European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5341

29.8.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11646 - CVC / CINVEN / PARTNER IN PET FOOD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5341)

1.   

Fl-20 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey),

—

Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited, li hija parti minn Cinven (“Cinven”, Guernsey),

—

Partner in Pet Food Hungaria Kft. (“Partner in Pet Food”, l-Ungerija), ikkontrollata minn Artemis Acquisitions Topco Limited (“Artemis Acquisitions”) (2).

CVC u Cinven se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Partner in Pet Food.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

CVC tipprovdi pariri dwar l-investiment dwar l-investimenti, jew timmaniġġjahom, f’isem ċerti fondi u veikoli ta’ investiment (“il-Fondi CVC”). Il-fondi tas-CVC għandhom interessi f’kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, is-sustanzi kimiċi, l-utilitajiet, il-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, fl-Ewropa, l-Istati Uniti u r-reġjun Asja-Paċifiku.

—

Cinven hija impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil diversi fondi tal-investiment. Il-kumpaniji fil-portafoll ta’ investimenti tal-fondi ta’ Cinven huma attivi f’firxa wiesgħa ta’ sottosetturi, prinċipalment is-servizzi kummerċjali, il-konsumaturi, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-industrija u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet;

3.   

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriża Partner in Pet Food huma dawn li ġejjin: Il-manifattura u l-provvista ta’ ikel industrijali għall-annimali domestiċi. Il-firxa ta’ prodotti tagħha tkopri diversi speċi ta’ annimali domestiċi, b’enfasi partikolari fuq il-qtates u l-klieb.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (3) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11646 - CVC / CINVEN / PARTNER IN PET FOOD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  L-attivitajiet ta’ Artemis Acquisitions huma limitati għal attivitajiet ta’ holding, it-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi skont id-dokumenti ta’ governanza u l-istabbiliment tal-parametri għall-istrateġija ta’ Partner in Pet Food.

(3)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5341/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)