|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2391 |
11.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2391
tal-10 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar, ċerti notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni, u dokumenti fis-settur tas-swieq agrikoli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 223(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni biex jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq u l-infurzar korrett tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, huwa importanti li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssimplifikati, sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-iskop tagħhom li jillimitaw il-piż amministrattiv. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-obbligi tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti lill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fih għadd ta’ rekwiżiti ta’ rapportar fil-qasam tat-trasparenza tas-swieq agrikoli u tal-ikel, li għalhekk jenħtieġ li jiġu ssimplifikati, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” (3). |
|
(3) |
L-iżgurar tal-kwalità tad-data miġbura u mxerrda huwa essenzjali biex tiġi mmonitorjata u żgurata trasparenza adegwata tas-suq. L-Istati Membri huma għalhekk obbligati li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. |
|
(4) |
Filwaqt li tibqa’ r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni tkun rilevanti għas-suq ikkonċernat, preċiża u kompluta, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mill-għarfien espert settorjali tagħha biex tiddetermina liema data għandha tiġi ppubblikata u taħt liema forma jew livell ta’ aggregazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 kien ġie emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1746 (4) li introduċa obbligi ġodda ta’ notifika għall-Istati Membri, biex itejbu l-ġbir tad-data statistika meħtieġa għall-analiżi tal-mekkaniżmi tal-formazzjoni tal-prezzijiet tul il-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, biex jassistu lill-operaturi ekonomiċi u lill-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu għażliet aktar infurmati. |
|
(6) |
Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 kien ġie emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/791 (5) li introduċa obbligi ġodda ta’ notifika lill-Istati Membri fir-rigward tal-livelli ta’ ħażniet ta’ ċereali, żrieragħ taż-żejt u ross, inklużi l-produzzjoni u l-livelli ta’ stokkijiet ta’ żrieragħ iċċertifikati. |
|
(7) |
Wara aktar minn 3 snin ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1746 u sena u nofs ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/791, jidher li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 jeħtieġ li jiġu ċċarati jew adattati biex tittejjeb il-kwalità tad-data miġbura u l-effiċjenza tal-proċess tal-ġbir tad-data. |
|
(8) |
Il-pubblikazzjoni taċ-ċifri tal-produzzjoni taz-zokkor tal-Unjoni fil-livell tal-Istati Membri għall-Istati Membri kollha, inklużi dawk b’inqas minn tliet operaturi ekonomiċi, iżżid it-trasparenza tas-suq billi tagħti lill-bdiewa, inklużi dawk li jkabbru l-pitravi, aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għalihom biex jinterpretaw aħjar is-sinjali tas-suq u jlaħħqu maż-żieda fil-volatilità tas-suq. Tnaqqas ukoll l-asimmetriji fl-informazzjoni u ttejjeb il-pożizzjoni ta’ dawn il-bdiewa fil-kuntest tan-negozjati tagħhom ta’ kuntratti ta’ kunsinna mal-produtturi taz-zokkor. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju f’termini ta’ kunfidenzjalità tad-data u f’termini ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari r-riskju ta’ kollużjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, id-data tal-produzzjoni għandha tiġi ppubblikata wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-livelli tal-produzzjoni għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġu ċċarati l-iskadenzi għall-Istati Membri biex jinnotifikaw il-metodoloġiji użati biex tiġi ddeterminata l-informazzjoni pprovduta. |
|
(10) |
Il-ġbir tal-prezzijiet tax-xiri bl-imnut wera li huwa diffiċli għal għadd sinifikanti ta’ Stati Membri. Filwaqt li l-informazzjoni tibqa’ rilevanti, b’mod partikolari fil-kuntest tal-protesti reċenti tal-bdiewa u d-diskussjonijiet dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa dwar il-katina tal-provvista tal-ikel, in-notifiki ta’ kull xahar għandhom ikunu biżżejjed għall-fini tal-monitoraġġ tal-prezzijiet. In-notifiki ta’ kull ġimgħa li huma obbligatorji għal xi prodotti għalhekk jenħtieġ li jinbidlu għal notifiki kull xahar, u b’hekk tiġi armonizzata l-perjodiċità tan-notifika għall-prezzijiet tax-xiri bl-imnut kollha. L-Istati Membri li jixtiequ jipprovdu informazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ prezzijiet tax-xiri ta’ kull ġimgħa għandhom jitħallew jagħmlu dan. |
|
(11) |
Allinjament insuffiċjenti mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (6) u bejn il-metodoloġiji applikati mill-Istati Membri ma jiżgurax komparabbiltà suffiċjenti tad-data, li timmina l-valur tal-informazzjoni nnotifikata għall-frott u l-ħaxix. Huwa għalhekk meħtieġ li tittejjeb iċ-ċarezza tad-data li għandha tiġi pprovduta tul il-katina tal-provvista kollha sabiex tittejjeb it-trasparenza tas-suq u biex jitlesta r-rappurtar tal-prezzijiet tal-frott u l-ħxejjex sa tmiem il-katina tal-provvista, inkluż ir-rekwiżit li l-prezzijiet jiġu nnotifikati bil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut. Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, il-frekwenza tan-notifiki tal-prezzijiet tax-xiri u tal-bejgħ bl-imnut jenħtieġ li tkun limitata għal darba fix-xahar. |
|
(12) |
Minħabba l-importanza tal-patata għall-konsum fis-suq tal-Unjoni u peress li tifforma parti importanti mid-dieta, il-patata għall-konsum jenħtieġ li tiżdied ukoll bħala prodott ġdid li għalih jenħtieġ li jiġu nnotifikati l-prezzijiet. Parti importanti mill-produzzjoni ġenerali ta’ ċertu frott u ħaxix hija destinata għall-ipproċessar. Il-kisba ta’ informazzjoni aġġornata dwar il-kwantità prodotta destinata għall-konsum frisk hija kruċjali biex tiġi żgurata t-trasparenza tas-suq minħabba l-impatt tal-kwantità prodotta fuq il-kwantitajiet u l-prezzijiet disponibbli. Għalhekk, huwa meħtieġ li tali informazzjoni dwar il-produzzjoni tiżdied man-notifiki meħtieġa. |
|
(13) |
Sabiex ikun jista’ jiġi ppubblikat prezz tax-xiri medju ponderat għaz-zokkor fil-livell tal-Unjoni, jeħtieġ li l-prezzijiet tax-xiri għaz-zokkor innotifikati lill-Kummissjoni skont il-punt 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 ikunu akkumpanjati minn informazzjoni dwar il-kwantitajiet taz-zokkor mixtrija mit-tipi differenti ta’ operaturi ekonomiċi li jikkorrispondu għal dawn il-prezzijiet. |
|
(14) |
Is-settur tal-qanneb jenħtieġ li jibbenefika mill-istess livell ta’ trasparenza tas-suq bħas-setturi tal-għelejjel tal-fibra l-oħrajn, jiġifieri l-kittien u l-qoton. Biex jittaffa l-ammont ta’ xogħol li jikkorrispondi man-notifiki l-ġodda għas-settur tal-qanneb, in-notifika ta’ kull xahar tal-prezzijiet medji tal-kittien mill-fabbrika għandha ssir annwali. |
|
(15) |
Ir-rilevanza għas-suq ta’ ċerti prodotti tad-dwieli għajr dawk imsemmija fil-punt (1) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tirrikjedi l-espansjoni tal-prodotti tad-dwieli soġġetti għal monitoraġġ u notifika tal-prezzijiet biex tkopri wkoll ċerti “nbejjed frizzanti”, kif imsemmi fil-punti (4), (5) u (6) ta’ dik il-Parti II. Barra minn hekk, l-estensjoni dejjem tikber taż-żona tal-vinji taħt biedja organika fl-Unjoni, f’konformità mal-ambizzjoni u l-miri stabbiliti għall-produzzjoni organika fl-Unjoni, li kienet tirrappreżenta 13 % taż-żona totali tal-vinji fl-2020, u l-importanza dejjem akbar tal-prodotti organiċi għall-produtturi u l-konsumaturi, jitolbu li l-prezzijiet tal-inbejjed organiċi rappreżentattivi jiġu mmonitorjati u nnotifikati mill-Istati Membri produtturi. |
|
(16) |
Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-suq tar-ross, ir-rekwiżiti ta’ notifika jenħtieġ li jiġu riveduti. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, id-daqs żgħir tas-settur tar-ross f’xi każijiet jagħmel il-ġbir tad-data kkumplikat iżżejjed. Sabiex jittaffa l-piż fuq il-partijiet ikkonċernati u l-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri, huwa għalhekk meħtieġ li n-notifiki jiġu limitati għal-livelli totali tal-istokkijiet ta’ kull xahar għar-ross “Japonica” u “Indica”, mingħajr ma jsiru distinzjonijiet abbażi tal-kodiċijiet NM. Barra minn hekk, ma għandux jibqa’ meħtieġ li ssir differenza bejn ir-ross importat u dak prodott domestikament. |
|
(17) |
Il-perjodu tan-notifika għall-istokkijiet taż-żrieragħ iċċertifikati jiġbor id-data meta dawn l-istokkijiet ikunu fil-livell massimu tagħhom, wara l-ħsad u qabel iż-żrigħ. Matul dan il-perjodu, din id-data hija l-aktar rilevanti u kompluta, u tagħti informazzjoni ċara dwar id-disponibbiltà ta’ żrieragħ iċċertifikati għall-fini tal-valutazzjoni tal-istat tas-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni. Il-perjodu ta’ notifika ta’ Frar ma jqajjimx kwistjoni f’dan ir-rigward. Madankollu, l-iskadenza tar-rapportar ta’ nofs is-sena kalendarja għandha tirrifletti l-varjazzjonijiet fid-dati taż-żrigħ u tal-ħsad bejn l-Istati Membri u l-għelejjel, li jistgħu jkunu sinifikanti madwar dan il-perjodu. Sabiex jiġi żgurat li d-data tkun rilevanti, preċiża u kompluta, l-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jinnotifikaw l-istokkijiet taż-żrieragħ iċċertifikati f’nofs is-sena kalendarja malajr kemm jista’ jkun wara li jintemm il-ħsad, u qabel ma jibda ż-żrigħ għal kull għalla. L-Istati Membri jenħtieġ li, bħala parti min-notifiki tagħhom tal-metodoloġija użata biex tiġi ddeterminata l-informazzjoni pprovduta, jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data ta’ rapportar mistennija għal dawn l-istokkijiet ta’ żrieragħ iċċertifikati f’nofs is-sena kalendarja, għal kull għalla. Id-data tar-rapportar ma għandhiex tkun aktar tard minn Settembru ta’ kull sena. |
|
(18) |
Il-kontenut tan-notifika tal-istokkijiet taz-zokkor u tal-isoglukożju jenħtieġ li jiġi ċċarat aktar biex jindika li l-kwantitajiet importati jeħtieġ li jiġu inkorporati. |
|
(19) |
Id-data dwar il-produzzjoni tal-inbid u informazzjoni oħra dwar is-suq, inklużi l-istokkijiet, bħalissa huma rrapportati kull sena mill-Istati Membri. Il-produzzjoni u l-istokkijiet innotifikati huma bbażati fuq id-dikjarazzjonijiet mill-produtturi u operaturi oħra msemmija fl-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (7) u r-regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 (8). Filwaqt li din il-frekwenza annwali hija xierqa għall-monitoraġġ tal-produzzjoni, mhuwiex biżżejjed li tiġi mmonitorjata l-evoluzzjoni tal-livell tal-istokkijiet, li jinfluwenza b’mod qawwi s-sitwazzjoni tas-suq matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Analiżi aktar dettaljata tan-notifika tal-produzzjoni u tal-istokkijiet skont il-kuluri u t-tipi ta’ nbid tiffaċilita l-valutazzjoni ta’ sitwazzjonijiet differenti tas-suq fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tiffaċilita l-kunsiderazzjoni ta’ miżuri ta’ politika li huma adattati għal ħtiġijiet partikolari. |
|
(20) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(21) |
Huwa xieraq li tiġi prevista data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadattaw ruħhom għall-obbligi ta’ rapportar l-ġodda. Għal dan l-iskop, il-modifiki għall-obbligi ta’ notifika eżistenti jenħtieġ li japplikaw minn 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għal obbligi ġodda ta’ notifika, id-data tal-applikazzjoni għandha tiddependi fuq il-kumplessità għall-Istati Membri biex jiżviluppaw il-metodoloġija u l-arranġamenti xierqa għall-ġbir tad-data. L-obbligi ġodda ta’ notifika dwar il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tal-patata għall-konsum u tal-frott u l-ħaxix jenħtieġ li japplikaw minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-obbligi ġodda ta’ notifika dwar il-prezzijiet tal-qanneb jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2025. L-obbligi ġodda ta’ notifika dwar il-kwantitajiet ta’ frott u ħaxix prodotti għall-konsum frisk jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2026. Is-sistema ta’ notifika modifikata dwar il-produzzjoni tal-inbid u s-sitwazzjoni tas-suq jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Lulju 2025, u s-sistema l-ġdida ta’ notifiki dwar il-prezzijiet tal-inbid jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2025. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każ tal-produzzjoni taz-zokkor għall-Istati Membri b’inqas minn tliet operaturi ekonomiċi, sakemm l-Istat Membru rispettiv jaqbel li l-Kummissjoni tippubblika din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni ma għandhiex tippubblika din l-informazzjoni qabel ix-xahar ta’ Marzu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Annessi I, II u III huma emendati f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(3) għandu japplika mit-18 ta’ Diċembru 2024.
Madankollu, l-obbligi ta’ notifika msemmija fil-punti li ġejjin tal-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 kif emendat b’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-dati li ġejjin:
|
(a) |
l-obbligu ta’ notifika dwar il-patata għall-konsum imsemmija fil-punt 5(a) tal-Anness I u l-obbligu ta’ notifika dwar il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut imsemmija fil-punt 8(e) tal-Anness II għandhom japplikaw mit-18 ta’ Marzu 2025; |
|
(b) |
l-obbligu ta’ notifika fuq il-prezzijiet tal-inbid imsemmi fil-punt 6 tal-Anness II u l-obbligu ta’ notifika dwar il-prezzijiet tal-qanneb imsemmi fil-punt 3(i) tal-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2025; |
|
(c) |
l-obbligu ta’ notifika dwar il-produzzjoni tal-inbid u s-sitwazzjoni tas-suq imsemmi fil-punt 7 tal-Anness III għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025; |
|
(d) |
l-obbligu ta’ notifika fuq il-kwantitajiet ta’ frott u ħaxix prodotti għall-konsum frisk imsemmija fil-punt 7a tal-Anness III għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2026. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta’ April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1185/oj).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030 (COM(2023) 168).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1746 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti (ĠU L 268, 22.10.2019, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1746/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/791 tad-19 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 fir-rigward tan-notifika tal-livelli tal-ħażniet taċ-ċereali, taż-żerriegħa taż-żejt u tar-ross (ĠU L 141, 20.5.2022, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/791/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/891/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/273/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, irreġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/274/oj).
ANNESS
L-Annessi I, II u III għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/891/oj).”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2391/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)