15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 56/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2010 tat-12 Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ partijiet terzi, huma obbligati mill-Istati Membri ta’ kumpaniji li jaqgħu fl-ambitu tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li jsiru dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata) (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/101/KE tħassar l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE (4), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b’hekk hi mħassra skont il-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/102/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE (5), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“ 32009 L 0101: Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u ta’ partijiet terzi, huma mitluba mill-Istati Membri minn kumpaniji fl-ambitu tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 1:

‘—

L-Islanda:

hlutafélag, einkahlutafélag, samlagsfélag;

—

Il-Liechtenstein:

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung, die Kommandit-aktiengesellschaft;

—

In-Norveġja:

aksjeselskap, allmennaksjeselskap.’ ”;

(2)

It-test tal-punt 9 (it-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE) għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

“ 32009 L 0102: Id-Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata) (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 20).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dawn li ġejjin għandhom ikunu miżjuda fl-Anness II:

‘—

L-Islanda:

einkahlutafélag;

—

Liechtenstein:

die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

—

In-Norveġja:

aksjeselskap.’ ”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/101/KE u 2009/102/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 143, 10.6.2010, p. 33.

(2)   ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

(3)   ĠU L 258, 1.10.2009, p. 20.

(4)   ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8.

(5)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.