Official Journal L 023 , 29/01/1973 P. 0004 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0089
Greek special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0033
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0089
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0199
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0199
Ir-Regolament (KEE) Nru 199/73 Tal-Kummissjoni tad–29 ta’ Diċembru 1972 li jissupplementa, għar-rigward taċ-ċereali, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2622/71, (KEE) Nru 837/72 u (KEE) Nru 1503/72 wara l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunitajiet Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat [1] dwar l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari Artikolu 153 ta’ l-Att [2] anness miegħu; Billi Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2622/71 [3] tad-9 ta’ Diċembru 1971 dwar regoli dettaljati li jirrigwardaw l-importazzjoni tas-segala mit-Turkija jeħtieġ approvazzjoni f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità kif oriġinarjament kostitwit fuq iċ-ċertifikat dwar ċaqlieq A. TR. 1; Billi Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 837/72 [4] ta’ l-24 ta’ April 1972 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali dwar levies u rifużjonijiet iffissati minn qabel għaċ-ċereali jeħtieġ approvazzjoni f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità kif oriġinarjament kostitwita dwar liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni meta dawn jiġu kanċellati kif stabbilit f’Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1503/72 [5] tat-13 ta’ Lulju 1972 li jkompli jemenda l-Anness tar-Regolament Nru 451/67/KEE li jistabbilixxi l-kwantità ta’ patata meħtieġa għall-produzzjoni ta’ 100 kilogramma ta’ lamtu jinkludi l-Anness b’intestaturi bl-erba’ ilsna uffiċjali tal-Komunità kif oriġinarjament kostitwita; Billi, minħabba t-tkabbir tal-Komunitajiet, ir-Regolamenti hawn fuq imsemmija għandhom jiġu emendati permezz taż-żjieda ta’ l-approvazzjonijiet u intestaturi Ingliżi u Daniżi, rispettivament, ma’ l-Artikoli u l-Anness in kwistjoni; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma miżjuda ma’ Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2622/71: "Taxxa speċjali dwar l-esportazzjoni taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1234/71 imħallas f’ammont ta’…". . Artikolu 2 Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 837/72: - "Iffissar minn qabel kanċellat skond ir-Regolament (KEE) Nru 837/72". - . Artikolu 3 Dan li ġej huwa miżjud ma’ l-intestaturi fil-kolonni ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1503/72: Piż taħt l-ilma ta’ 5050 g patata (grammi) | Kontenut ta’ lamtu fil-patata % | Kwantità ta’ patata meħtieġa għall-manifattura ta’ 100 kg lamtu (kg) | Prezz minimu free-at factory li jrid jitħallas mill-manifattura tal-patata għal 100 kg patata (u.a) | Prezz minimu li għandu jitħallas lil min ikabbar il-patata għal kull 100 kg patata (u.a) | Piż taħt l-ilma ta’ 5050 g patata (grammi) | Kontenut ta’ lamtu fil-patata % | Kwantità ta’ patata meħtieġa għall-manifattura ta’ 100 kg lamtu (kg) | Prezz minimu free-at factory li jrid jitħallas mill-manifattura tal-patata għal 100 kg patata (u.a) | Prezz minimu li għandu jitħallas lil min ikabbar il-patata għal kull 100 kg patata (u.a) | Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1973. Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 1973. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Diċembru 1972. Għall-Kummissjoni S. L. Mansholt Il-President [1] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 5. [2] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14. [3] ĠU L 271, ta’ l-10.12.1971, p. 22 [4] ĠU L 98, tal-25.4.1972, p. 10. [5] ĠU L 158, ta’ l-14.7.1972, p. 29. --------------------------------------------------