<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-595/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0595</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:73">EU:C:2021:73</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20210127">27.1.2021</DATE> – Kawża C‑595/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20210127">27 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23(2)</KEYWORD><KEYWORD>Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ kumpannija lil oħra</KEYWORD><KEYWORD>Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti</KEYWORD><KEYWORD>Entità li tikkontrolla 100 % tad-drittijiet tal-vot assoċjati mal-azzjonijiet ta’ kumpannija oħra</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑595/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fil‑<DATE ISO="20180921">21 ta’ Settembru 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Goldman Sachs Group Inc</HT>., stabbilita f’New York (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn A. Mangiaracina, avvocatessa, u J. Koponen, advokat,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-proċedura li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Rossi, C. Sjödin, T. Vecchi u J. Norris, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Prysmian SpA</HT>, stabbilita f’Milano (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Prysmian Cavi e Sistemi Srl</HT>, stabbilita f’Milano,</P><P>irrappreżentati minn C. Tesauro u L. Armati, avvocati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, A. Kumin, T. von Danwitz, P. G. Xuereb (Relatur) u I. Ziemele, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, The Goldman Sachs Group Inc. titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni (T‑419/14, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:445">EU:T:2018:445</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha intiż, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 final tat‑<DATE ISO="20140402">2 ta’ April 2014</DATE> dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610) – Kejbils tal-elettriku (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn din tikkonċernaha, u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jiksru l-Artikolu [101] jew l-Artikolu [102 TFUE] […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-Deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża, esposti fil-punti 1 sa 22 u 47 tas-sentenza appellata, jistgħu, għall-ħtiġijiet ta’ din il-kawża, jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-appellanti, The Goldman Sachs Group, Inc., hija kumpannija stabbilita fl-Istati Uniti li taġixxi bħala bank ta’ investiment li jopera fiċ-ċentri finanzjarji prinċipali madwar id-dinja. Mid‑<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> sat‑<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, permezz tal-fondi GS Capital Partners V (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>fondi GSCP V<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u ta’ kumpanniji intermedjarji oħra, hija kienet il-kumpannija omm (indiretta) ta’ Prysmian SpA kif ukoll tas-sussidjarja kkontrollata integralment minnha, Prysmian Cavi e Sistemi Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>PrysmianCS<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li kienet Pirelli Cavi e Sistemi Energia SpA, u sussegwentement Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl. Prysmian u PrysmianCS, żewġ kumpanniji stabbiliti fl-Italja, jikkostitwixxu flimkien il-grupp Prysmian, operatur globali fis-settur tal-kejbils tal-elettriku taħt il-baħar u taħt l-art.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Filwaqt li s-sehem tal-appellanti fil-kapital ta’ Prysmian kien inizjalment ta’ 100 % tal-ishma, il-livell ta’ dan is-sehem naqas, wara żewġ trasferimenti ta’ ishma li saru fis‑<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE> u fil‑<DATE ISO="20060721">21 ta’ Lulju 2006</DATE> sabiex inizjalment jammonta għal 91.1 % u, sussegwentement, għal 84.4 % sat‑<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, data li fiha parti mill-ishma ta’ Prysmian tqiegħdu fil-Borża ta’ Milan (l-Italja) permezz ta’ offerta pubblika inizjali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>OPI<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fi tmiem proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3), il-Kummissjoni adottat, fit‑<DATE ISO="20140402">2 ta’ April 2014</DATE>, id-Deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonstatat li l-appellanti u 25 kumpannija oħra, inklużi Prysmian u PrysmianCS, kienu pparteċipaw f’akkordju, li kien jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fis-settur tal-kejbils tal-elettriku b’vultaġġ għoli (ħafna) ta’ taħt l-art u/jew ta’ taħt il-baħar (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ksur inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-appellanti ġiet irrikonoxxuta responsabbli għall-ksur inkwistjoni, fl-Artikolu 1(5)(c) tad-Deċiżjoni kontenzjuża, bħala kumpannija omm ta’ Prysmian u ta’ Prysmian Cavi e Sistemi Energia matul il-perijodu mid‑<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> sat‑<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>perijodu tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżumiet, minn naħa, li Prysmian kienet eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Prysmian Cavi e Sistemi Energia fis-suq matul dan il-perijodu, u, min-naħa l-oħra, li l-appellanti kienet eżerċitat, bejn id‑<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> u t‑<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Prysmian u, konsegwentement, ta’ Prysmian Cavi e Sistemi Energia fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tal-analiżi tar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali tal-appellanti mas-sussidjarji tagħha, li din kienet effettivament eżerċitat influwenza determinati fuq l-aġir ta’ Prysmian fis-suq u, konsegwentement, ta’ Prysmian Cavi e Sistemi Energia matul il-perijodu tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif jirriżulta mill-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni imponiet fuq l-appellanti multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">37303000</FT>, flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Prysmian u PrysmianCS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE>, l-appellanti ppreżentat rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn tikkonċernaha, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħha għall-annullament tad-Deċiżjoni kontenzjuża, l-appellanti qajmet, quddiem il-Qorti Ġenerali, ħames motivi, fosthom b’mod partikolari l-ewwel wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Qorti Ġenerali awtorizzat l-intervent ta’ Prysmian u ta’ PrysmianCS insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, li l-Kummissjoni kienet korretta meta bbażat ruħha, fir-rigward tal-perijodu mid‑<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> sat‑<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-appellanti fuq l-aġir ta’ Prysmian u ta’ Prysmian Cavi e Sistemi Energia fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-Qorti Ġenerali, meta kumpannija omm ikollha d-drittijiet tal-vot kollha assoċjati mal-azzjonijiet tas-sussidjarja tagħha, b’mod partikolari flimkien ma’ sehem b’maġġoranza kbira fil-kapital tal-imsemmija sussidjarja, bħal f’dan il-każ, l-imsemmija kumpannija omm tkun tinsab f’sitwazzjoni analoga għal dik tal-proprjetarju esklużiv ta’ din is-sussidjarja, b’mod li l-kumpannija omm tkun f’pożizzjoni li tiddetermina l-istrateġija ekonomika u kummerċjali tas-sussidjarja, anki jekk hija ma jkollhiex it-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital azzjonarju ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni setgħet tqis, mingħajr ma twettaq żball, li l-appellanti kienet eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Prysmian u ta’ Prysmian Cavi e Sistemi Energia fis-suq matul il-perijodu kollu tal-ksur, billi bbażat ruħha, l-ewwel, fuq is-setgħa ta’ ħatra tal-membri tad-diversi bordijiet ta’ diretturi ta’ Prysmian, miżmuma mill-appellanti, it-tieni, fuq is-setgħa tal-appellanti li tlaqqa’ lill-azzjonisti ta’ Prysmian għal-laqgħat u li tipproponi r-revoka tad-diretturi jew ta’ bordijiet ta’ diretturi sħaħ ta’ din tal-aħħar, it-tielet, fuq is-setgħat iddelegati tad-diretturi tal-fergħa tal-investiment dirett tad-diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Merchant Banking<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Principal Investment Area<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>PIA<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) tal-appellanti fi ħdan il-bordijiet ta’ diretturi ta’ Prysmian u l-involviment tagħhom fil-kumitat strateġiku ta’ din tal-aħħar, ir-raba’, fuq il-fatt li l-appellanti kienet tirċievi aġġornamenti regolari u rapporti mensili min-naħa ta’ Prysmian, il-ħames, fuq il-miżuri elenkati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża intiżi sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta’ kontroll deċiżiv mill-appellanti wara l-OPI u, is-sitt, fuq il-prova li l-appellanti kienet aġixxiet bħala proprjetarju industrijali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla, b’mod sħiħ jew parzjalment (pereżempju, minn Mejju jew minn Novembru 2007, meta l-appellanti u s-sussidjarji tagħha kellhom biss rispettivament bejn wieħed u ieħor 45 % u 26 % tal-azzjonijiet ta’ Prysmian) l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni kontenzjuża sa fejn jikkonċernawha, u/jew</P></ITEM><ITEM><P>tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, kif ukoll</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u tal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Prysmian u PrysmianCS jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-intervent tagħhom insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn l-appellanti nżammet responsabbli għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni mwettaq minn Prysmian u minn PrysmianCS matul il-perijodu ta’ bejn id‑<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> u t‑<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>perijodu qabel l-OPI<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn l-appellanti nżammet responsabbli għal dan l-istess ksur għall-perijodu mit‑<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE> sat‑<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>perijodu wara l-OPI<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Barra minn hekk, l-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħtiha l-benefiċċju ta’ kull tnaqqis tal-multa mogħti lil Prysmian u lil PrysmianCS, billi tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ dawn tal-aħħar, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell ippreżentat mill-imsemmija kumpanniji mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑475/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:448">EU:T:2018:448</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħha, li jirrigwarda l-punti 49, 50 u 52 tas-sentenza appellata, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball sa fejn hija kienet żammet lill-appellanti responsabbli għall-ksur inkwistjoni, għall-perijodu qabel l-OPI, billi bbażat ruħha fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-appellanti fuq Prysmian u PrysmianCS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti ssostni li s-sehem tagħha fil-fondi GSCP V kien ta’ madwar 33 % biss, peress li l-kumplament tal-kapital kien miżmum minn investituri terzi indipendenti. Barra minn hekk, is-sehem ta’ dawn il-fondi fil-kapital ta’ Prysmian kien jammonta, matul il-perijodu qabel l-OPI, u bl-eċċezzjoni tal-ewwel 41 ġurnata, qabelxejn, għal madwar 91 %, u mbagħad għal madwar 84 %. Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti hija applikabbli biss meta l-kumpannija omm ikollha t-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital tas-sussidjarja tagħha. Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li, meta kumpannija omm ikollha d-drittijiet tal-vot kollha assoċjati mal-azzjonijiet<?PAGE NO="6"?> tas-sussidjarja tagħha, b’mod partikolari flimkien ma’ sehem b’maġġoranza kbira fil-kapital ta’ din is-sussidjarja, l-imsemmija kumpannija omm tkun tinsab f’sitwazzjoni analoga għal dik tal-proprjetarju esklużiv ta’ din is-sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ma tistax tapplika f’tali ċirkustanzi, konformement mal-prinċipju fundamentali li l-preżunzjonijiet għandhom jiġu applikati b’mod restrittiv. F’dan ir-rigward, l-approċċ tal-Qorti Ġenerali ma huwiex konformi mas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:536">EU:C:2009:536</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ tali preżunzjoni. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali hija żbaljata fid-dawl tal-għan tal-imsemmija preżunzjoni, peress li hija tissostitwixxi l-prova faċli tal-eżistenza ta’ sehem li jirrigwarda t-totalità tal-ishma, permezz ta’ konsultazzjoni rapida tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, li twassal għal ċertezza legali u hija faċilment applikabbli, permezz ta’ dimostrazzjoni ddettaljata tal-eżistenza ta’ elementi speċifiċi għall-każ inkwistjoni li jippermettu lill-kumpannija omm teżerċita effettivament influwenza determinanti. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali adottat interpretazzjoni dijametrikament opposta fir-rigward tal-istess sussidjarja u l-istess ksur fis-sentenza tagħha tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pirelli &amp; C. vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑455/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:450">EU:T:2018:450</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta minn Prysmian u PrysmianCS, tikkontesta dan l-argument. Hija ssostni li l-argument tal-appellanti li jgħid li, peress li hija kellha biss 33 % tal-kapital tal-fondi GSCP V, il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ma tistax tapplika f’dan il-każ, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli peress li ma ġiex ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa infondat, peress li l-appellanti kienet tikkontrolla waħedha u totalment id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-investimenti tal-fondi GSCP V.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha, l-appellanti ssostni li, quddiem il-Qorti Ġenerali, hija sostniet espliċitament li s-sjieda benefiċjarja li hija kellha fuq il-fondi GSCP V kienet insuffiċjenti sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-argument tal-appellanti li jgħid li l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti, irrikonoxxuta mill-ġurisprudenza, ma kinitx applikabbli f’dan il-każ, peress li s-sehem tagħha fil-fondi GSCP V kien ta’ madwar 33 % biss, fejn il-bqija tal-kapital ta’ dawn il-fondi kienet miżmuma minn investituri terzi indipendenti, għandu jitfakkar li, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punti 48 u 64 tas-sentenza appellata, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tal-appellanti fuq l-aġir ta’ Prysmian u, indirettament, ta’ PrysmianCS, billi bbażat ruħha mhux fuq il-livell ta’ sehem tal-appellanti fil-kapital ta’ Prysmian iżda fuq il-konstatazzjoni li l-appellanti kienet tikkontrolla d-drittijiet tal-vot kollha assoċjati mal-azzjonijiet ta’ Prysmian.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, fl-appell tagħha, l-appellanti la tikkontesta din il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali u lanqas li hija kompliet tikkontrolla 100 % tal-imsemmija drittijiet tal-vot, matul il-perijodu qabel l-OPI, anki wara t-trasferimenti tal-ishma ta’ Prysmian fis‑<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE> u fil‑<DATE ISO="20060721">21 ta’ Lulju 2006</DATE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument tal-appellanti bbażat fuq il-fatt li s-sehem tagħha fil-fondi GSCP V kien ta’ madwar 33 % biss għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-argument tal-appellanti dwar il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-aġir ta’ sussidjarja jista’ jiġi imputat lill-kumpannija omm b’mod partikolari meta, minkejja li għandha personalità ġuridika distinta, din is-sussidjarja ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, iżda tapplika essenzjalment l-istruzzjonijiet mogħtija lilha mill-kumpannija omm, b’mod partikolari fid-dawl tar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet ġuridiċi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Fresh Del Monte Produce</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/13 P u C‑294/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:416">EU:C:2015:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li, fil-każ speċifiku fejn kumpannija omm ikollha direttament jew indirettament it-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital tas-sussidjarja tagħha li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, minn naħa, din il-kumpannija omm tista’ teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja u, min-naħa l-oħra, teżisti preżunzjoni konfutabbli li l-imsemmija kumpannija omm teżerċita effettivament tali influwenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni turi li t-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital ta’ sussidjarja tkun miżmuma mill-kumpannija omm tagħha sabiex ikun jista’ jiġi preżunt li din tal-aħħar teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ din is-sussidjarja. Sussegwentement, il-Kummissjoni tkun tista’ tqis li l-kumpannija omm hija responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, sakemm din il-kumpannija omm, li għandha l-oneru li tikkonfuta din il-preżunzjoni, ma tipproduċix provi suffiċjenti li juru li s-sussidjarja tagħha taġixxi b’mod awtonomu fis-suq (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Pirelli &amp; C. vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑611/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:868">EU:C:2020:868</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sakemm ma tiġix ikkonfutata, tali preżunzjoni timplika, għaldaqstant, li l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarja tagħha jitqies li huwa stabbilit u huwa l-bażi li fuqha l-Kummissjoni żżomm lil din tal-ewwel responsabbli għall-aġir tat-tieni, mingħajr ma jkollha għalfejn tipproduċi kwalunkwe prova addizzjonali. L-implimentazzjoni tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti b’hekk ma hijiex suġġetta għall-produzzjoni ta’ indizji supplimentari dwar l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza tal-kumpannija omm (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Global Steel Wire <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑457/16 P u C‑459/16 P sa C‑461/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:819">EU:C:2017:819</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ċertament, huwa paċifiku li l-appellanti ma kellhiex, matul il-perijodu qabel l-OPI, it-totalità tal-kapital ta’ Prysmian, peress li s-sehem tal-fondi GSCP V fil-kapital ta’ Prysmian kien jammonta, kif jirriżulta mill-punt 47 tas-sentenza appellata, matul dan il-perijodu, u bl-eċċezzjoni tal-ewwel 41 jum, qabelxejn, għal madwar 91 %, u sussegwentement għal madwar 84 %. Huwa paċifiku wkoll li, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma qisitx li dan is-sehem kien ifisser li l-appellanti kellha l-kważi totalità tal-kapital ta’ Prysmian.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 31 sa 33 ta’ din is-sentenza jirriżulta li ma hijiex is-sempliċi żamma tat-totalità jew tal-kważi totalità tal-kapital tas-sussidjarja fiha nnifisha li tikkostitwixxi l-bażi tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti, iżda l-grad ta’ kontroll tal-kumpannija omm fuq is-sussidjarja tagħha li din iż-żamma timplika. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali setgħet, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi, tqis, essenzjalment, fil-punt 50 tas-sentenza appellata, li kumpannija omm li għandha d-drittijiet<?PAGE NO="8"?> tal-vot kollha assoċjati mal-azzjonijiet tas-sussidjarja tagħha tinsab, f’dan ir-rigward, f’sitwazzjoni analoga għal dik ta’ kumpannija li jkollha t-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital tas-sussidjarja, b’tali mod li l-kumpannija omm tkun f’pożizzjoni li tiddetermina l-istrateġija ekonomika u kummerċjali tas-sussidjarja. Fil-fatt, kumpannija omm li jkollha d-drittijiet tal-vot kollha assoċjati mal-azzjonijiet tas-sussidjarja tagħha tista’, bħal kumpannija omm li jkollha t-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital tas-sussidjarja tagħha, teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li, peress li kumpannija omm għandha d-drittijiet tal-vot kollha assoċjati mal-azzjonijiet tas-sussidjarja tagħha, il-Kummissjoni tista’ tibbaża ruħha fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ta’ din il-kumpannija omm fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti mqajma mill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata fuq is-sussidjarja mill-kumpannija omm tagħha hija intiża, b’mod partikolari, sabiex jinstab ekwilibriju bejn, minn naħa, l-importanza tal-għan li jiġi miġġieled l-aġir li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari kontra l-Artikolu 101 KE, u ta’ prevenzjoni tas-seħħ mill-ġdid tiegħu u, min-naħa l-oħra, ir-rekwiżiti ta’ ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni bħal, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ individwalità tal-pieni u ta’ ċertezza legali kif ukoll id-drittijiet tad-difiża, inklużi l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Schindler Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑501/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:522">EU:C:2013:522</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ċertament, kif issostni l-appellanti, l-identifikazzjoni tal-persuni li għandhom il-voti assoċjati mal-azzjonijiet ta’ kumpannija tista’, jekk ikun il-każ, tirriżulta iktar diffiċli mid-determinazzjoni tal-persuni li lilhom jappartjenu dawn l-azzjonijiet. Madankollu, minn naħa, xejn ma jindika li tali diffikultajiet jistgħu jippreġudikaw iċ-ċertezza legali. Fil-fatt, kumpannija omm li, mingħajr ma jkollha t-totalità jew il-kważi totalità tal-azzjonijiet tas-sussidjarja tagħha, tkun irriżervat jew akkwistat id-drittijiet tal-vot kollha assoċjati ma’ dawn l-azzjonijiet, ma tistax, evidentement, tinjora li dan huwa l-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni bl-ebda mod ma hija obbligata tibbaża ruħha esklużivament fuq l-imsemmija preżunzjoni. Fil-fatt, xejn ma jipprekludi lil din l-istituzzjoni milli tistabbilixxi l-eżerċizzju effettiv, minn kumpannija omm, ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha permezz ta’ provi oħra jew permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tali provi mal-imsemmija preżunzjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Global Steel Wire <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑457/16 P u C‑459/16 P sa C‑461/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:819">EU:C:2017:819</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tieni nett, mhux biss l-appellanti ma tispjegax kif l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali f’dan il-każ hija kontradittorja ma’ dik li hija adottat f’sentenza preċedenti, iżda tali argument huwa ineffettiv, peress li l-Qorti Ġenerali ġustament sostniet, kif jirriżulta mill-punti 31 sa 36 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tagħha, li tirrigwarda l-punti 71 sa 78 tas-sentenza appellata, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, talli qieset, b’mod żbaljat, li hija kellha tikkonfuta, għal dak li jirrigwarda l-perijodu qabel l-OPI, il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha fis-suq, peress li din ma setgħetx teżiġi minnha li tikkonfuta preżunzjoni li ma kinitx tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali, billi għamlet interpretazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti legali applikabbli f’dan il-każ, naqset milli tevalwa korrettament l-argumenti mressqa u l-provi prodotti mill-appellanti sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti tosserva, l-ewwel, li l-ftit provi ċċitati mill-Qorti Ġenerali ma humiex ta’ natura li juru li l-fondi GSCP V kellhom aġir differenti minn dak ta’ sempliċi investitur finanzjarju. It-tieni, billi ċaħdet l-argument tal-appellanti, li jgħid li l-politika kummerċjali ta’ Prysmian kienet iddeterminata mit-tim maniġerjali tagħha, għar-raġuni li l-appellanti ma pprovdietx posta elettronika jew minuti speċifiċi li jikkonfermaw dan l-argument, il-Qorti Ġenerali imponitilha <HT TYPE="ITALIC">probatio diabolica</HT>. It-tielet, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ma tat ebda importanza lill-assenza ta’ kwalunkwe riferiment għall-fondi GSCP V jew għall-appellanti fit-tweġiba ta’ Prysmian għal talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali qieset, mingħajr ġustifikazzjoni, li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ indipendenza u ta’ assenza ta’ kontroll li saru dak iż-żmien mill-bord tad-diretturi ta’ Prysmian kienu foloz u kienu saru bi ksur tad-dritt Taljan. Il-ħames, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ċaħdet l-argument tagħha li jgħid li l-fondi GSCP V ma kinux taw istruzzjonijiet lil Prysmian, għar-raġuni li dan l-argument ġie ppreżentat b’mod inkoerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta minn Prysmian u PrysmianCS, topponi dawn l-argumenti. Fil-fehma tagħha, l-argument tal-appellanti dwar l-eżami tal-provi li hija pproduċiet sabiex tikkonfuta l-applikazzjoni tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti huwa intiż fir-realtà sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja twettaq evalwazzjoni ġdida ta’ dawn il-provi u għalhekk huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li l-argument tal-appellanti dwar l-allegata inverżjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-oneru tal-prova huwa bbażat fuq il-premessa li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha, f’dan il-każ, fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti sabiex iżżomm lill-appellanti responsabbli għall-ksur inkwistjoni għal dak li jirrigwarda l-perijodu qabel l-OPI. Issa, peress li, kif jirriżulta mill-punt 36 ta’ din is-sentenza, is-sentenza appellata ma hija vvizzjata minn ebda żball ta’ liġi f’dan ir-rigward, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell għandu jkun limitat għal punti ta’ dritt. Il-Qorti Ġenerali biss għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi. Għalhekk, l-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn<?PAGE NO="10"?> il-provi ma hijiex, mingħajr preġudizzju għall-każ tal-iżnaturament tagħhom, punt ta’ liġi li, bħala tali, huwa suġġett għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑98/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:774">EU:C:2018:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-setgħa ta’ stħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula mill-Qorti Ġenerali testendi, b’mod partikolari, għall-kwistjoni dwar jekk ir-regoli fil-qasam tal-oneru u tal-amministrazzjoni tal-prova ġewx osservati (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑623/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:21">EU:C:2017:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Makhlouf vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑458/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:441">EU:C:2018:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li, f’dan il-każ, l-appellanti ma invokat ebda żnaturament tal-fatti u tal-provi mill-Qorti Ġenerali, l-argumenti tagħha dwar l-eżami tal-provi invokati sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, sa fejn l-argumenti mqajma fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel aggravju jistgħu jitqiesu bħala ammissibbli skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 48 u 49 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi osservat, l-ewwel, kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 70 u 71 tas-sentenza appellata, ma imponietx <HT TYPE="ITALIC">probatio diabolica</HT> fuqha, iżda essenzjalment illimitat ruħha li tfakkar li l-oneru tal-prova sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni inkwistjoni kien jaqa’ fuq l-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma qieset, fil-punti 73 u 74 tas-sentenza appellata, li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ indipendenza magħmula mill-bord tad-diretturi ta’ Prysmian kienu foloz u kienu kuntrarji għad-dritt Taljan. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat biss li dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux, fihom innifishom, jistgħu jistabbilixxu l-veraċità tal-kontenut tagħhom u li l-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti kellu jiġi evalwat abbażi ta’ provi konkreti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>It-tielet, għalkemm l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ċaħdet b’mod żbaljat l-argument tagħha, imsemmi fil-punt 50 tar-rikors promotur, li jgħid li l-fondi GSCP V ma kinux taw istruzzjonijiet lil Prysmian, għandu jiġi rrilevat li hija ma tispjegax kif il-Qorti Ġenerali setgħet tifhem il-portata tagħhom kuntrarjament għal dak li indikat fil-punt 76 tas-sentenza appellata u lanqas liema provi hija naqset milli teżamina f’dan ir-rigward, filwaqt li għandu jiġi osservat li hija wieġbet għall-argument li l-appellanti rreferiet għalih, f’dan il-punt ta’ dan ir-rikors, fil-kuntest tat-tieni parti tal-aggravju inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Isegwi li t-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti tal-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, li tgħid li hija kienet effettivament eżerċitat influwenza determinanti fuq Prysmian matul il-perijodu qabel l-OPI.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, Prysmian u PrysmianCS iqisu li din il-parti hija inammissibbli, għar-raġuni li hija tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja twettaq evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi eżaminati fl-ewwel istanza. Fi kwalunkwe każ, din il-parti hija infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, hekk kif jirriżulta mill-punti 9 u 10 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq bażi doppja sabiex iżżomm lill-appellanti responsabbli għall-ksur inkwistjoni matul il-perijodu qabel l-OPI. Minn naħa, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti, għar-raġuni li l-appellanti kellha d-drittijiet tal-vot kollha assoċjati mal-azzjonijiet ta’ Prysmian. Min-naħa l-oħra, hija qieset li l-appellanti kienet effettivament eżerċitat tali influwenza fuq Prysmian.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-appellanti għall-ksur inkwistjoni fir-rigward tal-perijodu qabel l-OPI. Barra minn hekk, mill-eżami tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju jirriżulta li l-Qorti Ġenerali lanqas ma wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet, f’dan il-każ, li l-appellanti ma rnexxilhiex tikkonfuta din il-preżunzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tielet parti tal-ewwel aggravju, li tirrigwarda l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali għal dak li jirrigwarda t-tieni bażi li fuqha l-Kummissjoni bbażat ruħha sabiex iżżomm lill-appellanti responsabbli għall-ksur inkwistjoni fil-perijodu qabel l-OPI, għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li l-ewwel aggravju jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tieni aggravju, li jirrigwarda l-punti 81 sa 144 tas-sentenza appellata, jinkludi tliet partijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tat-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, l-ewwel, meta bbażat ruħha, sabiex tikkonferma l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li r-responsabbiltà tal-appellanti setgħet tinżamm ukoll għall-perijodu wara l-OPI, fuq provi applikabbli għall-perijodu qabel l-OPI, it-tieni, billi affermat biss li l-OPI ma kienet biddlet xejn, u, it-tielet, billi qalbet, fil-prattika, l-oneru tal-prova għad-detriment tal-appellanti. Issa, l-OPI ta’ Prysmian ikkostitwixxiet bidla deċiżiva għal din il-kumpannija. Mit‑<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, il-fondi GSCP V kellhom biss madwar 46 % tal-kapital ta’ Prysmian u dan is-sehem laħaq biss madwar 26 % fit‑<DATE ISO="20071112">12 ta’ Novembru 2007</DATE>. Barra minn hekk, mit‑<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, Prysmian kienet suġġetta għal obbligu ta’ trasparenza fir-rigward tas-suq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>L-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali jikkontradixxi wkoll it-tagħlim li jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punt 34 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑155/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:446">EU:C:2016:446</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li jgħid li, minn naħa, hija dik il-qorti, sabiex tevalwa jekk sussidjarja tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq jew jekk tapplikax essenzjalment l-istruzzjonijiet li jingħatawlha mill-kumpannija omm tagħha, li għandha twettaq evalwazzjoni li tirrigwarda fatti li seħħew fil-perijodu tal-ksur u, min-naħa l-oħra, li elementi li jirrigwardaw perijodu ieħor jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni biss bil-kundizzjoni li l-Qorti Ġenerali tkun tista’ tistabbilixxi r-rilevanza ta’ dawn l-elementi għall-perijodu kkonċernat u li ma tittrasponix awtomatikament għal dan il-perijodu l-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat din il-ġurisprudenza billi għamlet riferiment, fil-punti 93, 94 u 133 tas-sentenza appellata, minn naħa, għall-unika okkażjoni, li seħħet wara l-perijodu tal-ksur, fejn il-fondi GSCP V irrevokaw il-ħatra ta’ membri tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian u, min-naħa l-oħra, għall-fatt li l-bord tad-diretturi maħtur qabel l-OPI baqa’ fis-seħħ mingħajr tibdil wara l-OPI, peress li l-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ elementi ma kellu effett fuq l-allegat eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-appellanti fuq Prysmian matul il-perijodu wara l-OPI. Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ma kellhiex tibbaża ruħha, fil-punt 92 tas-sentenza appellata, fuq kontroll tad-drittijiet tal-vot jew fuq sehem maġġoritarju fi ħdan il-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Prysmian, peress li dawn ma kinux għadhom jeżistu matul il-perijodu wara l-OPI. Barra minn hekk, filwaqt li tammetti li, sabiex tkun tista’ timputa l-aġir ta’ sussidjarja lill-kumpannija omm, il-Kummissjoni ma tistax sempliċement tikkonstata li l-kumpannija omm hija f’pożizzjoni li teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha, iżda għandha wkoll tivverifika jekk din l-influwenza ġietx effettivament eżerċitata, il-Qorti Ġenerali bbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq elementi li jistgħu, l-iktar l-iktar, juru setgħa li tiġi eżerċitata ċerta influwenza u vvalidat il-konklużjonijiet li huma bbażati fuq il-komunikazzjonijiet parzjali ta’ Prysmian.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-tieni aggravju huwa inammissibbli, għar-raġuni li jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex twettaq evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi eżaminati fl-ewwel istanza. F’kull każ, dan l-aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Prysmian u PrysmianCS isostnu li l-ewwel parti tat-tieni aggravju ma hijiex fondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għall-finijiet tal-eżami tal-punt dwar jekk il-kumpannija omm tistax teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha fis-suq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti relatati mar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali li jgħaqqdu lis-sussidjarja mal-kumpannija omm tagħha u, għalhekk, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-realtà ekonomika. Barra minn hekk, l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq l-aġir tas-sussidjarja jista’ jiġi dedott minn sensiela ta’ elementi konkordanti, anki jekk ebda wieħed minn dawn l-elementi, meħud waħdu, ma huwa biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali influwenza (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑623/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:21">EU:C:2017:21</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, fil-kuntest ta’ dan l-eżerċizzju, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tagħmel evalwazzjoni fuq il-fatti li seħħew fil-perijodu tal-ksur, iżda bla ħsara għall-possibbiltà li tibbaża ruħha fuq elementi relatati ma’ perijodu preċedenti għalih, bil-kundizzjoni li tkun tista’ tistabbilixxi r-rilevanza ta’ dawn l-elementi għall-perijodu tal-ksur u ma tittrasponix awtomatikament għal dan il-perijodu l-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta’ elementi preċedenti għal dan tal-aħħar (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:446">EU:C:2016:446</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, C‑155/14, punt 34).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, sa fejn permezz tal-argumenti tagħha fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tieni aggravju l-appellanti tikkritika, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali talli bbażat ruħha, matul dan l-eżami, fuq elementi irrilevanti għall-perijodu inkwistjoni u talli qalbet l-oneru tal-prova, dawn l-argumenti jikkonċernaw punti ta’ dritt li jistgħu jitqajmu fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-argumenti intiżi li jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-provi magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ dan l-eżami ma humiex, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 48 u 49 ta’ din is-sentenza, ammissibbli fil-kuntest ta’ appell, peress li l-appellanti ma allegat ebda żnaturament ta’ dawn il-provi minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punti 81 sa 144 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kwistjoni dwar jekk l-appellanti kinitx, minn naħa, matul il-perijodu qabel l-OPI u, min-naħa l-oħra, matul il-perijodu wara l-OPI, eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Prysmian fis-suq. F’dan il-kuntest, hija eżaminat, fid-dettall, it-tmien elementi li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Fost l-elementi relatati mal-perijodu kollu tal-ksur, il-Qorti Ġenerali eżaminat b’mod partikolari s-setgħa ta’ ħatra tal-membri tad-diversi bordijiet tad-diretturi ta’ Prysmian kif ukoll is-setgħa li tlaqqa’ lill-azzjonisti għal-laqgħat u li tipproponi r-revoka tad-diretturi jew tal-bordijiet tad-diretturi sħaħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Minn dan l-eżami bl-ebda mod ma jirriżulta li, sabiex tivverifika jekk l-appellanti kinitx eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Prysmian fis-suq matul il-perijodu wara l-OPI, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq elementi applikabbli għall-perijodu qabel l-OPI jew li qalbet l-oneru tal-prova għad-detriment tal-appellanti. Fil-fatt, minn dan l-eżami u b’mod partikolari mill-punti 93, 94 u 133 tas-sentenza appellata jirriżulta li, mhux talli ma qisitx li l-OPI ma kinitx għamlet bidliet f’dan ir-rigward, talli l-Qorti Ġenerali kkunsidrat bir-reqqa l-elementi invokati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża, billi għamlet distinzjoni ċara bejn il-perijodu qabel u wara l-OPI. Għaldaqstant, l-argument tal-appellanti, imsemmi fil-punt 62 ta’ din is-sentenza, huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata u għalhekk għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet parti tat-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li hija kellha, fi ħdan il-bord tad-diretturi ta’ Prysmian, il-livell ta’ rappreżentanza neċessarju sabiex tinfluwenza l-aġir ta’ din tal-aħħar fis-suq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li ż-żamma tal-istess kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian matul il-perijodu wara l-OPI tikkostitwixxi indizju li hija kompliet teżerċita kontroll fuq dan il-bord wara l-OPI hija totalment żbaljata. Dan il-bord, maħtur fil-laqgħa tal-azzjonisti tat‑<DATE ISO="20070228">28 ta’ Frar 2007</DATE>, kien jinkludi għaxar diretturi, li tlieta minnhom biss kienu diretturi maniġerjali tal-PIA. Peress li l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni mill-imsemmi bord tirrikjedi li jkun hemm maġġoranza sempliċi, id-diretturi maniġerjali tal-PIA, sedenti f’dan l-istess bord, għalhekk qatt ma kienu f’pożizzjoni li jikkontrollaw effettivament il-bord tad-diretturi sħiħ ta’ Prysmian. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-provi tal-proċess billi injorat il-fatt li kull wieħed mid-diretturi maniġerjali tal-PIA, li huma wkoll membri tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian, kien ipprojbit milli jaġixxi, matul il-perijodu wara l-OPI, unikament jew essenzjalment għall-benefiċċju ta’ partijiet oħra, inkluża tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tar-rwol ta’ żewġ amministraturi mhux eżekuttivi indipendenti (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>diretturi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), sedenti fil-bord tad-diretturi ta’ Prysmian.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti tinvoka, l-ewwel, li, fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-appellanti kellha rabtiet ma’ mill-inqas 50 % tal-membri tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian, fid-dawl tar-rabtiet mad-diretturi inkwistjoni, dawn l-allegati rabtiet, b’mod partikolari permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>servizzi ta’ konsulenza preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kuntratti ta’ konsulent<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, ma kienu s-suġġett tal-ebda eżami u ma ġewx deskritti korrettament fis-sentenza appellata. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma wriet li dawn l-allegati rabtiet setgħu jipprevalu jew kienu prevalenti fuq l-obbligu ta’ indipendenza li d-diretturi inkwistjoni kellhom fir-rigward tal-azzjonisti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li huwa biss kumulu ta’ funzjonijiet li neċessarjament ipoġġi lill-kumpannija omm f’sitwazzjoni li tinfluwenza b’mod determinanti l-aġir tas-sussidjarja tagħha fis-suq. Issa, f’dan il-każ, id-diretturi inkwistjoni la kienu membri tal-bord tad-diretturi tal-appellanti, la kienu aġenti u lanqas kienu membri tal-maniġment superjuri ta’ din tal-aħħar. Barra minn hekk, l-ebda wieħed minnhom ma okkupa pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan l-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, billi qieset li l-appellanti ma kinitx ipproduċiet il-prova tal-assenza ta’ rabta mad-diretturi inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, anki jekk jitqies li d-diretturi inkwistjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni flimkien mad-diretturi maniġerjali tal-PIA, dawn ma kinux jirrappreżentaw, flimkien, il-maġġoranza tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian, iżda biss ħamsa minn għaxra tal-membri u għalhekk nofs dan il-bord, li jfisser li huma ma setgħux jadottaw waħedhom ir-riżoluzzjonijiet tal-bord tad-diretturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, li jikkostitwixxi żnaturament tal-provi inkwistjoni, billi ċaħdet il-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-bord tad-diretturi ta’ Prysmian li jikkonfermaw l-indipendenza tal-membri indipendenti tagħha, u b’hekk qalbet għal darba oħra l-oneru tal-prova. Wara l-OPI, Prysmian kienet obbligata taħtar numru partikolari ta’ diretturi indipendenti fi ħdan il-bord tad-diretturi tagħha. F’dan ir-rigward, kull forma ta’ familjarità jew ta’ relazzjoni professjonali bejn direttur u l-kumpannija, inklużi l-impriżi l-oħra tal-grupp jew l-azzjonisti prinċipali, kienet eskluża. Issa, il-bord tad-diretturi ta’ Prysmian ikkonferma formalment, diversi drabi, li d-diretturi indipendenti kienu verament indipendenti. Li kieku Prysmian kellha l-iċken dubju dwar l-eżattezza ta’ dawn il-konfermi, hija kienet tinkorri, billi tagħmilhom, pieni ċivili, amministrattivi u, eventwalment, kriminali, skont id-dritt Taljan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni inkoerenti tal-provi fis-sentenza appellata, billi kkonkludiet, minn naħa, fil-punt 108 tas-sentenza appellata, li s-sempliċi fatt li l-bord tad-diretturi ta’ Prysmian kien evalwa wħud mid-diretturi tiegħu bħala indipendenti ma jistax juri l-assenza ta’ rabtiet mal‑appellanti u, konsegwentement, l-indipendenza vera ta’ dawn id-diretturi u, min‑naħa l-oħra, fil-punt 136 ta’ dik is-sentenza, li, fir-rigward ta’ minuti ta’ laqgħa ta’ dan il-bord li kienu jirriproduċu l-kummenti ta’ parteċipanti, kienet l-appellanti li kellha l-obbligu tipproduċi provi li juru l-kontra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li ebda wieħed mill-elementi l-oħra invokati mill-Qorti Ġenerali ma huwa biżżejjed, waħdu jew flimkien ma’ elementi oħra, sabiex juri l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-appellanti fuq Prysmian matul il-perijodu wara l-OPI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, is-setgħa miżmuma mill-fondi GSCP V li jaħtru membri tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian u s-setgħa miżmuma minn dawn il-fondi li jlaqqgħu lill-azzjonisti għal-laqgħat kif ukoll li jipproponu r-revoka tad-diretturi jew tal-bord tad-diretturi sħiħ ma jurux li l-appellanti kienet f’pożizzjoni, permezz tal-istess fondi, li teżerċita influwenza determinanti fuq Prysmian. Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda d-drittijiet ta’ ħatra, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali teżiġi li jintwera li l-membri tal-bord tad-diretturi hekk maħtura għandhom is-setgħa li jimponu kontroll effettiv fuq il-bord tad-diretturi sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda s-setgħat iddelegati lid-diretturi maniġerjali tal-PIA qabel l-OPI, il-ħatra tagħhom fi ħdan il-kumitat strateġiku ta’ Prysmian wara l-OPI, ir-riċezzjoni ta’ aġġornamenti regolari u ta’ rapporti mensili kif ukoll il-miżuri l-oħra adottati wara l-OPI u msemmija fil-punt 130 tas-sentenza appellata, l-ebda wieħed minnhom, meħud waħdu jew flimkien, ma jikkostitwixxi prova tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq Prysmian.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punti 140 sa 142 tas-sentenza appellata, li tgħid li l-appellanti adottat fil-konfront ta’ Prysmian aġir tipiku ta’ proprjetarju industrijali hija żbaljata. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi manifest meta injorat il-ġurisprudenza li tgħid li r-responsabbiltà għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni ma tistax tiġi imputata lil sempliċi investitur finanzjarju bħall-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni u t-tielet parti tat-tieni aggravju huma inammissibbli għar-raġunijiet diġà esposti fil-punt 65 ta’ din is-sentenza. It-tieni parti hija, barra minn hekk, ineffettiva. Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li dawn iż-żewġ partijiet huma infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Prysmian u PrysmianCS isostnu li dawn iż-żewġ partijiet huma inammissibbli u, sussidjarjament, infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>L-ewwel, sa fejn l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma rrispondietx għall-argumenti tagħha dwar l-eżistenza u r-rilevanza tar-rabtiet bejnha u l-membri tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian, għandu jiġi osservat li, billi bbażat ruħha u billi rreferiet, fil-punt 106 tas-sentenza appellata, għall-premessi 761 u 762 tad-Deċiżjoni kontenzjuża kif ukoll għan-noti ta’ qiegħ il-paġna rispettivi tagħhom, il-Qorti Ġenerali identifikat b’mod suffiċjenti r-rabtiet inkwistjoni. Barra minn hekk, mill-punti 106 sa 108 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qieset li,<?PAGE NO="16"?> f’dan il-każ, dawn ir-rabtiet kienu tali li setgħu jitqiesu li jikkostitwixxu wieħed mill-elementi li fuqhom il-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha sabiex turi li l-appellanti kienet eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Prysmian.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 67 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq l-aġir tas-sussidjarja jista’ jiġi dedott minn sensiela ta’ elementi konkordanti, anki jekk ebda wieħed minn dawn l-elementi, meħud waħdu, ma huwa biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali influwenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tal-allegata evalwazzjoni inkoerenti tal-provi mill-Qorti Ġenerali, għandu jiġi osservat li l-argument tal-appellanti jirrigwarda l-punti 108 u 136 tas-sentenza appellata. Fil-punt 108 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li s-sempliċi fatt li dan il-bord tad-diretturi evalwa wħud mid-diretturi tiegħu bħala indipendenti, jew li ppubblika tali evalwazzjoni fir-rapporti ta’ governanza korporattiva, kif tallega l-appellanti, ma jistax, fih innifsu, jikkontesta l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li dawn l-istess diretturi ma waqfux milli jkollhom rabtiet mal-appellanti. B’hekk, il-Qorti Ġenerali essenzjalment indikat li l-evalwazzjonijiet tal-bord tad-diretturi setgħu jiġu miċħuda mill-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni. Issa, din l-evalwazzjoni ma hija bl-ebda mod inkoerenti mal-kunsiderazzjoni, magħmula fil-punt 136 tas-sentenza appellata, u li tirrigwarda kumment deskritt f’minuti formali tal-bord tad-diretturi ta’ Prysmian, li tgħid li tali dokument kien intiż li jirriproduċi l-kummenti li l-parteċipanti fl-imsemmi bord kienu xtaqu li jiġu ddokumentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>It-tielet, għal dak li jirrigwarda l-allegata inverżjoni tal-oneru tal-prova, fir-rigward tar-rwol tal-amministraturi inkwistjoni, huwa biżżejjed li jiġi osservat li l-argument tal-appellanti huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. Fil-fatt, fil-punt 106 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali, wara li evalwat il-provi invokati mill-Kummissjoni u kkonkludiet li r-rabtiet personali sostnuti minn dawn il-provi kienu jikkostitwixxu element rilevanti fil-kuntest tal-eżami tal-kwistjoni dwar jekk l-appellanti kinitx teżerċita kontroll effettiv fuq Prysmian, illimitat ruħha, essenzjalment, li tikkonstata li l-appellanti ma rnexxilhiex tikkontesta din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Ir-raba’, għal dak li jirrigwarda l-argument tal-appellanti li jgħid li mill-ġurisprudenza jirriżulta li kumulu ta’ funzjonijiet biss ipoġġi neċessarjament lill-kumpannija omm f’sitwazzjoni li tinfluwenza b’mod determinanti l-aġir tas-sussidjarja tagħha fis-suq u li tali sitwazzjoni ma teżistix f’dan il-każ, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza jirriżulta, hekk kif il-Qorti Ġenerali osservat, fil-punt 107 tas-sentenza appellata, li l-eżistenza ta’ entità ekonomika kkostitwita mill-kumpannija omm u mis-sussidjarja tagħha tista’ tinħoloq, mhux biss mir-relazzjonijiet formali bejn it-tnejn, iżda wkoll b’mod informali, b’mod partikolari minħabba r-rabtiet personali li jeżistu bejn l-entitajiet legali li jifformaw tali unità ekonomika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Stichting Administratiekantoor Portielje</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑440/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:514">EU:C:2013:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li rabtiet personali bejn żewġ kumpanniji jistgħu jkunu rilevanti, f’dan ir-rigward, biss fil-każ ta’ kumulu ta’ funzjonijiet. Fil-fatt, ir-rilevanza ta’ tali rabtiet personali tinsab fil-fatt li dawn jistgħu jissuġġerixxu li persuna, minkejja li tkun attiva għal kumpannija partikolari, issegwi effettivament, fid-dawl tar-rabtiet tagħha ma’ kumpannija oħra, l-interessi ta’ din tal-aħħar. Issa, dan jista’ jkun il-każ ukoll meta persuna, li tkun tinsab fil-bord tad-diretturi ta’ kumpannija, tkun marbuta ma’ kumpannija oħra permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>servizzi ta’ konsulenza preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kuntratti ta’ konsulent<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, kif il-Qorti Ġenerali osservat fil-punt 106 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li tali rabtiet personali jistgħu, bħala prinċipju, ikunu rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk kumpannija omm tistax teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Il-ħames, għal dak li jirrigwarda l-argumenti l-oħra invokati mill-appellanti fil-kuntest tat-tieni u tat-tielet parti tat-tieni aggravju, jidher li, permezz ta’ dawn l-argumenti kollha, l-appellanti fir-realtà sempliċement tikkontesta l-evalwazzjonijiet ta’ natura fattwali tal-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-analiżi tagħha tal-provi rilevanti f’dan il-każ u għalhekk tfittex li tikseb mill-Qorti tal-Ġustizzja s-sostituzzjoni tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali b’dik tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Issa, kif tfakkar fil-punti 48 u 49 ta’ din is-sentenza, hija biss il-Qorti Ġenerali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi u li l-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn il-provi għalhekk ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tagħhom, punt ta’ liġi suġġett, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li meta appellant jallega żnaturament tal-provi mill-Qorti Ġenerali, huwa għandu jindika b’mod preċiż l-elementi li allegatament ġew żnaturati minnha u juri l-iżbalji ta’ analiżi li, fl-evalwazzjoni tagħha, wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l-iżnaturament (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Brugg Kabel u Kabelwerke Brugg vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1026">EU:C:2019:1026</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Ċertament, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-bord tad-diretturi ta’ Prysmian, li jikkonfermaw li d-diretturi indipendenti sedenti f’dan il-bord kienu verament indipendenti. Madankollu, l-appellanti naqset milli turi kif il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li, f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 108 tas-sentenza appellata, li s-sempliċi fatt li dan il-bord ta’ diretturi evalwa wħud mid-diretturi tiegħu bħala indipendenti, jew li ppubblika tali evalwazzjoni fir-rapporti ta’ governanza korporattiva, ma jistax, fih innifsu, jikkontesta l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li dawn l-istess diretturi ma waqfux milli jkollhom rabtiet mal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Peress li, konsegwentement, ebda żnaturament tal-fatti jew tal-provi ma ġie stabbilit mill-appellanti, l-argument tagħha intiż sabiex jikkontesta l-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn il-provi mill-Qorti Ġenerali għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li t-tieni aggravju jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-talba tal-appellanti sabiex jingħatalha l-benefiċċju ta’ kull tnaqqis tal-multa mogħti lil Prysmian u lil PrysmianCS, billi jitnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ dawn tal-aħħar, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell ippreżentat mill-imsemmija kumpanniji mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑475/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:448">EU:T:2018:448</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa biżżejjed li jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet dan l-appell permezz ta’ sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑601/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:751">EU:C:2020:751</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li ebda wieħed mill-aggravji invokati mill-appellanti insostenn tal-appell tagħha ma jista’ jintlaqa’, dan l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti tilfet fl-aggravji tagħha, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni, skont it-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura, meta intervenjent fl-ewwel istanza ma jkunx ippreżenta l-appell huwa stess, dan l-intervenjent jista’ jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-proċedura fl-appell biss jekk ikun ipparteċipa fil-fażi bil-miktub jew orali tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Meta tali intervenjent jipparteċipa fil-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Peress li Prysmian u PrysmianCS ipparteċipaw fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok li jiġi deċiż li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, huma għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">The Goldman Sachs Group Inc. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Sistemi Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>