dinja kollha fis-setturi kollha ta’ l-industrija awdjoviżwali. Aktar minn 50 % ta’ l-ishma fil-kapital investit tal-BAV jinżamm minn xandara pubbliċi reġjonali.
(3) Oriġinarjament l-LfA kellha żżomm sehem ta’ 70 %. Minħabba raġunijiet legali (il-qbiż tal-limitu ta’ kreditu skond il-liġi dwar il-kreditu) l-avukat Lothar Wedel ingħata sehem ta’ 21 %.
(4) Bil-kontra ta’ dak li ġie kkonstatat fid-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura il-3.1 miljun EUR ġew sa ċertu punt biss mibdula f’sussidju. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura, l-aħħar self ta’ mhux aktar minn 1.345 miljun EUR ma nbidilx f’sussidju, iżda tawwal il-perjodu ta’ self inkluż l-interessi.
(5) L-isfond ta’ dan l-investiment globali ta’ 50 %, li ma jikkorrispondix ma’ l-ishma attwali ta’ 30 % u 70 %, huwa r-rikonoxximent, li s-servizzi infrastrutturali u l-attivitajiet tal-BAV (inkluż l-użu ta’ l-art bla kera) li bħala kontribuzzjoni finanzjarja li tingħata taqbeż sew id-dħul mill-kera (jiġifieri massimu ta’ EUR 103 000).
(*1) Barra minn dan, spejjeż li jqumu b’mod indirett għall-amministrazzjoni bħal spejjeż ġenerali u ta’ sigurtà (kummerċjalizzazzjoni, stedin lill-investitur, eċċ.) ma ġewx inklużi.
(6) Skond il-ftehim, il-ħlas irid jiġi revedut wara tliet snin, għax l-ewwel tliet snin bħala fażi tal-bidu jkunu ingħataw lill-BFH għall-istabbilizzazzjoni.
(7) Mill-14-il film li ġew prodotti fl-istudju bejn l-1999 u l-2005, tnejn ġew prodotti mill-BAV u tnejn oħra mill-Odeon Film PLC u mill-Odeon Pictures Ltd. Fiż-żmien meta saru dawn il-produzzjonijiet (fis-sena 2000) il-BAV investiet minn 32.75 % sa 38.4 % f’ishma fuq l-Odeon Film PLC, u din kellha 100 % fuq l-Odeon Pictures.
(8) Min-naħa l-oħra l-LfA hija responsabbli għall-ishma ta’ Lothar Wedel fil-valur nominali ta’ EUR 10 500.
(9) Il-kera tammonta għal EUR 183 000, b’hekk dħul nominali ta’ 5 % li huwa konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq huwa garantit. Il-BAV tikkalkula rata ta’ imgħax applikabbli fis-suq.
(10) Il-BAV tikkalkula rata ta’ imgħax applikabbli fis-suq. Din tammonta għar-rata ta’ imgħax flimkien ma’ l-4 %, li ovvjament tikkorrispondi mar-rata li tkun mistennija f’każ ta’ self lill-intrapriża li hija ta’ l-istess kalibru tal-BFH.
(11) Ladarba l-ħlas għall-użu se jiġi deferit, skond il-Ġermanja jista’ jkun eskluż il-fatt li l-BFH tfalli u matul il-proċeduri ta’ insolvenza tagħti vantaġġ lill-BAV, li l-istudju jkun fuq l-art tagħhom.
(12) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 7.