<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑346/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0346</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:446">EU:C:2015:446</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL — KAWŻA C‑346/13</P><P>BASE COMPANY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Nils Wahl</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20150708">8 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑346/13</P><P>Ville de Mons</P><P>vs</P><P>Base Company SA, li kienet KPN Group Belgium SA,</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il‑Belġju)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa għad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni komunali li tissuġġetta lill-proprjetarji ta’ piluni u ta’ arbli tax-xandir għat-telefonija mobbli għall-ħlas ta’ taxxa</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari, li tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).</P></NOTE>, dispożizzjoni li għandha effett dirett skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone España u France Telecom España</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:446">EU:C:2012:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, tiżvela mistoqsijiet li għadhom jeżistu rigward il-konsegwenzi tal-armonizzazzjoni Ewropea relatata mal-awtorizzazzjoni tan-netwerks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fuq l-eżerċizzju mill-Istati Membri tal-kompetenza tagħhom fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Base Company SA, li kienet KPN Group Belgium SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Base Company<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), waħda mit-tliet operaturi attivi fis-suq Belġjan tat-telefonija mobbli, kontra l-belt ta’ Mons rigward taxxi imposti fuq dik l-impriża abbażi tal-piluni u tal-arbli tax-xandir tagħha installati fit-territorju ta’ din il-belt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-kawża tidħol fil-kuntest ta’ kontenzjuż kunsiderevoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Xhieda ta’ dan huma mhux biss l-għadd kbir ta’ deċiżjonijiet adottati mill-qrati amministrattivi u ġudizzjarji Belġjani dwar dan is-suġġett, iżda wkoll il-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u b’mod partikolari l-kawżi Belgacom (C‑454/03) u Belgacom (C‑517/13), pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE> dwar it-taxxi imposti minn ċertu numru ta’ komuni u ta’ provinċji Belġjani, abbażi tal-awtonomija fiskali mogħtija lilhom mill-Kostituzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Hemm lok li jiġi osservat li, b’mod konkomitanti mal-kawżi dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana ġiet adita b’ċertu numru ta’ rikorsi, attwalment pendenti, li jqajmu kwistjonijiet dwar id-determinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti biex jadottaw it-taxxi inkwistjoni. Għandu jiġi enfasizzat ukoll f’dan il-kuntest li l-istess Qorti Kostituzzjonali diġà tat deċiżjoni, fis-sentenza Nru 189/2011 tal-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT>, <DATE ISO="20120307">7 ta’ Marzu 2012</DATE>, p. 14181), dwar il-kostituzzjonalità tal-imsemmija taxxi. Dik il-ġurisprudenza ġiet invokata mill-Qorti ta’ Kassazzjoni Belġjana fis-sentenzi mogħtija fit-<DATE ISO="20120330">30 ta’ Marzu 2012</DATE>.</P></NOTE>, fuq l-operaturi tat-telefonija mobbli u li titlob, partikolarment, li jiġi ddeterminat jekk il-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u<?PAGE NO="2"?> C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/13/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19970410">10 ta’ April 1997</DATE>, dwar qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u għal-liċenzji individwali fis-settur tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="117" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="1997">ĠU L 117, p. 15</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, tistax tiġi trasposta għal dan il-każ. Din il-kawża twassal iktar ġeneralment lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti ċertu numru ta’ kjarifiki dwar l-approċċ li għandu jiġi adottat fir-rigward ta’ oneri finanzjarji imposti fuq il-fornituri ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 97/13 kienet stabbilixxiet qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u għal-liċenzji individwali fis-settur tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet bil-għan li tilliberalizza dan tal-aħħar u tiffaċilita d-dħul ta’ operaturi ġodda fis-suq. Din tinserixxi ruħha fil-kuntest ta’ miżuri meħuda għal-liberalizzazzjoni totali tas-servizzi u tal-infrastrutturi tat-telekomunikazzjonijiet prevista għall-<DATE ISO="19980101">1 ta’ Jannar 1998</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, id-Direttiva 97/13 kienet tipprevedi, minbarra regoli dwar il-proċeduri ta’ għoti ta’ awtorizzazzjonijiet u dwar il-kontenut tagħhom, ċertu numru ta’ regoli dwar l-oneri pekunjarji (taxxi u tariffi), marbuta ma’ dawk il-proċeduri, li l-Istati Membri kienu fil-pożizzjoni li jimponu fuq l-impriżi tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/13, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Taxxi u tariffi applikabbli għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Bla ħsara għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-provvista tas-servizz universali konformement mal-Anness, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taxxi imposti fuq l-impriżi għall-finijiet tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni jkollhom bħala l-uniku għan li jkopru l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ħruġ, mal-ġestjoni, mal-kontroll u mal-implementazzjoni tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni ġenerali applikabbli. Dawn it-taxxi għandhom jiġu ppubblikati b’mod xieraq u ddettaljat biżżejjed sabiex l-informazzjoni tkun aċċessibbli faċilment.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Rigward l-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/13, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Taxxi u tariffi applikabbli għal-liċenzji individwali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, dan kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taxxi imposti fuq l-impriżi għall-finijiet tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni jkollhom bħala l-uniku għan li jkopru l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ħruġ, mal-ġestjoni, mal-kontroll u mal-infurzar tal-liċenzji individwali applikabbli. It-taxxi applikabbli għal liċenzja individwali għandhom ikunu proporzjonali mal-volum ta’ xogħol meħtieġ u għandhom jiġu ppubblikati b’mod xieraq u ddettaljat biżżejjed sabiex l-informazzjoni tkun aċċessibbli faċilment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta’ faċilitajiet rari, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom biex jimponu tariffi sabiex tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu ta’ dik ir-riżorsa. Dawn it-tariffi għandhom ma jkunux diskriminatorji u għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-bżonn li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ servizzi innovattivi u tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 97/13 tħassret bl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/21/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Direttiva Kwadru<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva Kwadru jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>faċilitajiet assoċjati<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser dawk il-faċilitajiet assoċjati ma network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jippermetti u/jew jappoġġa l-provista permezz ta’ network u/jew servizz. Jinkludi sistemi ta’ aċċess kondizzjonali u gwidi ta’ programmi elettroniċi;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Mira u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi implimentat suq intern fin-networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-regoli u l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni sabiex jiġi faċilitat il-forniment tagħhom mal-Komunità kollha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità relevanti li timponi tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju jew numri jew drittijiet li jiġu stallati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu ta’ dawn il-faċilitajiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi għandhom ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b’relazzjoni ma’ l-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri f’Artikolu 8 tad-[Direttiva Kwadru].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20070305">5 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-kunsill komunali tal-belt ta’ Mons adotta regolament dwar it-taxxa li impona taxxa fuq il-piluni u fuq l-arbli tax-xandir għat-telefonija mobbli (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>regolament dwar it-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) applikabbli għas-snin finanzjarji mill-2007 ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-regolament dwar it-taxxa jipprovdi li l-imsemmija taxxa tapplika għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>piluni tax-xandir jew arbli ta’ ċerta importanza li jkunu strutturi li jżommu waħedhom, li jeżistu matul is-sena fiskali, intiżi li jappoġġaw id-diversi tipi ta’ antenni meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tan-netwerk ta’ telekomunikazzjoni mobbli u li ma setgħux jitpoġġew fuq sit eżistenti (saqaf, knisja ...)<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament dwar it-taxxa, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>it-taxxa [inkwistjoni] hija dovuta minn kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun proprjetarja tal-istruttura msemmija fl-Artikolu 1 [ta’ dan ir-regolament dwar it-taxxa]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-regolament dwar it-taxxa jipprovdi li l-ammont ta’ taxxa dovut għal kull pilun jew għal kull arblu tax-xandir għat-telefonija mobbli huwa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2500</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja li Base Company hija operatur tat-telefonija mobbli u, fuq din il-bażi, hija proprjetarja u topera netwerk ta’ piluni li jappoġġaw antenni tat-telekomunikazzjonijiet għat-telefonija mobbli fit-territorju tal-belt ta’ Mons.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tar-regolament tat-taxxa, l-awtoritajiet tal-belt ta’ Mons indirizzaw lil Base Company tliet avviżi ta’ evalwazzjoni tat-taxxa li jimponu ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">7500</FT> abbażi tat-taxxa inkwistjoni għas-sena ta’ tassazzjoni għas-sena 2008. Dawk l-avviżi ta’ evalwazzjoni tat-taxxa ġew ikkontestati quddiem il-bord komunali tal-belt ta’ Mons. Wara li dan l-ilment ġie miċħud, ġie ppreżentat rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Mons (il‑Belġju), li annullathom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-belt ta’ Mons ippreżenta appell kontra dik is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Mons li, peress li kellha dubji dwar l-applikabbiltà fil-kawża prinċipali tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja din id-domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Artikolu 13 tad-Direttiva [ta’ Awtorizzazzjoni] jipprojbixxi lill-awtoritajiet reġjonali milli jintaxxaw, għal raġunijiet baġitarji jew raġunijiet oħra, l-attività ekonomika tal-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet li jimmanifestaw ruħhom fuq it-territorju tagħhom permezz ta’ piluni, arbli jew antenni GSM intiżi għal din l-attività?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Saret seduta fit-<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, li fiha pparteċipaw il-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Gvern Belġjan kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk taxxa stabbilita minn awtorità pubblika nazzjonali li tirrigwarda speċifikament il-piluni u l-arbli użati għat-telefonija mobbli taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u, fl-affermattiv, jekk dan l-artikolu jipprekludix tali taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għal din id-domanda, li <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> hija sempliċi, ġie propost li jingħataw risposti ferm differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-belt ta’ Mons, sostnut mill-Gvern Belġjan, jargumenta li t-taxxa inkwistjoni ma tistax tiġi pprojbita mid-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni. Huwa jenfasizza, b’mod partikolari, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 97/13 — dispożizzjoni li l-formulazzjoni tagħha tixbah ħafna dik tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni —, li d-direttivi dwar l-awtorizzazzjoni li jiġu pprovduti netwerks u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet ma jistgħux ikunu applikabbli għal taxxi li l-fatt taxxabbli tagħhom ma huwiex l-għoti ta’ liċenzja. Huwa jirrileva, barra minn hekk, li din it-taxxa hija dovuta minn kull persuna li tkun proprjetarja ta’ pilun jew ta’ arblu li setax jitpoġġa fuq sit eżistenti u din bl-ebda mod ma hija marbuta, kif meħtieġ mill-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, mal-għoti ta’ dritt ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju jew dritt biex jiġu installati faċilitajiet u, b’mod definittiv, bħala korrispettiv ta’ kwalunkwe servizz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Base Company ssostni, min-naħa tagħha, li t-taxxa inkwistjoni, li l-fatt taxxabbli tagħha jikkonsisti fl-istabbiliment mill-operaturi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ infrastrutturi li jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>faċilitajiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, tabilħaqq taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, hija ssostni li dik it-taxxa, li tikkonsisti fil-ħlas ta’ somma f’daqqa, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti minn dik id-dispożizzjoni, inkwantu hija b’mod partikolari diskriminatorja, mhux proporzjonata u mhux iġġustifikata oġġettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fid-dawl tal-kriterju li jidher li ġie applikat fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jiġifieri l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn it-taxxa inkwistjoni u l-għoti ta’ awtorizzazzjoni lil operatur biex jipprovdi netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, l-unika konklużjoni possibbli hija li t-taxxa inkwistjoni ma taqax taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni tindika, madankollu, li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tikkundanna<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> dik is-sentenza u tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tasal għal soluzzjoni opposta f’din il-kawża. Hija fil-fatt tal-fehma li t-taxxa inkwistjoni, li tirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>faċilitajiet assoċjati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(e) tad-Direttiva Kwadru, probabbilment ġiet ikkonċepita biex titħallas bħala korrispettiv tal-istabbiliment ta’ strutturi neċessarji għall-provvista tal-imsemmija netwerks u servizzi, u tista’, konsegwentement, tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>tariffa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni. Jekk kellha tiġi adottata din l-aħħar konklużjoni, ikun għalhekk il-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tiżgura ruħha li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti minn din l-aħħar dispożizzjoni huma ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Kif semmejt fl-introduzzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-kawża hija eżempju tat-tensjoni li mingħajr dubju teżisti bejn l-armonizzazzjoni li tirriżulta mill-għanijiet imfittxija mid-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, u x-xewqa ta’ ċerti awtoritajiet nazzjonali li jżommu l-possibbiltà, għal raġunijiet essenzjalment baġitarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Għal ħarsa lejn il-kwistjonijiet finanzjarji lokali, isir riferiment b’mod partikolari għad-diversi studji ppubblikati fir-<HT TYPE="ITALIC">Revue de fiscalité régionale et locale</HT>, 2014/2, p. 93 sa 106.</P></NOTE>, li jintaxxaw ċerti operaturi minħabba l-attività li huma jeżerċitaw u l-preżenza tagħhom f’territorju partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għalkemm din ma hijiex l-ewwel darba li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet adita b’din il-problema, ċerti kjarifiki huma mistennija, fid-dawl tat-tagħlim l-iktar reċenti tal-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Dawn il-bżonnijiet ta’ kjarifiki jirrigwardaw, fil-fehma tiegħi, żewġ aspetti li ser neżamina suċċessivament: l-ewwel aspett, li ma tqajjimx direttament fid-domanda magħmula, iżda li jikkostitwixxi parametru ewlieni tal-analiżi tat-taxxi li huma responsabbli għall-ħlas tagħhom l-operaturi ta’ servizzi u ta’ netwerks tat-telekomunikazzjonijiet, huwa marbut mal-kwistjoni jekk l-Istati Membri jistgħux jimponu ċerti tariffi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni. It-tieni aspett jirrigwarda, min-naħa tiegħu, l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati biex jitqies li t-tariffa inkwistjoni tabilħaqq taqa’ taħt l-imsemmi kamp ta’ applikazzjoni u, jekk ikun il-każ, biex jiġi stabbilit jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Istati Membri jistgħu jimponu tariffi lil hinn mill-kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni tad-Direttiva ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Awtorizzazzjoni?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għalkemm il-kwistjoni dwar sa fejn l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jimponu tariffi li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni ma ġietx invokata direttament f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, għandu jiġi rrilevat li din tqajmet indirettament mill-qorti tar-rinviju, kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Effettivament, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, minn naħa waħda, il-qorti tar-rinviju bdiet mill-premessa li t-taxxa inkwistjoni ma kinitx la tariffa fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, u lanqas ma hija ħlas amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 12 tal-istess direttiva u, min-naħa l-oħra, hija tistaqsi dwar il-rilevanza u l-portata tal-ġurisprudenza li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>l-Istati Membri jistgħu jirċievu biss dawk il-ħlasijiet jew tariffi oħra fuq il-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi previsti minn din id-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Il-qorti tar-rinviju tirreferi għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone España u France Telecom España</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:446">EU:C:2012:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif kull għar-riferiment li sar f’din is-sentenza għas-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nuova società di telecomunicazioni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑339/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:490">EU:C:2006:490</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telefónica Móviles España</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑85/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:141">EU:C:2011:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Issa, fuq dan l-ewwel aspett, u għalkemm dan seta’ kien dibattibbli, b’mod partikolari, fis-sentenza Albacom u Infostrada<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑292/01 u C‑293/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:480">EU:C:2003:480</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>. Skont il-punt 42 ta’ din is-sentenza, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/13[…] jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jimponu fuq l-impriżi li jkunu detenturi ta’ liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, għas-sempliċi fatt li huma jkollhom dawk il-liċenzji, oneri finanzjarji, bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li jkunu differenti minn dawk awtorizzati mill-imsemmija direttiva u li jkunu marbuta ma’ dawn tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></NOTE>, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/13, fil-fehma tiegħi huwa biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>fil-kuntest tad-Direttiva ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li l-Istati Membri ma jistgħux jiġbru taxxi jew tariffi oħrajn fuq il-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief dawk previsti f’dik id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone España u France Telecom España</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:446">EU:C:2012:446</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, liema direttiva ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 95 KE (li sar l-Artikolu 114 TFUE), ma jillimitax totalment is-sovranità fiskali tal-Istati Membri, iżda jkopri biss it-taxxi li l-fatt taxxabbli tagħhom huwa, direttament jew indirettament marbut mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew mal-għoti tad-drittijiet ta’ użu. Fi kliem ieħor, jidher li l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni ma jistabbilixxix espożizzjoni eżawrjenti tat-taxxi u tat-tariffi kollha li jistgħu jiġu imposti fuq l-operaturi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda huwa intiż biex jinkwadra dawk li jistgħu jiġu imposti fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (ara l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni). Huwa biss meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu oneri fiskali fuq operaturi tat-telefonija mobbli li jkunu koperti minn awtorizzazzjoni li huma għandhom l-obbligu li josservaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi hemm żewġ elementi li jissostanzjaw din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, din l-interpretazzjoni tinserixxi ruħha faċilment fl-estensjoni tad-direzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-ħlasijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 12 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, u dan kemm meta hija tkun ġiet adita b’rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑485/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:427">EU:C:2013:427</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jew b’talba għal deċiżjoni preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone Malta u Mobisle Communications</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑71/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:431">EU:C:2013:431</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Sussegwentement u b’mod speċjali, jidhirli li din id-direzzjoni ġiet ikkonfermata reċentement mill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ talba għal deċiżjoni preliminari intiża preċiżament biex tinterpreta l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni dwar it-taxxi imposti mill-provinċja ta’ Antwerpen fil-konfront ta’ żewġ fornituri ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Fil-fatt, fis-sentenza Belgacom u Mobistar, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni ma jsemmix it-tariffi kollha li huma suġġetti għalihom l-operaturi ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Sabiex tasal għal tali konklużjoni, hija bbażat ruħha fuq it-termini użati fl-Artikoli 1(2) u 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-qosor, id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni tapplika għall-awtorizzazzjonijiet li jirrigwardaw il-<HT TYPE="ITALIC">provvista</HT> ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet. L-Istati Membri ma jistgħux jiġbru taxxi oħrajn li jirrigwardaw dik il-provvista ħlief dawk li huma espressament previsti f’dik id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Huma jżommu, min-naħa l-oħra, ċerta libertà fl-iffissar ta’ taxxi li ma jirrigwardawx din il-provvista. Nuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ċerta<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għaliex, irrispettivament mill-qasam ta’ intervent tal-awtorità kompetenti fil-qasam fiskali, hija dejjem għandha l-obbligu li tosserva r-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, anki fil-preżenza ta’ tariffi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, il-qorti dejjem għandha tiżgura ruħha li dawn ma jkunux ta’ natura li jikkompromettu l-effettività tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, billi joħolqu, b’mod partikolari, ostakoli għad-dħul ta’ operaturi ġodda fis-suq, u b’mod iktar wiesa’, tivverifika jekk dawn jiksrux id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, bħal dawk li jiggarantixxu l-libertà ta’ stabbiliment u l-ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi tas-settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Wara dawn il-kjarifiki, ser niffoka fuq il-problema li l-qorti tar-rinviju preċiżament ressqet u li madwarha nbena d-dibattitu fil-kawża prinċipali, jiġifieri jekk it-taxxa inkwistjoni tistax taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u, fl-affermattiv, jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa minn dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ser nesponi t-tagħlim li, fil-fehma tiegħi, għandu jittieħed mill-ġurisprudenza żviluppata sa issa mill-Qorti tal-Ġustizzja, biex sussegwentement nindirizza l-każ tat-taxxa inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tagħlim li jirriżulta mill-ġurisprudenza mis-sentenza Mobistar u Belgacom Mobile sas-sentenza Belgacom u Mobistar: lejn eżami mill-ġdid tal-ħruġ ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ awtorizzazzjoni (jew liċenzja) inkwantu kriterju esklużiv għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Awtorizzazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-partijiet kollha jaqblu li l-kawżi li taw lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) joriġinaw minn tilwimiet li jixbhu ħafna l-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Infakkar li, f’dawk il-kawżi magħquda, operaturi ta’ telefonija mobbli talbu l-annullament ta’ regolamenti-taxxi imposti minn komuni Belġjani fuq proprjetarji ta’ antenni, ta’ arbli u ta’ piluni maħsuba għat-telefonija mobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/13 f’dawn il-kawżi ġie invokat biss b’mod aċċessorju waqt it-trattazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:203">EU:C:2005:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> — inkwantu d-domandi preliminari kienu jirreferu biss għall-Artikolu 49 KE (li sar l-Artikolu 56 TFUE) u għad-Direttiva 90/388/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Direttiva tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19900628">28 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="192" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1990">ĠU L 192, p. 10</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/2/KE tas-<DATE ISO="19960116">16 ta’ Jannar 1996</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="59" DATE.PUB="1996">ĠU L 20, p. 59</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> —, il-Qorti tal-Ġustizzja xorta indikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-fatt li jiġġenera taxxi fuq l-infrastrutturi ta’ komunikazzjoni [ma kienx] l-għotja ta’ liċenzja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[g]ħaldaqstant, id-Direttiva 97/13, li [kienet] ġiet invokata minn Mobistar waqt is-seduta, ma tapplikax għall-fatti tal-kawża<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Billi ddeċidiet b’dak il-mod, jidher li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>l-għotja ta’ liċenzja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> l-kriterju determinanti li jippermetti li ssir distinzjoni bejn it-tariffi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 97/13 u dawk li ma jaqgħux taħt dak il-kamp.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni żgur ma hijiex waħda iżolata, għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja donnha kkonfermat, sussegwentement, l-importanza li kellha tintrabat mal-fatt taxxabbli tad-diversi taxxi u tariffi, jiġifieri jekk dan kienx marbut jew le mal-għoti ta’ awtorizzazzjoni, sabiex jiġi ddeterminat jekk it-taxxi jew tariffi jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>B’hekk, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Franza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑485/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:427">EU:C:2013:427</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li kienet tirrigwarda taxxa addizzjonali imposta fuq l-operaturi koperti minn awtorizzazzjoni ġenerali li jipprovdu s-servizzi tagħhom fis-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-utenti finali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li taxxa li l-fatt taxxabbli tagħha ma kienx marbut mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali li tippermetti li jkun hemm aċċess għas-suq tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda li kien marbut mal-attività tal-operatur li kienet tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għall-utenti finali fi Franza ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan l-istess sens, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza Vodafone Malta u Mobisle Communications<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑71/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:431">EU:C:2013:431</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li l-Artikolu 12 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi dazju msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>tas-sisa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li kienu responsabbli għall-ħlas tiegħu l-operaturi li joffru servizzi ta’ telefonija mobbli u li jikkorrispondi ma’ perċentwali tal-ħlasijiet li huma jiġbru mingħand l-utenti ta’ dawk is-servizzi, bil-kundizzjoni li l-fatt taxxabbli tiegħu jkun marbut mhux mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali li tippermetti li jkun hemm aċċess għas-suq tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, iżda mal-użu tas-servizzi ta’ telefonija mobbli pprovduti mill-operaturi, u li dan jitħallas b’mod definittiv mill-utent ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Kif seta’ jiġi enfasizzat matul din il-proċedura, għalkemm il-formulazzjoni tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 97/13 hija differenti mill-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, peress li dan l-aħħar artikolu huwa inkontestabbilment iktar preċiż fir-rigward tal-iskop tat-tariffi msemmija (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13) u tal-kundizzjonijiet li dawn għandhom jissodisfaw (it-tieni sentenza tal-Artikolu 13), jidher li l-għanijiet segwiti minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet huma identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Effettivament, dawn huma intiżi biex jistabbilixxu l-possibbiltà għall-Istati Membri li jimponu, taħt ċerti kundizzjonijiet, tariffi waqt li tittieħed inkunsiderazzjoni n-neċessità li jiġi żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi rari. Dawn id-dispożizzjonijiet huma t-tnejn intiżi, fl-aħħar nett, biex jippromwovu l-kompetizzjoni, l-iżvilupp tas-suq intern jew is-sostenn tal-interessi taċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 8 tad-Direttiva Kwadru).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li xejn ma jippermetti, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, li jitwarrab it-tagħlim li jirriżulta mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dan ifisser li l-kriterju marbut mal-għoti ta’ liċenzja biss huwa rilevanti għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk taxxa taqax jew le taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ma jidhirlix li dan huwa l-każ, u dan għal diversi raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ma għandux jintesa li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-applikazzjoni tad-Direttiva 97/13 ġiet invokata biss fuq bażi sekondarja u inċidentali. Xhieda ta’ dan huwa ż-żmien qasir mogħti għall-applikabbiltà tad-Direttiva 97/13.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni huwa relatat, hekk kif jirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni tiegħu, mal-metodi ta’ impożizzjoni ta’ tariffi għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri jew għad-dritt biex jiġu installati faċilitajiet fuq proprjetajiet pubbliċi jew privati. Il-Qorti tal-Ġustizzja, f’dan ir-rigward, ippreċiżat li, peress li l-proċedura ta’ għoti tad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u l-proċedura ta’ tiġdid tal-imsemmija drittijiet kienu suġġetti għall-istess regoli, l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni għandu jiġi applikat bl-istess mod għaż-żewġ proċeduri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑375/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:185">EU:C:2013:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Inevitabbilment jirriżulta li, lil hinn mill-kwistjoni jekk il-fatt taxxabbli tat-taxxa huwiex <HT TYPE="ITALIC">direttament</HT> marbut mal-għoti ta’ awtorizzazzjoni (jew liċenzja), għandhom jiġu inklużi wkoll it-tariffi li l-fatt taxxabbli tagħhom jirriżulta mill-għoti tad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri kif ukoll tad-drittijiet biex jiġu installati faċilitajiet mifhuma f’sens wiesa’. Ma jidhirlix li huwa opportun li tiġi adottata s-soluzzjoni, fl-apparenza restrittiva, adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mobistar u Belgacom Mobile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/03 u C‑545/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:518">EU:C:2005:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fehma tiegħi, għalkemm l-għoti ta’ liċenzja jew ta’ drittijiet speċifiċi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali huwa inkontestabbilment kundizzjoni suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li d-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni hija applikabbli, dan ma jistax jiġi stabbilit bħala kundizzjoni neċessarja għal tali applikabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li l-kriterju ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni għal tariffi għandu jiġi ppreċiżat. Din hija kwistjoni mhux tant biex jiġi stabbilit jekk dawn humiex marbuta direttament mal-għoti ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni, iżda li jiġi ddeterminat jekk dawn jidħlux inevitabbilment fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, bħal dawk li jirrigwardaw, konformement mal-formulazzjoni tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, l-istabbiliment ta’ faċilitajiet neċessarji għall-funzjonament tan-netwerk tat-telefonija mobbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-applikazzjoni tal-grilja ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ analiżi fformulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Awtorizzazzjoni fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Kif kienet enfasizzat l-Avukat Ġenerali Sharpston fil-konklużjonijiet tagħha fil-kawża Vodafone España u France Telecom España, l-eżami tal-konformità ta’ taxxa finanzjarja nazzjonali mal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni jimponi, anki konformement mat-test ta’ dik id-dispożizzjoni, eżami f’żewġt istadji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:162">EU:C:2012:162</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wara li eżaminajt jekk it-taxxa inkwistjoni tistax taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni — li jidhirli li huwa l-każ —, ser niffoka fil-qosor fuq il-kwistjoni jekk din kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni sentenza ta’ dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-taxxa inkwistjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni?</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, fost it-tliet kategoriji ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, jiġifieri, rispettivament, dawk għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju, dawk għad-drittijiet ta’ użu tan-numri u dawk għad-dritt biex jiġu installati faċilitajiet fuq jew taħt proprjetajiet pubbliċi jew privati, dawn tal-aħħar biss jissemmew mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, it-tariffi marbuta mad-drittijiet biex jiġu installati faċilitajiet għandhom jinftiehmu mill-angolu tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk taxxa partikolari taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva Awtorizzazzjoni, għandu jitqies l-<HT TYPE="ITALIC">iskop</HT> tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>faċilitajiet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> użati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni jirreferu, rispettivament, għall-infrastrutturi materjali li jippermettu l-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll l-installazzjoni materjali tagħhom fuq il-proprjetà pubblika jew privata kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone España u France Telecom España</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:446">EU:C:2012:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Dan kollu jwassalni għall-konklużjoni li t-taxxa inkwistjoni għandha l-karatteristiċi ta’ tariffa fuq id-dritt biex jiġu installati faċilitajiet fuq jew taħt proprjetajiet pubbliċi jew privati, li tabilħaqq taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dik it-taxxa hija dovuta esklużivament minħabba l-installazzjoni ta’ piluni jew ta’ arbli li, skont ir-regolament dwar it-taxxa, huma strutturi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>intiżi biex jappoġġaw id-diversi tipi ta’ antenni meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni mobbli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Dawk il-piluni u arbli huma inkontestabbilment infrastrutturi materjali li jippermettu l-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. It-taxxa inkwistjoni b’hekk hija imposta fuq id-dritt <HT TYPE="ITALIC">biex jiġu installati faċilitajiet</HT> fit-territorju tal-belt ta’ Mons u mhux, kif kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone España u France Telecom España</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:446">EU:C:2012:446</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), biss fuq l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Sussegwentement, din it-taxxa hija dovuta mill-proprjetarji tal-imsemmija riżorsi li, wisq probabbilment, huma wkoll <HT TYPE="ITALIC">fornituri</HT> ta’ netwerks jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalkemm ir-regolament dwar it-taxxa inkwistjoni ma jintaxxax lill-operaturi ta’ dawn in-netwerks jew ta’ dawn is-servizzi inkwantu tali, fin-nuqqas ta’ informazzjoni kuntrarja, jidher li huma biss l-operaturi li għandhom l-awtorizzazzjoni biex jipprovdu netwerks jew servizzi tat-telefonija mobbli li huma proprjetarji ta’ piluni jew ta’ arbli tax-xandir meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għalkemm hija motivata minn kunsiderazzjonijiet ta’ natura baġitarja, tista’ titqies li hija tariffa li għandha titħallas mill-operaturi bħala korrispettiv tal-possibbiltà offerta lilhom li jinstallaw, fuq proprjetajiet privati jew pubbliċi, strutturi meħtieġa għall-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u li tirrigwarda <HT TYPE="ITALIC">l-aqwa użu ta’ riżorsi</HT>. Effettivament, din it-taxxa tapplika, skont l-Artikolu 1 tar-regolament dwar it-taxxa, għal strutturi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/><HT TYPE="ITALIC">li ma setgħux jiġu installati fuq sit eżistenti</HT> (saqaf, knisja, ...)<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Enfasi magħmula minni.</P></NOTE>. Kif irrilevat il-Kummissjoni, din it-taxxa b’hekk tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt tal-installazzjoni ta’ piluni u ta’ arbli fuq id-disponibbiltà tal-qasam pubbliku jew privat. It-taxxa inkwistjoni ġiet stabbilita biex tintaxxa kull faċilità li tkun tinsab fuq il-proprjetajiet pubbliċi jew privati u li tnaqqas, bl-istess mod, id-disponibbiltà tagħhom għal finijiet jew użi oħrajn. Dan b’hekk jiżgura l-aqwa użu tal-artijiet disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt għandu jiġi ppreċiżat li l-użu li l-Istati Membri beħsiebhom jagħmlu minn dak id-dħul huwa irrilevanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Fuq il-kwistjoni tal-użu tal-prodott tat-tariffa, ara b’analoġija s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telefónica Móviles España</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑85/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:141">EU:C:2011:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Bl-istess mod, bir-riskju li tiġi ppreġudikata l-effettività tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, il-motivi segwiti bl-istabbiliment ta’ ċerti taxxi ma għandhomx ikunu determinanti. Fil-każ kuntrarju, ikun hemm ir-riskju li l-Istati Membri jistgħu jevitaw l-applikazzjoni tar-regoli stipulati mid-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, b’riferiment għall-għanijiet baġitarji jew ambjentali li huma jkunu beħsiebhom isegwu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li teżisti rabta diretta bejn l-għoti tad-dritt biex jiġu installati faċilitajiet fis-sens tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u t-taxxa inkwistjoni. Għalkemm huwa minnu, hekk kif semma l-belt ta’ Mons, li l-ħlas ta’ dik it-taxxa ma jikkostitwixxix kundizzjoni preliminari ta’ aċċess għas-suq tal-provvista ta’ servizzi u ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet, xorta jibqa’ l-fatt li l-operaturi li jixtiequ jsegwu l-użu tal-faċilitajiet li tagħhom huma proprjetarji fit-territorju ta’ dan il-belt huma responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa kull sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, jidher li t-tariffa inkwistjoni hija imposta fuq l-operaturi ta’ netwerks u komunikazzjonijiet elettroniċi li jgawdu drittijiet mogħtija mill-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u, għaldaqstant, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li t-taxxa inkwistjoni tippreżenta karatteristiċi differenti mit-taxxa imposta mill-provinċja ta’ Antwerpen inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Infakkar li, biex tikkonkludi li t-taxxa inkwistjoni f’din il-kawża ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-imsemmija taxxa kienet dovuta minn kull persuna ġuridika rregolata mid-dritt Belġjan jew dak barrani, li jkollha installazzjoni li tinsab fit-territorju tal-provinċja ta’ Antwerpen li kienet użata jew irriżervata għall-użu tagħha, u dan irrispettivament min-natura tal-installazzjoni u tal-attività tal-persuni suġġetti għal dik it-taxxa. L-ammont ta’ din tal-aħħar kien jiddependi mis-superfiċje okkupat mill-installazzjonijiet. Il-persuni suġġetti għal dik it-taxxa b’hekk ma kinux biss l-operaturi li jipprovdu netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew dawk li jibbenefikaw minn drittijiet previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom u Mobistar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kawża prinċipali, it-taxxa tal-komun inkwistjoni ma hijiex taxxa ġenerali, fis-sens li ma tolqotx lil kull operatur ekonomiku li jkun suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji u li jkollu installazzjoni waħda jew iktar fit-territorju tal-komun, kemm jekk dawn ikunu jikkonsistu f’piluni u f’arbli intiżi biex isostnu d-diversi tipi ta’ antenni meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni mobbli jew superfiċji oħrajn, kif kien jipprevedi r-regolament dwar it-taxxa tal-provinċja ta’ Antwerpen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Effettivament, it-taxxa inkwistjoni f’din il-kawża ġiet stabbilita biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-okkupazzjoni ta’ parti minn territorju għad-dannu eventwali ta’ utenti oħrajn. Fi kliem ieħor, jekk jiġi stabbilit li t-taxxa inkwistjoni hija intiża biex tiżgura l-aqwa użu tar-riżorsi milquta mill-iffissar ta’ livell xieraq li jirrifletti l-valur ta’ dawn ir-riżorsi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, fuq dan il-punt, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑375/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:185">EU:C:2013:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, din hija ta’ natura li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu għandhom isiru żewġ preċiżazzjonijiet finali għall-qari tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>mogħtija fil-kawża Belgacom u Mobistar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/13 u C‑264/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2149">EU:C:2014:2149</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, id-determinazzjoni tal-kwistjoni jekk it-taxxa inkwistjoni taqax jew le taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva Awtorizzazzjoni ma tistax tiġi ristretta għal eżami purament formali tat-termini użati, mil-leġiżlatur jew mill-awtorità regolatorja kompetenti fil-livell nazzjonali, sabiex tiġi indikata t-taxxa inkwistjoni. Fil-fatt, huwa biżżejjed għall-awtoritajiet nazzjonali li jindikaw taxxa f’termini li jkunu qrib dawk adottati mill-kunsill tal-provinċja ta’ Antwerpen fil-formulazzjoni tar-regolamenti-taxxi inkwistjoni f’dik il-kawża biex jevitaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 13<?PAGE NO="12"?> tal-imsemmija direttiva, u dan minkejja li jidher li, b’mod konkret, essenzjalment huma responsabbli għall-ħlas tat-taxxa inkwistjoni l-operaturi ta’ netwerks u ta’ komunikazzjonijiet tat-telefonija mobbli, li huma koperti minn awtorizzazzjonijiet ta’ operat, u li jixtiequ jinstallaw faċilitajiet fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Issa, jidhirli li fl-ipoteżi fejn jirriżulta li, minkejja l-ġeneralità tat-termini użati sabiex tiġi indikata taxxa, il-persuni suġġetti għal dik it-taxxa jkunu biss, <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT>, l-operaturi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew dawk li jibbenefikaw mid-drittijiet previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, l-imsemmija taxxa għandha titqies li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-konklużjoni tiegħi li l-impożizzjoni ta’ tariffi bħal dik li hija s-suġġett tal-proċedura prinċipali tabilħaqq taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, hekk kif indikajt qabel (ara l-punt 37 ta’ dawn il-konklużjonijiet), ikollu jiġi ddeterminat ukoll jekk tali taxxa hijiex ta’ tali natura li tikkomprometti l-effettività tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni kif ukoll id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għad fadalli niddetermina sa fejn it-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-taxxa inkwistjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni?</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-konklużjoni li t-taxxa inkwistjoni tabilħaqq taqa’ taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni u ladarba jiġi stabbilit li t-tariffa għandha bħala għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jiġi żgurat l-aqwa użu ta’ dawn ir-riżorsi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, ikollu jiġi deċiż, fir-rigward taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, jekk din tissodisfax, minn naħa waħda, il-kundizzjoni li tgħid li l-għan tagħha għandu jkun li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>jiġi żgurat l-aqwa użu ta’ dawn ir-riżorsi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, u min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit li t-tariffi għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b’relazzjoni ma’ l-iskop maħsub tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Għandu jiġi ppreċiżat li dawn huma kundizzjonijiet kumulattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa ċar li dan huwa l-kompitu esklużiv tal-qorti tar-rinviju, għandhom isiru xi preċiżazzjonijiet dwar is-sens ta’ dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-għan segwit permezz tal-impożizzjoni tat-taxxa inkwistjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fl-ewwel lok, jekk, indipendentement mill-għan ċar ta’ natura baġitarja segwita mir-regolament dwar it-taxxa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>L-espożizzjoni tal-motivi tar-regolament dwar it-taxxa fil-fatt tindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>hemm lok li jiġu mħarsa l-finanzi komunali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</P></NOTE>, ġiet ikkunsidrata debitament il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aqwa użu tal-faċilitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandha tippreżenta t-taxxa inkwistjoni, hemm lok, l-ewwel nett, li tiġi eżaminata n-natura oġġettivament iġġustifikata tat-tariffa. Fuq dan il-punt, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-ammont tat-tariffa huwiex marbut mal-intensità tal-użu tar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>riżorsa rari<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u mal-valur attwali u futur ta’ dak l-użu. Din l-evalwazzjoni teħtieġ li tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u teknoloġika tas-suq ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Belgacom <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑375/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:185">EU:C:2013:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura ruħha li l-imsemmija tariffa ġiet ikkalkolata abbażi tal-parametri marbuta man-neċessità li jiġi żgurat l-aqwa użu tar-riżorsi, bħall-intensità, it-tul ta’ żmien u l-valur<?PAGE NO="13"?> tal-użu mill-impriża tal-proprjetà kkonċernata jew ta’ użi oħra ta’ dawn il-proprjetajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone España u France Telecom España</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/11, C‑57/11 u C‑58/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:162">EU:C:2012:162</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mingħajr ma rrid nindaħal fl-evalwazzjoni definittiva li ser tiġi adottata fil-kawża prinċipali, jidhirli li tali eżami ma sarx. Lanqas ma ġie allegat, li l-ammont tat-taxxa inkwistjoni, li hija fil-forma ta’ somma f’daqqa, ġie ffissat abbażi ta’ kriterji marbuta mal-intensità tal-użu tar-riżorsi jew mal-valur ta’ dak l-użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tat-trasparenza tat-tariffa, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura ruħha li t-taxxa ġiet iffissata b’mod ċar u li jinftiehem permezz ta’ att aċċessibbli. Dik il-kundizzjoni, li barra minn hekk ma ġietx diskussa, tidher li ġiet issodisfatta f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-eżami tan-natura proporzjonali tat-tariffa inkwistjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura ruħha li t-tariffa ġiet iffissata f’livell xieraq, meta titqies in-neċessità li jiġi żgurat l-użu ta’ riżorsi rari. F’dan il-każ ukoll, mingħajr ma rrid nantiċipa l-evalwazzjoni li ser issir mill-qorti tar-rinviju, nibża’ li n-natura proporzjonali tat-taxxa hija nieqsa, meta titqies in-natura tagħha li hija purament fil-forma ta’ somma f’daqqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi vverifikat li t-tariffa ġiet iffissata b’mod mhux diskriminatorju, jiġifieri din ma twassalx biex sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu ttrattati b’mod differenti. B’hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk l-operaturi ta’ netwerks u ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli, humiex suġġetti għal oneru finanzjarju tal-istess livell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi b’dan il-mod għad-domanda preliminari tal-Qorti tal-Appell ta’ Mons:</TXT><P>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda tariffa speċifika li l-fatt taxxabbli tagħha jikkonsisti fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bħal piluni u arbli neċessarji għan-netwerks u għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, u li għalihom huma suġġetti l-operaturi tal-imsemmija servizzi u netwerks koperti minn awtorizzazzjoni li jkunu proprjetarji ta’ dawk il-faċilitajiet.</P><P>Sabiex tkun awtorizzata, tali tariffa għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-neċessità li jiġi żgurat l-aqwa użu tal-faċilitajiet u għandha tkun iġġustifikata oġġettivament, trasparenti, mhux diskriminatorja u proporzjonata. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura ruħha, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ ineżami u meta jitqiesu l-elementi oġġettivi mressqa quddiemha, li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>