Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It‑Tieni Awla) tad‑9 ta’ Frar 2010 – PromoCell bioscience alive vs UASI (SupplementPack)

(Kawża T‑113/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SupplementPack – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 31, 37, 42, 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2009 (Każ R 996/2008‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SupplementPack bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali SupplementPack għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 5, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 5433883

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte hija kkundannata għall-ispejjeż.