02017R2330 — MT — 15.12.2017 — 000.001

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2330

tal-14 ta' Diċembru 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-ħadid(II), tal-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, tal-fumarat tal-ħadid(II), tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-ħadid dekstran bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

▼B

(ĠU L 333 15.12.2017, p. 41)

Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 351, 30.12.2017, p.  202 (2017/2330 tal-14 ta' Diċembru)

▼B

▼C1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2330

tal-14 ta' Diċembru 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-ħadid(II), tal-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat, tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, tal-fumarat tal-ħadid(II), tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi, tal-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina u tal-kelat tal-ħadid (II) tal-idrat tal-gliċina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-ħadid dekstran bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003 u (KE) Nru 479/2006

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet speċjali tal-użu

Is-sustanzi awtorizzati speċifikati fl-Anness bħala addittivi fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti” ma għandhomx jintużaw fl-ilma tax-xorb.

Artikolu 3

Ċaħda

L-awtorizzazzjoni tal-ossidu ferriku huwa b'dan miċħud u s-sustanza ma għadhiex se tibqa' tintuża bħala addittiv fl-għalf nutrittiv.

Artikolu 4

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, mill-entrata E1 dwar l-element Fe tal-ħadid, l-addittivi li ġejjin, il-formoli u d-deskrizzjonijiet kimiċi jitħassru: “klorur ferriku eżaidrat”, “karbonat ferruż”, “kelat ferruż tal-idrat tal-aċidi ammiċi”, “fumarat ferruż”, “sulfat ferruż, ettaidrat”, “sulfat ferruż monoidrat” u “ossidu ferriku”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2006

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E1 dwar l-addittiv “Kelat ferruż tal-idrat tal-gliċina” titħassar.

Artikolu 6

Miżuri tranżitorji

1.  Is-sustanzi “klorur ferriku eżaidrat”, “karbonat ferruż”, “kelat ferruż tal-idrat tal-aċidi ammiċi”, “kelat ferruż tal-idrat tal-gliċina”, “fumarat ferruż”, “sulfat ferruż, ettaidrat”, “ossidu ferriku” u “sulfat ferruż monoidrat” kif awtorizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003 u tar-Regolament (KE) Nru 479/2006, u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u tikkettati qabel l-4 ta' Lulju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.  Il-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u tikkettati qabel l-4 ta' Jannar 2019 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li jipproduċu l-ikel.

3.  Il-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Jannar 2020 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li ma jipproduċux ikel.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Fe) f'mg/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jew tal-element (Fe) f'mg/jum jew ġimgħa

Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

3b101

Karbonat tal-ħadid (II) (siderite)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Trab li s-sors tiegħu huwa minerali li jittella' mill-minjieri, li fih iil-karbonat tal-ħadid(II), b'kontenut minimu ta' 70 % FeCO3 u b'kontenut totali ta' 39 % ħadid

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: FeCO3

In-numru CAS: 563–71–3

Metodi analitiċi (1)

Għall-identifikazzjoni tal-ħadid u tal-karbonat fl-addittiv tal-għalf:

— Monografija 2.3.1 tal-Farmakopea Ewropea;

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:

— Diffrazzjoni bir-raġġi-X;

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħnienes, l-għoġġiela, it-tiġieġ ta' età sa 14-il jum u d-dundjani ta' età sa 28 jum

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Il-karbonat tal-ħadid(II) jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

4.  Fuq it-tikkettar tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom l-addittiv, ġie indikat dan li ġej: “Jenħtieġ li l-karbonat tal-ħadid(II) ma jintużax bħala sors ta' ħadid għall-annimali żgħar minħabba l-bijodisponibbiltà limitata tiegħu.”

l-4 ta' Jannar 2028

3b102

—

Klorur tal-ħadid(III) eżaidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Klorur tal-ħadid(III) eżaidrat, fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' manganiż ta' 19 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: FeCl3·6H2O

In-numru CAS: 10025-77-1

Metodi analitiċi (1)

Għall-identifikazzjoni tal-ħadid u tal-klorur fl-addittiv tal-għalf:

— Monografija 2.3.1 tal-Farmakopea Ewropea;

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:

— Diffrazzjoni bir-raġġi-X;

Għall-kwantifikazzjoni tal-klorur ferriku eżaidrat fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bit-tijosulfat tas-sodju Eur Monografija 1515).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jiġu miftuma: 250 mg/jum (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Il-klorur tal-ħadid(III) eżaidrat jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita likwida lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

l-4 ta' Jannar 2028

3b103

—

Sulfat tal-ħadid (II) monoidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat tal-ħadid(III) monoidrat, fil-forma ta' trab jew bċejjeċ żgħar b'kontenut minimu ta' ħadid ta' 29 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: FeSO4·H2O

In-numru CAS: 17375–41–6

Metodi analitiċi (1)

Għall-identifikazzjoni tal-ħadid u tas-sulfati fl-addittiv tal-għalf:

— Monografija 2.3.1 tal-Farmakopea Ewropea;

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:

— Diffrazzjoni bir-raġġi-X;

Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bin-nitrat tal-ammonju u taċ-ċerju (Monografija tal-Farmakopea Ewropea 0083); jew

— titrazzjoni bid-dikromat tal-potassju (EN 889).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jinfatmu: 250 mg/jum (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Is-sulfat tal-ħadid(II) monoidrat jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

l-4 ta' Jannar 2028

3b104

—

Sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat, fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ħadid ta' 18 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: FeSO4·7H2O

In-numru CAS: 7782-63-0

Metodi analitiċi (1)

Għall-identifikazzjoni tal-ħadid u tas-sulfati fl-addittiv tal-għalf:

— Monografija 2.3.1 tal-Farmakopea Ewropea;

Għall-karatterizzazzjoni kristallografika tal-addittiv tal-għalf:

Diffrazzjoni bir-raġġi-X;

Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bin-nitrat tal-ammonju u taċ-ċerju (Monografija tal-Farmakopea Ewropea 0083); jew

— titrazzjoni mad-dikromat tal-potassju (EN 889).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jinfatmu: 250 mg/jum (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Is-sulfat tal-ħadid(II) ettaidrat jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

l-4 ta' Jannar 2028

3b105

Fumarat tal-ħadid (II)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Fumarat tal-ħadid(II), fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ħadid ta' 30 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: C4H2FeO4

In-numru CAS: 141-01-5

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-fumarat tal-ħadid (II) fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bis-sulfat taċ-ċerju (Monografija tal-Farmakopea Ewropea 0902).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jinfatmu: 250 mg/jum (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Il-fumarat tal-ħadid(II) jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

3b106

—

Kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-aċidi amminiċi

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kumpless tal-ħadid(II) tal-aċidu amminiku li fih il-ħadid u l-aċidi amminiċi li huma dderivati mill-proteina tas-sojja jiġu kelati permezz ta' rabtiet kovalenti koordinati, bħala trab b'kontenut minimu ta' ħadid ta' 9 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Fe(x)1–3·nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja.

Mhux aktar minn 10 % tal-molekuli li jaqbżu 1 500 Da.

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija tal-iskambju tal-joni kkombinata mad-derivazzjoni tan-ninidrin postkolonna u d-detezzjoni fotometrika (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness III, F);

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jinfatmu: 250 mg/jum (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Il-kelat tal-ħadid(II) tal-aċidi amminiċi jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

l-4 ta' Jannar 2028

3b107

—

Kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' 10 % ħadid.

Minimu ta' 50 % kelat tal-ħadid.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Fe(x)1–3·nH2O, x = anjonu ta' kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja.

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idrolizzati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija tal-iskambju tal-joni kkombinata mad-derivazzjoni tan-ninidrin postkolonna u d-detezzjoni fotometrika (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness III, F);

Għall-verifika kwalitattiva tal-kelazzjoni tal-ħadid fl-addittiv tal-għalf:

— Spettroskopija tat-tip Fourier Transformed Infrared (FTIR) segwita minn metodi ta' rigressjoni multivarjata (li trid tiġi aġġornata mill-EURL) (3).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jinfatmu: 250 mg/jum (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Il-kelat tal-ħadid(II) tal-idrolizzati tal-proteina jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

l-4 ta' Jannar 2028

3b108

—

Kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-gliċina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-gliċina fil-forma ta' trab b'kontenut minimu ta' ħadid ta' 15 %.

Indewwa: massimu ta' 10 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Fe(x)1-3·nH2O, x = anjonu tal-gliċina.

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija bi skambju tal-joni kkombinata mad-derivazzjoni tan-ninidrin postkolonna u d-detezzjoni fotometrika (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness III, F);

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Ovini: 500 (total (2))

Bovini u pollam: 450 (total (2))

Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jinfatmu: 250 mg/jum (total (2))

Annimali domestiċi: 600 (total (2))

Speċijiet oħra: 750 (total (2))

1.  Il-kelat tal-ħadid(II) tal-idrat tal-gliċina jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv fil-forma ta' preparazzjoni.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

l-4 ta' Jannar 2028

3b110

Dekstran tal-ħadid 10 %

Kompożizzjoni tal-addittiv

Soluzzjoni milwiema kollojdali tad-dekstran tal-ħadid b'25 % dekstran, (10 % total ta' ħadid, 15 % dekstran), 1,5 % klorur tas-sodju, 0,4 % fenol u 73,1 % ilma

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Dekstran tal-ħadid

Formula kimika: (C6H10O5)n·[Fe(OH)3]m

Isem IUPAC: kumpless tad-dekstran u tal-idrossidu ferriku

(α,3-α1,6 glukan)

In-numru CAS: 9004-66-4

Metodi analitiċi (1)

Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:

— Monografiji tal-Farmakopea tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti fir-rigward tad-Dekstran tal-Ħadid.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, l-Anness IV-C); jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku, AAS (EN ISO 6869); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament, ICP-AES (EN 15510); jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara diġestjoni taħt pressjoni, ICP-AES (CEN/TS 15621).

Ħnienes mhux miftuma

—

—

200 mg/jum darba fl-ewwel ġimgħa wara t-twelid u 300 mg/jum darba fit-tieni ġimgħa wara t-twelid

1.  Għall-utenti tal-addittiv, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv għandu jintuża b'tagħmir personali protettiv adattat.

2.  Indika fl-istruzzjonijiet tal-użu:

— “L-addittiv għandu jintema' biss individwalment direttament permezz ta' għalf komplimentarju.”

— “L-addittiv m'għandux jiġi amministrat lill-ħnienes nieqsa mill-Vitamina E u/jew mis-selenju.”

— “L-użu simultanju ta' komposti tal-ħadid oħra għandu jiġi evitat waqt il-perjodu ta' amministrazzjoni (l-ewwel ġimagħtejn wara t-twelid) ta' dekstran tal-ħadid 10 %.

l-4 ta' Jannar 2028

(1)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)   L-ammont ta' ħadid inert m'għandux jitqies fil-kalkolu tal-kontenut totali tal-ħadid fl-għalf.

(3)   Il-metodu jista' jiġi ssupplimentat b'metodu ieħor. F'dan il-każ, il-Laboratorju ta' Referenza jaġġorna r-rapport ta' evalwazzjoni tiegħu u jippubblika l-metodu applikabbli fuq: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports