31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/627/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/628/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/630/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“31eba.

32010 D 0578: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 254, 29.9.2010, p. 46).

31ebb.

32012 D 0627: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/627/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 30).

31ebc.

32012 D 0628: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/628/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 32).

31ebd.

32012 D 0630: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/630/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 278, 12.10.2012, p. 17).”

2.

It-test tal-punt 31ec (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimetazzjoni 2012/627/UE, 2012/628/UE u 2012/630/UE bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 274, 9.10.2012, p. 30.

(2)   ĠU L 274, 9.10.2012, p. 32.

(3)   ĠU L 278, 12.10.2012, p. 17.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(4)   ĠU L 161, 21.6.2012, p. 26.


Dikjarazzjoni Konġunta min-naħa tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunta taż-ŻEE Nru 84/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li tinkorpora d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/627/UE, 2012/628/UE u 2012/630/UE fil-Ftehim ŻEE

“Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/627/UE, 2012/628/UE u 2012/630/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 jittrattaw l-ekwivalenza għall-pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta’ dawn id-Deċiżjonijiet hija mingħajr ħsara għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.”